Messagg ghal

JUM IZ-ZGHAZAGH FIL-KNISJA 2003

 

Nhar Hadd il-Palm, 13 ta’ April 2003

Skond it-tema maghzula mill-Papa Gwanni Pawlu II

 

“Kien hemm wieqfa hdejn is-salib ta’ Gesu’ ommu, oht ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala.   Mela kif Gesu’ lemah lil ommu u lid-dixxiplu li kien ihobb wieqaf hdejha, qal lil ommu: ‘Mara, hawn hu ibnek.’   Imbghad qal lid-dixxiplu: ‘Hawn hi ommok.’  U minn dak il-hin id-dixxiplu hadha ghandu.”  (Gw 19, 25-27)

 

Waqt li qed jiehu l-ahhar nifsijiet ta’ hajtu f’din id-dinja Gesu’ jafda l-aktar persuni gheziez ghalih ghall-kura ta’ xulxin. Ommu lil Gwanni, “id-dixxiplu li kien ihobb” Gesu’, u Gwanni lil ommu Marija. Fil-Vangelu skond San Gwann, Gwanni jirraprezenta lili u lilek.   Daqshekk jimpurtah minnek Gesu’!   Jitlob lil ghaziza ommu tiehu hsiebek, dejjem!

 

Jaghmel sens dan ghalik?   Kull imhabba titlob twegiba.   Kif ser twiegeb int?   Billi tinqered u teqred lil dawk ta’ madwarek?   Jew billi taghzel il-hajja, billi taghzel lilu?   Jekk trid tghix, m’hemmx triq ohra hlief li titghallem thobb kif ihobbok hu.

Hosted by www.Geocities.ws

1