300 Sena Ilu Fetah is-Seminarju (1703-2003)

 

Tliet mitt sena ilu, fil-25 ta’ Marzu 1703, nhar il-festa tat-Thabbira tal-Mulej  (Festa tal-Lunzjata), sitt itfal dahlu ghall-ewwel darba fis-Seminarju ta’ Malta.   Dawn kienu  mill-parrocci ta’ Hal-Qormi, Hal-Luqa, Birkirkara, Naxxar u Mosta u iehor  minn Ghawdex.

 

Dak in-nhar filghodu kmieni fil-kappella tas-Sagrament fil-Katedral tal-belt Notabile saret Quddiesa mill-Isqof Davide Cocco Palmeri li ghaliha attendaw is-sitt itfal.   Wara l-Quddiesa t-tfal seminaristi marru fid-dar ta’ Don Ferdinand Fiott li nkriet apposta.   Ir-Rettur ta’ dak iz-zmien kien Dom Chrysostom Crispo.

 

Mill-ewwel deher li dan il-pass kellu jkun bicca xoghol li tinvolvi l-poplu nisrani kollu tad-Djocesi ta’ Malta peress li l-Koncilju ta’ Trentu mhux biss kien ordna li f’kull Djocesi jkun hemm Seminarju, izda wkoll li din trid issib il-fondi necessarji biex izommu.   Kien ghalhekk li l-Isqof, flimkien mal-Kapitlu tal-Katidral u l-Kappillani kollha, fittxew li jigbru l-flus ghas-Seminarju.

 

Kien fis-Sinodu  Djocesan tat-22/24 ta’ April 1703 li l-Isqof Davide Cocco Palmieri ddikjara t-twaqqif tas-Seminarju.   Minn dan is-Sinodu hargu wkoll il-kwalifiki mehtiega biex wiehed kien jista jidhol is-Seminarju. Min jidhol is-Seminarju:-

 

v     irid ikun gej minn familja mizzewga sewwa;

v     irid ikollu ta’ l-anqas tnax il-sena;

v     irid ikun jaf jaqra u jikteb;

v     irid ikollu l-kwalitajiet mehtiega u jrid tassew jaqdi l-Knisja;

v     studenti foqra li jkollhom il-kwalitajiet mehtiega izda ma setghux ihallsu jew anki

       li ma setghux ihallsu kollox, setghtu jidhlu s-Seminarju xorta wahda.

 

Dawn l-ewwel sitt itfal tghallmu r-Religjon Nisranija, il-Grammatika tal-Latin u tat-Taljan, il-Kant Gregorjan, ir-Retorika u l-Logika.   Kienu jisimghu  l-Quddiesa kuljum, jaghmlu servizz liturgiku fil-Katidral tal-belt Notabile, jqerru darba fix-xahar u jitqarbnu meta jghidilhom il-konfessur.   Wara hdax il-sena ARKANGLU DINGLI, JOSEPH VASSALLO u PIETRU PAWL BEZZINA kienu saru sacerdoti u JOSEPH GRECH u JOANNES SAMMUT kienu Sud-Djakni jew fi triqthom lejn is-sacerdozju.

 

Meta dawn iz-zghazagh spiccaw il-kors tas-Seminarju, kien hemm diga’ sitt zghazagh ohra lesti biex jibdew il-kors il-gdid.   Naturalment f’dawn l-ahhar 300 sena kienu eluf ta’ zghazagh li hadu t-taghlim u l-formazzjoni taghhom fis-Seminarju biex setghu jhaddnu s-Sacerdozju.

 

Nitolbu lil Alla biex qatt ma jhalli l-Knisja tieghu, partikularment f’Malta, minghajr is-Sacerdoti li ghandha bzonn biex taqdi l-missjoni taghha.

Hosted by www.Geocities.ws

1