KUMMENTI  U  TRUFIJIET

 

Il-Precett

 

Ftit tal-granet ilu smajt diversi ommijiet jitkellmu dwar il-Precett ta’ uliedhom.   Dawn id-diskussjonijiet ma smajthomx biss fil-Parrocca taghna.  Nzertajt smajthom f’postijiet differenti.   Staqsejt lili nnifsi ghaliex kelli nisma’ fuq dan is-suggett u ddecidejt li naghmel din ir-riflessjoni.

 

Kont qed nitlob fil-Kappella tal-Museum u staqsejt lil Gesu’ Sagramentat : Imma int li inti ta’ qalb helwa u umli, veru li qed nippretendu li tidhol fil-hajja tat-tfal taghna b’dawn il-kumplikazzjonijiet kollha?  Gesu’ ma taghnix risposta.

 

Izda mill-hajja tal-Vangelu nafu li Gesu’ qatt ma talab spejjez biex jidhol fina, qatt ma talab tahbit u nkwiet, anzi f’hajtu dejjem talab biex in-nies ikunu kalmi u jkollhom il-paci f’qalbhom.   Jiena nemmen li l-ommijiet taghna ghandhom bzonn jippreparaw lil uliedhom sewwa ghal dan il-mument importanti ta’ hajjithom.   Minn dak li nisma’, anki minn nies li jghallmu d-duttrina anki f’parrocci ohrajn, it-tfal tal-Precett ghandhom bzonn jigu mhegga li jistennew lil Gesu’ jigi fihom.   U biex Gesu’ jigi fihom xi hadd irid jehodhom il-knisja ghal quddies.

 

Mhux sew li lil dawn it-tfal ckejknin nimlewlhom rashom b’dak li se jigri fil-jum tal-Precett u mbaghad ninsew lil GESU’ u ninfexxu fil-parties, rigali u hwejjeg ohra.

Hosted by www.Geocities.ws

1