IS-SOCJETA’ MISSJUNARJA  TA’ SAN PAWL (M.S.S.P.)

 

Ghalkemm fl-10 ta’ Frar ahna l-Maltin inkunu qed niccelebraw in-nawfragju ta’ Missierna San Pawl li nissel fina l-fidi ta’ Kristu, ma jistax jonqos li ma niftakrux f’San Pawl bhala missjunarju kbir li b’tant hegga vjagga minn pajjiz ghal iehor u minn belt ghal ohra biex ixerred it-taghlim u l-kelma ta’ Kristu.

 

B’dan il-hsieb nobbli twaqqfet is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (M.S.S.P.) minn Mons Guzeppi De Piro fl-1910 bil-ghan ewlieni li l-membri taghha jmorru fil-missjonijiet.  Id-Dar Centrali tas-Socjeta’ tinsab f’Ruma.   Fir-Rabat, Malta, hemm il-Motherhouse, fejn hemm ukoll il-Kullegg Missjunarju ta’ San Pawl u d-De Piro Youth Centre.   In-Novizzjat jinsab iz-Zebbug, Ghawdex, u d-Dar tal-Formazzjoni f’Santa Venera.   Is-Socjeta tiehu hsieb l-Oratorju ta’ Birkirkara u d-Dar ta’ San Guzepp f’Santa Venera.   Biex tilhaq l-ghan missjunarju taghha s-Socjeta’ ghandha seba’ djar fl-Awstralja, tnejn fl-Istati Uniti, erba’ fil-Peru’ u tnejn fil-Pakistan.

 

Fl-1984 saret talba lill-Arcisqof ta’ Malta biex tibda l-Kawza  tal-Kanonizazzjoni  tal-Fundatur Mons Guzeppi De Piro.  Ingabru  d-dokumenti kollha li   b’xi   mod   kellhom   konnessjoni mieghu u nstemghu bosta xiehda li kienu jafuh direttament.  Dawn gew ezaminati minn Tribunal Ekklesjastiku mwaqqaf apposta. F’Ottubru 1988 infetah ufficcjalment il-Process Djocesan u Mons De Piro beda jissejjah Qaddej ta’ Alla.

 

Imiss issa l-gheluq ta’ din l-ewwel fazi tal-Kawza ta’ Kanonizazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla Guzeppi De Piro.   It-Tribunal jipprezenta x-xiehda miktuba u d-dokumenti kollha li ngabru matul il-Process Djocesan u fil-Prezenza ta’ Mons Arcisqof jissiggilla kollox biex jintbaghat kollox Ruma fejn tibda t-tieni fazi tal-Kawza, il-Process Apostoliku.

 

Ic-Cerimonja ta’ l-gheluq tal-Process Djocesan tal-Kawza ta’ Kanonizazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla, Guzeppi De Piro se ssir waqt quddiesa pontifikali mmexxija minn Mons Arcisqof nhar is-Sibt, 25 ta’ Jannar fil-Kattidral ta’ l-Mdina fis-6.00 ta’ filghaxija.

Hosted by www.Geocities.ws

1