KUMMENTI U TRUFIJIET                                                                                 Fuq iz-Zuntier:

 

Ghadna kemm spiccajna l-btajjel tal-Milied u jkollok tghid li tiehu gost tghaddi mill-pjazza filghaxija u tammira d-dwal u disinji armati li ta’ kull sena jaghtu hajja u qawmien lill-belt taghna.   Bla dubju ta’ xejn ma nistghux ma nsemmux id-dehra tal-pjazza fil-manifestazzjoni djocesana ta’ Kristu Re f’Novembru li ghadda.   Zgur li rridu nghidu grazzi lil kull min hu responsabbli ta’ dawn l-attivitajiet li jsehhu fil-pjazza taghna.

 

Ippermettuli nikkummenta dwar xi haga li tweggghani hafna - qed nirreferi ghall-funerali.   Funerali jkollna sikwiet, imma hej jinkwetani hafna l-fatt li wara tmiem il-quddiesa nhoss li s-serjeta’ tispicca hafna minnha meta mhux ghal kollox ukoll.   Mela filwaqt li rridu li kulhadd juri rispett lejn il-katavru ta’ dak jew dik li ghalih qed naghmlu l-funeral, imbaghad kif nohorgu mill-knisja inqeghduh fil-karozza u nhallu lis-sacerdot ghassa mieghu filwaqt li niesu u qrabatu jaghmlu diskursata waqt l-ghoti tal-kondoljanzi u jsiru affarijiet ohrajn li mhux ta’ min isemmihom.   Minn dak li nara sikwiet, addio l-katavru mbierek u ncensat fl-ahhar tal-quddiesa. Dak li jkun jindika li l-funeral ma spiccax huwa d-daqq tal-qanpiena u l-fjuri li jdawru t-tebut fil-karozza biex juruna li mhux vojt.

 

Dawn l-affarijiet iweggghuni hafna avolja l-persuni mejtin ma jigux minni.  Mhux l-ewwel darba u tnejn li ghidt bejni u bejn ruhi: dawn x’qeghdin jaghmlu?   Ikomplu bit-talb fis-silenzju jew jiehdu l-prosit ta’ kemm ghamlu funeral sabih li jaghmel unur lil dawk li baqa’  hajjin?... 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1