Il-Kummissjoni Gimgha l-Kbira

qabzet il-mitt laqgha taghha

 

Il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira f’Rahal Gdid  bdiet issir malli spiccat it-tieni gwerra dinjija fl-1945.  F’dik is-sena l-Isqof Mauro Caruana ta l-permess biex tohrog il-purcissjoni bil-vara tad-Duluri.  Ghall-purcissjoni ta’ l-1946 zdiedet il-vara tar-Redentur.

 

Bejn l-1971 u l-1975 sar sett vari provizorji u kien hawn li bdiet tinhass il-htiega li tinhatar Kummissjoni biex tiehu hsieb il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.  Kien nhar il-Hadd, 9 ta’ Frar 1975 li saret Laqgha Generali ghar-Reffiegha u ghal dawk kollha li kienu jiehdu sehem fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.  Din il-Laqgha li fiha gie suggerit it-twaqqif ta’ Kummissjoni Konsultattiva, tmexxiet mill-Amministrazzjoni Parrokkjali maghmula minn Mons F.X. Xuereb; Dun Adolf Agius li kien Kappillan u Dun M.  Agius.

 

L-ewwel Laqgha ta’ din il-Kummissjoni saret nhar il-15 ta’ April 1975 b’dawn il-membri: Mons F.X. Xuereb, Chairman; Dun M Agius, Kaxxier; F. Ferro, Segretarju; L. Ebejer Bohm, Ass.Segretarju; Kav. L. Depasquale u T. Micallef, Organizzaturi; u Joe u John Deguara bhala Kuraturi u Kustodji.   F’dik l-istess Laqgha tfasslu l-avvizi u r-regolamenti ghall-partecipanti kif ukoll d-dmirijiet ta’ kull membru tal-Kummissjoni.

 

Minn dak in-nhar sa llum il-Kummissjoni ltaqghet 'l fuq minn 100 darba.   Ittiehdu diversi decizzjonijiet importanti.   Saru vari godda u aktar artistici.  Saru bankuni u attrezzaturi ohra godda.  Zdiedu l-personaggi bibblici b’ilbies aktar addattat biex il-purcissjoni saret aktar spettakulari.   Bdiet issir il-Via Sagra fit-toroq bil-vara tar-Redentur kif ukoll il-Pellegrinagg bix-xbieha ta’ Maria Addolorata.

 

Kull Kappillan tal-Parrocca jippresedi l-Kummissjoni, li minbarra l-Organizzaturi u xi persuni ohra, hi komposta wkoll mid-Delegati ta’ kull vara u 2 rapprezentanti tal-personaggi.  Ta’ kull sena ssir Laqgha Generali ghal dawk kollha li jiehdu sehem fil-purcissjoni.  Matul is-sena jsir hafna xoghol voluntarju mill-membri tal-Kummissjoni u persuni ohra biex jigu evitati l-ispejjez.

 

Laurence Attard

Segretarju, Kummissjoni Gimgha l-Kbira

Hosted by www.Geocities.ws

1