JIENA NEMMEN... U INTI? (7) Fr Michael Bellizzi
Fl-ahhar artiklu kont ghidt li r-religjonijiet Orjentali qed jigbdu lejhom bosta zghazagh illum. Ir-ragunijiet jistghu ikunu, l-ewwelnett, li dawn ir-religjonijiet igeghluk thossok li qed taghmel xi haga "differenti". Fil-fatt, kif jghid il-Kon`ilju Vatikan II, dawn huma religjonjiet li jghinu 'l min jehodhom bis-serjeta' biex jinqata' izjed mill-ispirtu tad-dinja li jtellef lill-bniedem milli jinghaqad izjed ma' Alla; jigifieri r-religjonijiet Orjentali jistghu iservu biex iqabbduk it-triq tas-salvazzjoni.
Jekk qed tithajjar issir Buddist biex thossok differenti, tinsiex li bhala nisrani int temmen li Alla halaq triq specjalment ghalik, u li din it-triq bizzejjed tipprova tghixha kuljum biex tirbahlek is-salvazzjoni.
Raguni ohra 'l ghala r-religjonijiet Orjentali saru tant popolari llum hi li peress li f'dawn m'hemmx l-element ta' komunita' jew "knisja" imma kulhadd ghalih wahdu, m'hemmx min jigri warajk jew "jiffittak" u jfakkrek bid-dmirijiet tieghek u l-konsegwenzi ta' dak li qed taghmel, jew li m'intix taghmel.
Illum niddejqu meta xi hadd
jipprova jkun il-kuxjenza taghna (il-genituri jafuha din: "Iva tibdiex
teqred!!"). Imma l-fatt hu li ahna stess qed noholqu d-destin taghna waqt
li nghixu hajjitna.
Ir-religjonijiet Orjentali jidhru
li qed ihollu lill-individwu
Li rrid nghid hu dan: li fl-ahhar mill-ahhar l-iskop ta' kull religjon hu li taghmel minni bniedem iktar matur u responsabbli, u mhux bil-maqlub! Il-Kristjanezmu joffri mudell li fih il-bniedem jikseb maturita' waqt li jghix f'relazzjoni ma' ohrajn. F'dawn ir-relazzjonijiet irrid inkun immotivat mill-imhabba, jigifieri li nkun lest naghti hajti ghal dawk li nhobb. Issa dan jitlob minni certu tahrig: li nkun kapaci nghid "le" lili nnifsi, li nkun "sod" mieghi innifsi, u li nghid "le" anke lil dawk li nhobb meta jkun ta' gid ghalihom.
L-unika obbligazzjoni li ghandi lejn dawk li nhobb hi li nhobbhom u mhux li nghidilhom dejjem "iva" jew li nikkuntenthom f'kollox. Kemm niltaqa' ma' nies li jpoggu hajjithom u z-zwieg taghhom u l-ghixien taghhom stess fil-periklu "ghax ma rrid inwegga' lil hadd". U jispiccaw biex iweggghu bil-bosta lilhom infushom u jkunu huma l-ewwel vittmi ta' tragedja li jkunu huma stess komplici fiha.