Nicec u Statwi
fit-toroq ta’ Rahal Gdid
Fit-toroq
ta’ l-ibliet u l-irhula maltin, l-aktar dawk qodma, insibu ghadd kbir ta’ nicec
u statwi li l-parti l-kbira taghhom twaqqfu b’sens ta’ qima u devozzjoni. Mhux l-istess jista’ jinghad ghal Rahal Gdid,
li l-bidu tieghu ma jehodniex daqstant ’il boghod. Izda minkejja dan in-nuqqas fin-numru, isebbhu
l-lokal taghna nsibu ’l fuq
L-ewwel
nicec u statwi f’Rahal Gdid issawru lejn tmiem is-seklu dsatax meta
l-popolazzjoni f’dawn l-inhawi hadet spinta ‘l quddiem bl-izvilupp tal-progett
mibdi mill-Ammiraljat. Izda l-akbar ghadd
minnhom saru fis-seklu li ghadu kif intemm meta l-ghadd ta’ nies f’dawn l-inhawi
kotor qatigh. Fil-fatt insibu biss zewg
statwi ohra li jmorru lura sas-seklu dsatax - in-nicca tal-Kurcifiss li tinsab
faccata tal-knisja parrokkjali fil-misrah u dik tal-Qalb ta’ Gesu’ fi Triq Regina
kantuniera ma’ Triq Sant’Ubaldeska.
Bhal
ma nsibu fi bliet u rhula ohra fil-gzejjer Maltin, f’Rahal Gdid insibu wkoll xi
qaddis jew qaddisa li ghandhom aktar
Minbarra
dik li semmejna fit-telgha ta’ Rahal Gdid insibu ohra fi Triq Ghajn Dwieli,
filwaqt li dawk li twaqqfu b’qima lill-Qalb ta’ Gesu’ jinsabu fi Triq Haz-Zabbar
u Triq ir-Regina/Triq Sant’Ubaldeska. Ma
rridux ninsew li mat-twaqqif tal-parrocca fl-1910 il-knisja ta’ Sant’Ubaldeska giet
iddedikata lill-Qalb ta’ Gesu’. Anke
San Pietru sab aktar devoti hawnhekk b’zewgt inhawi fejn insibu xbihat tieghu:
Triq Sammat u Misrah Antoine de Paule.
Imxerrda fit-toroq taghna nsibu
wkoll numru mhux hazin ta’ statwi u nicec iddedikati lill-Madonna taht titlu jew iehor. Dik tal-Madonna tat-Grazzja tinsab fi Triq
Sant’Ubaldeska/Triq Ninu Cremona; Madonna tal-Karmnu (Triq Haz-Zabbar); Maria
Assunta (Triq Sammat); Marija Bambina (Triq il-Karmnu); Marija Immakulata (Triq
Santa Monika/Triq it-Tarzna u ohra fi Triq l-Arkata).
Minbarra
dawn l-istatwi u n-nicec hemm ukoll dik ta’ Sant’Antnin ta’ Padova fi
TriqBormla/SqaqSant’AntninOhrajn huma dedikati lil San Frangisk t’Assisi (Triq
l-Arkata); San Pawl (Triq Sammat); Santa Rita ta’ Cascia (It-Telgha ta’ Rahal Gdid)
u San Vincenz Ferrari li tinsab fi Triq Sammat/Triq it-Tarzna.
(Riferenza: Terrible
Tony, “Nicec u Statwi fit-Toroq Maltin”,
Pubblikazzjoni Indipendenza.)