IS-SENA EWROPEA TAL-PERSUNI B’DISABILITA’

 

Minbarra li t-3 ta’ Dicembru hu meqjus mill-Gnus Maghquda bhala l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Disabilita’, l-Unjoni Ewropea ddikjarat is-sena 2003 bhala s-Sena Ewropea tal-Persuni b’Disabilita’.  Il-Gvern Malti ghazel li jinghaqad mal-pajjizi Ewropej l-ohra u hatar Kumitat Centrali biex jorganizza attivitajiet ghal matul din is-sena.   It-tema maghzula minn dan il-Kumitat ghal din is-sena hi flimkienaslu.

 

Minkejja li bosta drabi s-socjeta’ thares lejn il-persuni b’disabilita’ bhala kollha l-istess hemm bzonn li nifhmu li hemm diversi kategoriji fost dawn il-persuni.   Insibu fosthom dawk b’nuqqas intelletwali, b’nuqqas ta’ smiegh; b’nuqqas ta’ dawl u dawk b’nuqqas ta’ mobilita’.   Dawn kollha ghandhom id-diffikultajiet specjali taghhom.   Kollha ghandhom l-isfidi partikulari li jhabbtu wicchom maghhom fil-hajja personali u komunitarja.

 

Matul ix-xhur li gejjin kull wiehed u wahda minna hemm bzonn li nimpenjaw ruhna biex naghtu s-sehem taghna biex jitnehhew darba ghal dejjem il-barrieri li jeziztu bejna u bejn il-persuni b’disabilita’.  Nistghu naghmlu hafna billi nghinuhom skond il-htigijiet taghhom fil-process edukattiv, fl-oghti ta’ xi xoghol produttiv, fl-uzu tal-hin liberu, bil-mod ta’ kif ingibu ruhna ma’ dawk li ghandhom bzonn l-ghajnuna taghna, bil-mod ta’ kif nitkellmu u sahansitra bil-mod ta’ kif nahsbu.

 

Kif qal is-Sur Joe Camilleri, President tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’, “Ahna lkoll nistghu naghmlu hafna biex, flimkien, nibnu ambjent u socjeta’ ahjar ghal kulhadd,  inkluzi persuni b’dizabilita.”  (Hajr lir-Rivista “INDAQS” Novembru 2002)

Hosted by www.Geocities.ws

1