Il-Pjan Pastorali Parrokkjali: “Lejn Saltna ta’ Ahwa Mpenjati”

 

Ikollna nghidu li sabih dan il-motto!   Xi haga li nkwetat lil xi whud hija l-kelma “Saltna”.   Illum baqa’ zmien is-saltniet?   Il-kelma SALTNA hawnhekk mhix uzata fil-kuntest politiku jew civili izda f’kuntest evangeliku u pastorali.   Gesu’ s-Sultan ma kienx dak li joqghod fil-palazz, mdawwar mill-qaddejja li jghaddu minn quddiemu biex jaqduh.   Gesu’ kien dak li nehha l-mantar, libes il-fardal u hasel saqajn l-appostli; kien dak li qalilna jien ma gejtx biex inkun moqdi, izda biex naqdi u naghti hajti  b’fidwa ghall-kotra.

 

F’dan il-kuntest evangeliku s-saltna hija l-komunita’ parrokkjali li l-membri taghha jridu jkunu lesti li jghinu lill-ohrajn fil-parrocca.

 

X’jigifieri MPENJATI?  B’impenjati nifhmu nies li jahdmu minn qalbhom ghal xi haga li jemmnu fiha.   Fil-kaz taghna huma dawk il-lajci li jaghtu hinhom u l-energija taghhom jew xi tip ta’ ghajnuna biex jghinu nies ohrajn jersqu lejn Alla li minnu gejna u lejh irridu mmorru.   L-impenn ta’ dawk li jridu jahdmu ma jridx ikun hidma personali li naghmluha kif jaqbel lilna u kif ifettlilna, izda hidma flimkien (ghalhekk AHWA) bhala komunita’ li hi stess qed titghallem kif ghandha tahdem ma’ haddiehor biex dejjem taghmel il-gid u mhux id-deni jew zbalji.   Meta nitkellmu dwar l-ahwa nifhmu nies li jhossuhom bhal xulxin ghaliex gejjin mill-istess omm, min hu l-kbir u min hu z-zghir, izda kulhadd ghandu postu fil-familja.

 

Wiehed irid izomm quddiem ghajnejh li din is-saltna dejjem tikber u taccetta b’id miftuha u b’qalb kbira lil min irid u ghandu d-dritt li jaghmel parti minnha.

 

Biex naslu ghal dan kollu irid iz-zmien u ghalkemm nemmnu li bdejna, nhossu li ghadna l-boghod mhux hazin; ghalhekk qed nghidu LEJN SALTNA TA’ AHWA MPENJATI.

Hosted by www.Geocities.ws

1