JIENA NEMMEN... U INTI?    (8)

 

Fr Michael Bellizzi

 

Il-bniedem dejjem ghandu relazzjoni ambigwa mal-hazen. Ibezzghek u jaffaxxinak.  Twarrbu minnek imma qalbek tingibed lejh.  Hafna drabi naslu biex nammettu li nkunu zbaljajna, izda li nammettu (maghna nfusna u quddiem ohrajn) li ghandna tendenzi lejn il-hazen u li kapaci nizbaljaw hi ferm aktar difficli. 

 

Mill-ewwel inhossu l-piz ta' l-izball li nkunu wettaqna, imma mbaghad malajr nibdew niddefendu ruhna u nirragunaw mas-sens ta' htija li nhossu u ninsistu li mhux sew li jkollna t-tort kollu.   U fil-fatt veru.   Ghax rari l-bniedem ikun qed jara l-konsegwenzi kollha ta' dak li jkun dahhal f'rasu li jaghmel. U meta tintebah x'konsegwenzi tkun hallejt fuq haddiehor kwazi ma tkunx trid temmen li int kont li pprincipjajt dak kollu... 

 

Imma l-verita' hi li l-bniedem, waqt li mhux kapaci jaghmel xi haga mija fil-mija tajba, ghax dejjem ikun hemm xi dell fl-intenzjoni jew fil-qalb, daqstant iehor  ma jasalx jaghmel xi haga mija fil-mija hazina. Ghax mhux kapaci.  Ghax ahna lkoll tahlita ta' tajjeb u hazin.  Bhall-istorja tas-sikrana (haxix hazin) li jikber flimkien mal-qamh go ghalqa, ma tistax tnehhi dan il-hazin minghajr ma taqla wkoll u teqred it-tajjeb.

 

Gesu' nduna li ma setghux jifhmuh u qalilhom: "Il-bidwi ghaqli jhalli s-sikrana u l-qamh jikbru flimkien sal-hsad."  San Pawl ukoll jghid li ftit li xejn jimpurtah li jkun iggudikat mill-bnedmin.  Anzi jistqarr "anqas jiena stess ma niggudika lili nnifsi.  Tassew li jiena stess ma nhoss xejn fuq il-kuxjenza tieghi; imma mhux b'dan inserrah rasi imma bil-hsieb li se jkun il-Mulej li jiggudikani... Hu ghad johrog ghad-dawl dak li hu mohbi fid-dlam, u jikxef il-fehmiet mistura tal-qlub.  U mbaghad kull wiehed jiehu minghand Alla t-tifhir li jkun jisthoqqlu" (ara 1Korintin 4,3-5).

 

Issa jekk kien hemm bniedem li kellu ghalxiex jithasseb dwar il-passat tieghu kien propju San Pawl.  Imma, kif jghid hu stess, tghallem jixhet il-passat wara spallejh u jibqa' miexi 'l quddiem, anzi jigri t-triq li ghandu quddiemu, fiducjuz li Alla se jkun kuntent bih.

 

Fil-fatt meta jibdew jirxuxtaw dawk il-hsibijiet dwar il-passat, triq wahda hemm.  Taghmel kif qed jghid San Pawl.  Thares il-quddiem u tirringrazzja 'l Alla li maz-zmien kont kapaci tibdel certa idejat (jekk hux kontra qalbek jew le ftit jimporta) u tipprova tmexxi llum skond dak li tghallimt mill-esperjenza tieghek.  U hemm tinduna li tassew Alla jkun qed "jehilsek mill-eghdewwa tieghek." 

 

Mhux biss l-ghedewwa-bnedmin imma dawk l-ghedewwa li jkunu jghixu go fik: l-istmerrija lejk innifsek; il-perfezzjonizmu; il-qtiegh il-qalb; id-dubbji; l-ideja tajba zzejjed dwarek nnifsek li ma thallikx tikkuntenta bl-ahjar sforzi tieghek; il-bzonn li tahbi min int quddiem ohrajn; il-bzonn li dejjem thossok mahfur u nadif, ecc.

 

Ta' min isemmi hawn li llum hafna jqisu d-dnub bhala xi haga tal-passat, jew li ma tezistix.  Anke din l-attitudni hi "ghadu" ghax ma tkunx qed taghraf u taccetta lilek innifsek kif int.

 

Mela li naghraf u naccetta lili nnifsi: dak hu li Alla jistenna minni.  Jekk nimmagina li nista' naghmel aktar minn hekk inkun qed nimmagina li sirt xi alla zghir.  Waqt li m'hemm xejn hazin li tixtieq tkun izjed perfett, trid izzomm quddiem ghajnejk haga wahda: li Alla se jaghmlek hekk, mhux int.  Il-grazzja tieghu biss tista' tbiddlek u tkabbrek.

Hosted by www.Geocities.ws

1