|
IL-KELMA TAL-KAPPILLAN |
|
Dun Noel Vassallo |
|
Pentekoste |
|
Kemm hu ikrah
li wiehed jahli u ma jaghmilx uzu tajjeb
minn dak li jkollu. Jidher li
qed tkun xi haga komuni hafna li
l-bniedem modern qatt ma jkun kuntent
b’dak li jkollu u
dejjem jixtieq xi
haga ohra b’konsegwenza li ma
japprezzax dak kollu li ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu. Dan jghodd hafna ghall-hin u ghaz-zmien tal-Pentekoste, zmien li mhux
biss ghandu jkun ta’ tifkira tal-migja ta’ l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli, izda
wkoll tal-migja ta’ l-Ispirtu s-Santu fina lkoll bhala nsara. Lil kull wiehed u wahda minna Alla qieghed jaghtina
l-opportunita’ biex l-istess Alla jghinna ninbidlu ghal sitwazzjoni aktar
matura fil-hajja nisranija taghna.
Filwaqt li r-Randan kien ghalina zmien biex naraw sewwa t-tajjeb u
l-hazin fina, filwaqt li fil-Gimgha Mqaddsa rajna l-hniena kbira t’Alla li
tana lil Ibnu biex jahfrilna, issa Alla jridna li bhal l-Appostli naghmlu
l-kuragg u dak kollu tajjeb li jenhtieg li nwettqu f’hajjitna nibdew
inwettquh minghajr bizghat jew thassib zejjed. Mela kuragg u l-Barka tal-Mulej tinzel
fuqkom ilkoll. |