WASALNA FIL­-15  IL-SENA

 

Kien Marzu tas-sena 1988 meta l­-Kumitat tal-Festa Kristu Re, bil-ghajnuna ta’ xi hbieb dilettanti tal-Mudelli tal-Knejjes, u bl-appogg kollu tal-Kappillan Kan. Anton  Gouder, organizza ghall-ewwel darba Wirja tal-Mudelli tal-Knejjes, Statwi u Oggetti Sagri fil-Parrocca ta’ Rahal Gdid.

 

L-ideja kienet li nhajru lil Pawlisti jinteressaw ruhhom f’dan il-passatemp li sa ftit tas-snin ilu kien l-ghozza tal-familji Maltin specjalment fl-inhawi tal-Kottonera.  Kellna rispons tajjeb mill-ewwel u billi rajna kemm din ix-xorta ta’ Wirjiet  hi mixtieqa mill-Maltin iddecidejna li nkomplu naghmluha ta’ kull sena.

 

Ir-rispons li kellna u l-koperazzjoni li sibna ma kienux biss minn fost il-komunita’ ta’ Rahal Gdid.   Minn sena ghal ohra rajna dilettanti kbar minn kull rokna ta’ Malta u Ghawdex jippartecipaw f’din il-Wirja.   Infatti matul dawn l-ahhar 15 il-sena aktar minn 400 esibitur, xi dabra jew ohra, esibixxew oggetti li huma tant prezzjuzi ghalihom u ghall-familjari taghhom.

 

Zgur li lhaqna wkoll skop iehor, ghax bdejna naraw dilettanti godda jarmaw id-djar taghhom bi Statwi tal-Gimgha l-Kbira, Titulari u Qaddisin ohra.  Niftakru wkoll li f’dawk iz-zminijiet f’Rahal Gdid ma kienx ghad ghandna wirjiet b’temi religjuzi li l-Ghaqdiet u s-Socjetajiet qed jorganizzaw illum il-gurnata.

 

Hu ta’ sodisfazzjon kbir li fost il­-partecipanti tal-llum naraw uhud li kienu hadu sehem 15 il-sena ilu ghalkemm kienu ghadhom tfal.   Dawn baqghu jiehdu sehem sena wara l­-ohra.

 

Din is-sena il-Wirja se tkun miftuha ufficcjalment mill-E.T. Prof. Guido de Marco, President ta’ Malta,  nhar il-Hamis, 27 ta’ Marzu.   Il-Wirja fis-Sala Parrokkjali tkun miftuha ghall-pubbliku kuljum mill-Gimgha, 28 ta’ Marzu sal-Hadd, 6 ta’ April.    Kulhadd mistieden li jzur din il-Wirja u d-dhul hu bla ebda hlas.

 

Joe Chetcuti

Chairman, Kumitat Organizzattiv 2003

Hosted by www.Geocities.ws

1