IL-KELMA
TAL-KAPPILLAN
“SELF CONTROL”
Dan it-titlu jista’ jidher bla sens! Forsi veru ma jghoddx ghal kulhadd ghaliex hawn nies li ghandhom dixxiplina kbira fuqhom nfushom, izda dan in-numru mhux kbir hafna. Hawn min jahseb li ghandu kontroll shih fuqu nnifsu u meta jhares lejn hajtu jinduna li sejjer zball.
Hawn min jaccetta li f’hajtu
dejjem mexa bl-aptit u jaqta’ qalbu meta jahseb li ghandu jkollu dixxiplina
fuqu nnifsu. Mhix haga zghira li wiehed
ikollu kontroll shih ta’ hajtu, izda jenhtieg li wiehed jibda u jkompli. Fejn iwassal in-nuqqas ta’ “self
control”? Iwassal ghal mard, ghal hxuna, ghal vizzji,
ghal incidenti tat-traffiku, ghal imwiet, ghal tifrik ta’ familji, ghal djun
kbar, ghall- ghazz, ghal dwejjaq, ghal
nervozizmu kbir, ghal hajja bla Alla.
Ejjew inhallu lil min jghinna u jifthilna ghajnejna u mhux niehdu ghalina meta xi hadd jikkoregina jew jigbdilna l-attenzjoni!
Ejjew ikollna fiducja f’min jixtiqilna l-gid u mhux nissuspettaw f’kulhadd ghaliex nahsbu li daqsna ma jifhem hadd!
Naghlaq b’dan il-messagg: “Prevention is better than cure”. Il-kumplament tas-sena t-tajba.
Dun Noel Vassallo
Kappillan