|
IL-HAMSA U GHOXRIN ANNIVERSARJU
TA’ IS-SALTNA |
|
Karmenu Ellul Galea |
|
Hamsa
u ghoxrin sena ilu fil-komunita’ parrokkjali taghna beda jigi ppubblikat
il-fuljett IS-SALTNA, bl-istess logo f’ras
l-ewwel pagna bhal dak ta’ llum. Hawn
jispikkaw l-Ipogew ta’ Hal Saflieni u l-faccata tal-knisja parrokkjali ta’
Kristu Re. Dawn huma simboli
tat-twemmin religjuz primittiv ta’ madwar 4000 sena Qabel Kristu f’din
il-lokalita’ kif ukoll dak nisrani kattoliku ta’ zminijietna. B’dan
l-isem ta’ "IS-SALTNA" ridna nwasslu l-messagg tas-saltna
ta’ Kristu Gesu’, Feddej u Sultan tal-holqien u titular ta’ Rahal Gdid,
fil-familji tal-komunita’ Pawlista.
Fir-rigward ta’ l-Ipogew, b’mod partikulari ghalina l-Pawlisti, ridna
nfakkru li dan hu gawrha arkitettonika taht l-art, unika fid-dinja, kif ukoll
li hu Santwarju u Midfen xhieda hajja ta’ sekli ta’ twemmin u ritwali ta’
Civilta’ unika li darba zejnet u ghaniet lil dawn il-gzejjer b’mod
partikulari l-lokalita’ taghna eluf ta’ snin ilu. L-iskop
ewlieni ta’ dan il-fuljett sa mill-bidunett, kien u ghadu, it-tishih u
t-tixrid ta’ l-edukazzjoni religjuza, civika u umana. Semmejnieh "IS-SALTNA" ghax il-parrocca taghna hi ddedikata lil
KRISTU SULTAN u ghaldaqstant l-isem ikompli jghaqqadna flimkien bhala membri
hajjin u mpenjati tas-saltna ta’ Kristu. Dan
l-iskop fissru aktar b’mod car u tajjeb il-mahbub u qatt minsi Kappillan
Mons. Adolf Agius f’kelmtejn fl-ewwel harga.
Mons. Agius kiteb li l-iskop tal-fuljett kien biex izomm lil kulhadd
infurmat bl-attivitajiet tal-parrocca halli niffurmaw fina lkoll is-sens li
m’ahniex wehidna, imma membri ta’ komunita’ li fi Kristu mhux biss ninsabu
maghqudin imma li wkoll nahsbu f’xulxin, kif jghidu l-Inglizi “a community that cares” u biex
inwasslu t-taghlim tar-religjon taghna. L-ewwel Bord
Editorjali kien iddecieda li l-kontenut tal-fuljett jizzewwaq b’diversi
suggetti bhall-Kelma tal-Kappillan, il-Hidma tal-Kunsill Pastorali
Parrokkjali, Taghrif u Storja dwar Rahal Gdid, Rubrika Religjuza, Pagna ghat-Tfal, Rokna
ghan-Nisa, Ittri u Suggerimenti mill-Parruccani u kitbiet ohra. X’sar u kemm sehh minn dan (u kemm jew
jekk setax jintlahaq) jafuh dawk kollha li ghexu f’dan l-ahhar kwart ta’
seklu. Kollox
ma’ kollox hu fatt li llum IS-SALTNA hija
midhla sew tal-familja Pawlista. Hu
minnu wkoll li hafna jixtiequha li
tkun b’izjed pagni. Niftakru
li fi hwejjeg zghar jista’ jkun hemm
materjal ta’ min japprezzah, sabih u utli, bhal dak li nsibu f’dawk
akbar. Fil-kas ta’ ‘IS-SALTNA’ dan ma jkunx jiddependi biss mill-Editur
izda wkoll mill-parruccani u s-sehem tal-kontributuri b’kitbithom. Fl-okkazjoni
ta’ dan l-Anniversarju nixtieq infakkar ukoll il-85 sena mill-pubblikazzjoni
ta’ l-Ewwel Fuljett Parrokkjali fid-Djocesi Maltija. Dan il-Fuljettt hareg mill-parrocca
tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ ta’ Rahal
Gdid f’Settembru 1918 meta allura kienet ghadha tintuza l-knisja storika ta’
Santa Ubaldeska. Dan jghidulna
l-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila f’ittra ta’ hajr, awguri u sliem
lill-Kappillan Dun Enrico Bonnici.
Fost affarijiet ohra Dun Karm kiteb: Hsieb tajjeb tassew……..Nifrahlek b’qalbi kollha……..Nahseb li dan
il-perjodiku ma jibqax wahdu….. U nahseb li bosta Kappillani zelanti ohra
jaghmlu bhall-Kappillan ta’ Rahal Gdid. Dan il-fuljett
kien fih 16 il-pagna b’format kwazi bhal dak ta’ zmienna u bi skop identiku
bhal tal-llum b’taghrif u ahbarijiet tal-parrocca. Kien johrog kull xahar, jitqassam b’xejn
u b’cirkulazzjoni ta’ 500 kopja.
Direttur u Amministratur kien l-istess Kappillan Dun Nerik Bonnici
(1917 -1921) li kien mill-Floriana.
Mat-tluq tieghu ghall-parrocca tar-Rabat, spicca wkoll il-fuljett li
kien jigi mitbugh fl-Istamperija Victoria, f’185 Strada Forni, Valletta. Kellu kopertina ta’ lewn ahmar b’karta
rqieqa hafna (flimsy paper) b’fuq
quddiem is-simbolu ta’ l-Ewkaristija.
Kellu wkoll il-Barka ta’ l-Isqof. B’dawn
ir-riflessjonijiet b’qalbi kollha nifrah u nawgura lil IS-SALTNA, lill-Editur, kif ukoll
lill-mexxejja, kollaboraturi, kontributuri u lil kull min b’xi mod jew
iehor ta jew ghadu jaghti l-ghajnuna
tieghu. AD MULTOS ANNOS! |