50 Sena Hidma

mill-Patrijiet Kapuccini f’Ghajn Dwieli

 

minn Alfred Ellul Galea

 

Il-hidma tal-patrijiet Kapuccini f’Ghajn Dwieli bdiet 50 sena ilu wara li s-Sur Pietru Pawl Micallef, resident f’Canossa House fi Triq Ghajn Dwieli, Rahal Gdid, wera x-xewqa li jhalli gidu lil xi ordni religjuz.   Huwa xtaq li wara mewtu tinbena kappella ghall-htigijiet tan-nies ta’ dawk l-inhawi.   Il-hsieb nobbli tieghu sehh fis-16 ta’ Frar 1953, meta ffirma ftehim fil-prezenza tal-Provincjal tal-Kapuccini, Patri Pietru mill-Floriana.

 

Ghal bidu marru zewg patrijiet jghixu fid-dar tas-Sur Pietru Pawl, izda f’qasir zmien parti mid-dar bdiet isservi bhala kappella provizorja.   Dan kollu sehh bis-sahha ta’ Patri Venanz mis-Siggiewi, Patri Gaetano Galea u Patri Donat Spiteri.   Sitt xhur wara l-wasla tal-Kapuccini f’Ghajn Dwieli, il-kappella nfethet ghall-pubbliku.   Ghal din l-okkazjoni specjali tqaddset Quddiesa mill-Provincjal Patri Pietru u nghatat il-Barka Sagramentali.   Ma setax jonqos li prezenti jkun hemm is-Sur Pietru Pawl kif ukoll il-Kappillan ta’ Rahal Gdid, Mons. Frangisku Xuereb, flimkien ma’ bosta nies mill-inhawi.

 

Ghalkemm kienet ix-xewqa tas-Sur Pietru Pawl li l-kappella tkun iddedikata lil San Pietru u San Pawl, dan il-hsieb ma sehhx peress li ma nstabx kwadru taz-zewg qaddisin.   Ghalhekk l-offerta ta’ kwadru ta’ Sant’Antnin ta’ Padova minn resident fi Triq Bormla wassal biex il-kappella tigi dedikata lil dan il-qaddis Frangiskan.

 

Mal-milja tas-snin inhass li din il-kappella kienet zghira ghall-komunita’ li kienet qed toktor f’Ghajn Dwieli.   Ghaldaqstant, erba’ snin biss wara l-wasla taghhom f’Ghajn Dwieli, il-Patrijiet Kapuccini taw bidu ghall-bini ta’ kappella li tkun tista’ taqdi l-htigijiet spiritwali tal-fidili ta’ dawk l-inhawi.   Dan seta’ jsehh bil-generozita’ ta’ bosta benefatturi u l-hidma ta’ Patri Danjel Tabone u Patri Innocenz Delia.

 

L-ewwel gebla tal-kappella l-gdida fuq pjanta tal-perit Guze’ D’Amato tqieghdet nhar is-6 t’Awissu 1957 u f’April tas-sena ta’ wara tlesta l-bini li tbierek minn Patri Timotju, Ministru Provincjal.  Peress li fl-1958 kien qed jitfakkar ic-centinarju tad-dehriet tal-Madonna gewwa Lourdes, il-patrijiet hasbu biex isiru statwi tal-Madonna u Bernardette sabiex jitqieghdu f’ghar maghmul minn gebel tal-gargazza magenb il-kappella.

 

Aktar ma gerrbu s-snin in-nies li kienu jattendu ghall-quddies u jaghmlu uzu mis-servizzi religjuzi pprovduti mill-patrijiet Kapuccinifil-kappella ta’ Sant’Antnin baqghu jizdiedu.   Mill-gdid bdiet tinhass il-htiega li tinbena kappella akbar.

 

Ghal dan il-ghan saret talba mir-Rettur u Superjur Patri Danjel Tabone lill-Kapitlu tal-Kolleggjata ta’ Bormla biex jixtru bicca art li kienet tmiss mal-kappella.    Meta t-twegiba ma waslitx, saret talba lill-gvern ghal bicca art fl-inhawi ta’ Kordin.   L-art offruta kienet qrib il-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin li tqieset bhala wisq ‘il boghod ghan-nies ta’ l-inhawi.   Wara giet offruta l-art fejn illum tinsab wieqfa l-knisja ta’ Sant’Antnin. Fit-23 ta’ Frar 1962 l-Provincjal Patri Krispin iffirma l-kuntratt u tliet xhur wara nghata bidu ghall-bini tal-kunvent li kien lest f’Awissu ta’ l-1963.   Tmien xhur wara, fil-5 ta’ April 1964, l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi bierek u qieghed l-ewwel gebla tal-knisja l-gdida f’Ghajn Dwieli.   Il-pjanti thejjew mill-Perit Edgar Caruana Montaldo filwaqt li x-xoghol tmexxa mill-Perit Godfrey Azzopardi u l-imghallem Guzeppi Sammut. 

 

Il-knisja, mibnija fuq stil Romaniku, ma damitx ma tlestiet bil-generozita’ ta’ benefattur kbir minn Hal Tarxien, is-Sur Antonio Vella.  L-10 ta’ Lulju ta’ l-1965 kien jum memorabbli ghan-nies ta’ Ghajn Dwieli.   Dak inhar il-Ministru Provincjal Patri Fortunat Pule’ fetah u bierek il-knisja l-gdida. 

 

Erba’ snin wara, fil-25 ta’ Gunju 1969, l-Arcisqof Gonzi kkonsagra l-knisja gdida ta’ Sant’Antin f’Ghajn Dwieli, Rahal Gdid.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1