Tberik tal-Familji 2003
Tkellimna hafna dwar it-Tberik
tal-Familji matul is-sena li ghaddiet. Bhalma
qeghdin tinnotaw ukoll din is-sena ma sibtux il-programm tat-Tberik fis-Saltna jew fid-Djarju/Direttorju Parrokkjali bhal ma kien jigri
fis-snin l-imghoddija. Dan ghaliex se nergghu nuzaw is-sistema tas-sena li ghaddiet,
jigifieri li numru ta’ djar se jkollhom iz-zjara tas-Sacerdot qabel l-Ghid
bl-appuntament u bil-hin, filwaqt li wara l-Ghid il-Kbir dawk il-familji li
jghixu fit-toroq li fihom se jsir it-tberik tradizzjonali jircievu avviz dwar
il-gurnata u l-hin li bejn wiehed u l-iehor jasal ghandhom is-Sacerdot.
Filwaqt li qeghdin nippruvaw noqghodu attenti biex
it-Tberik ma jsirx b’ghaggla zejda, xorta wahda jibqa’ l-fatt li l-hin hu
limitat u s-Sacerdot ma jkunx jista’ joqghod ghand kull familja aktar