Jum  il-Karita’  2003

 

Kull sena JUM IL-KARITA’ jigi ccelebrat ftit granet biss wara l-festi sbieh tal-Milied u ta’ l-Epifanija.   Din is-sena se jkun nhar il-Hadd, 19 ta’ Jannar.  

 

Meta nghidu li qeghdin fil-Gimgha tal-Karita’ nifhmu li matul din il-gimgha irridu nkunu lesti nuru li ahna verament insara.  Li ndahhlu idejna fil-but u naghtu dik ix-xi haga mhux l-aktar importanti.   Dik li naghtu xi haga tal-flus hi sinjal wiehed, forsi l-aktar mod hafif kif nuru li jimpurtana mill-bzonnijiet ta’ l-ohrajn.  

 

Irridu niftakru u nfakkru li matul is-sena kollha ghandu jkollna programm ta’ karita’ jew imhabba tassew lejn l-ohrajn.  Nistghu naghmlu dan b’diversi modi bhal hidma fil-volontarjat billi naghtu lil dawk fil-bzonn mill-hin taghna, mill-kumdita’ li ngawdu, mill-energija li nezercitaw jew miz-zghozija taghna.

 

F’Jum il-Karita’ mhux biss niftakru fil-kmandament kbir ta’ mhabba lejn xulxin, il-Karita’ Vera, imma nsellmu lil dawk kollha li fi zmienna qeghdin jaghtu ezempju haj ta’ mhabba lejn min hu fil-bzonn, batut, wahdu ghax jehtieg l-ghajnuna minhabba dizabilita’; lejn dawk li jehtiegu ghajnuna morali u qed jistennew min jismaghhom, jifhimhom, jaghdirhom u jhobbhom. 

 

F’Jum il-Karita’ insellmu lil dawk li minn fostna marru fl-art tal-missjoni, forsi anki bil-familja b’kollox; lil dawk li qed jahdmu fid-diversi Agenziji li ghandha l-Knisja f’Malta bhal ma huma l-Caritas, id-Djar tat-Tfal u dawk ta’ l-Anzjani.

 

F’dan il-Jum irridu niftakru f’dawk li qeghdin ifittxu lil min qed jghix fid-dubju religjuz jew fil-biza’ ghax hu vittma ta’ l-uzura; lil dawk li jahsbu fil-habsin; lil dawk li jduru bil-morda; lil dawk li jahdmu genwinament f’agenziji lajci ghal gid ta’ l-ohrajn; lil dawk li jahdmu ghal rashom f’darhom u jduru bl-anzjani jew bil-morda taghhom.

 

Il-Karita’ hi storja li ma nkitbetx kollha u qatt m’hi ser tinkiteb.

Hosted by www.Geocities.ws

1