SOCJU GDID FIL-MUSEUM

 

Proprju nhar il-Milied il-Qasam tal-MUSEUM ta’ l-irgiel f’Rahal Gdid laqa’ fi hdanu Socju gdid meta saret l-Inkorporazzjoni ta’ NEIL AQUILINA minn Rahal Gdid, iben Emanuel u Frida li ghandu 18 il-sena.    Neil hu student fl-Universita’ ta’ Malta, fl-ewwel sena tal- B.Sc.(Business & Computing).

 

Staqsejna lil NEIL x’wasslu biex ghazel dan l-istat ta’ hajja.

 

Neil: Minn mindu kelli 4 snin kont nattendi l-lezzjonijiet tad-dutrina fil-MUSEUM.  Kont xi ftit imqareb imma t-taghlim kont inhobbu u l-MUSEUM kellna wkoll il-hin ghall-loghob.   Kif inhi d-drawwa wara l-Grizma t-tfal jonqsu, imma jien lanqas biss kont nohlomha. Meta bdejt nitfarfar u bdejt insir xi ftit ribelluz, kont bdejt nahsibha: “Jien x’se naghmel b’hajti?”   Hafna minn shabi bdew jitilqu, imma jien kont inhoss li ghandi nibqa’.  Ma nafx x’kienet dik il-haga li zammitni anki fl-aktar mumenti difficli.   Forsi kienet l-imhabba ta’ komunita’ bejn is-socji.   Naf zgur li meta s-Superjur tani klassi biex nibda nghallem, dhalt b’impenn u mhabba kbira.   Meta bdejt nara kemm it-tfal ikunu jridu min jghallimhom u jiehu hsiebhom imqar ghal nofs siegha biss, indunajt li l-Mulej qieghed ikellimni u jsejjahli permezz ta’ dawk it-tfal.    Kienu mumenti fejn l-inqas tistenna li Alla se jkellmek jew li jinqeda b’min l-anqas qatt ma tistenna.

 

Aktar tard, meta ddecidejt li nghid lis-Superjur bid-decizjoni tieghi, tghidx kemm ferah, ghax kont ghadni kemm tajtu kedda biex jikkoregini.   Fil-Milied li ghadda, fil-jum tal-Inkorporazzjoni tieghi,  kont ferm ferhan ghax accettajt is-sejha li Alla ghogbu jaghmilli, li nwassal il-Kelma tieghu lill-ohrajn b’impenn.

 

Imma issa x’tahseb li se jkun il-futur tieghek b’din l-ghazla?

 

Il-futur ghandna nhalluh f’idejn Alla.   Il-pjanijiet tieghi huma li sakemm tkun is-sejha t’Alla ghalija, nibqa’ nghallem, bil-kliem u bl-ezempju bhala Socju fil-MUSEUM.    Niehu din l-okkazjoni biex nirringrazzja lill-genituri tieghi u lil dawk kollha li kienu ta’ ghajnuna ghalija biex stajt naghmel dan il-pass hekk importanti f’hajti.   Itolbu ghalija u l-Paci Maghkom.

Hosted by www.Geocities.ws

1