Xi
Jfisser Ghalija l-MILIED?
Hassejna li f’din il-harga tal-Fuljett ikun xieraq
li naraw ftit xi jfisser il-Milied ghat-tfal Maltin. Tkellimna ma’ zewg subien u zewg bniet li dan ix-xahar se
jircievu s-Sagrament tal-Grizma ta’ l-Isqof.
Ghamilnilhom l-istess mistoqsija.
Nahsbu li anki ahna l-kbar ghandna nirriflettu xi ftit fuq dak li
qalulna dawn il-qlub ckejknin.
L-ewwel
mistoqsija kienet: Xi jfisser il-Milied
Ghalik?
Lynn Camilleri:
It-Twelid ta’ Gesu’, zmien li jgib il-ferh,
attivitajiet bhal plays, narmaw
il-Presepju u s-Sigra tal-Milied.
Naghmlu lil Gesu’ fil-maxtura kbira u niftakru li dak li twieled hu Gesu’
sultan tal-holqien kollu li twieled f’daqshekk faqar u niftakru f’dawk kollha
li huma batuti u foqra. Hawn naraw
ukoll kemm Alla jhobbna li sar bniedem
bhalna biex isalvana u nkunu qrib tieghu.
Luke Mercieca:
Ghalija l-ewwel ma jfisser hu t-twelid ta’ Gesu’
Kristu li twieled fil-faqar, tbaghtija.
Nammira kif Marija, Omm Gesu’ kienet dik li hadet hsieb lil Gesu’
tarbija.
Kirstin Caruana:
Hija festa kbira u sabiha ghaliex fiha jippartecipa
kulhadd. F’dawn il-granet aktar nies
imorru l-knisja, specjalment ghall-Quddiesa ta’ nofs il-lejl. Jkollna kant sabieh u nifirhu flimkien
fil-parties u nuru l-imhabba taghna ghal xulxin billi naghtu r-rigali.
Leanne Mercieca:
Xi haga specjali ghax twieled Gesu’ sultan u s-sid taghna. Dan it-twelid jgib ferh ghas din il-festa hi festa kbira. Narmaw id-dar b’tizjin li jfakkarna f’din il-grajja li Gesu’ twieled go maxtura u go ghar.
Imbaghad staqsejnihom: X’qed tistenna mill-Milied u kif tixtieq li tghaddih?
Lynn Camilleri:
Nistenna li l-Milied ikun rigal sabieh u nista
nattendi ghal priedka tal-Milied waqt il-Quddiesa ta’ nofs il-lejl. Nixtieq li f’dak il-jum nzur il-morda, l-anzjani
u dawk li qieghdin wahidhom. Se nzur
lill-buznanna li tinsab f’dar ta’ l-anzjani mbaghad il-familja kollha niltaqghu
ghand in-nanna biex nghaddu l-Milied flimkien.
Luke Mercieca:
Naghmlu festa kbira u sabieha billi nohorgu
bl-istatwa ta’ Gesu’ Bambin. Nixtieq
li jmorru hafna nies il-knisja.
Nistenna li niehu sehem fir-recta tal-Milied u li naqla’ hafna rigali
sbieh. Jkollna parties u hrug ma’
tal-Museum u anki li t-tizjin fil-knisja jghina nifhmu aktar xi jfisser
il-Milied biex nitolbu aktar. Nixtieq
nara aktar djar mzejnin bl-istatwa ta’ Gesu’ Bambin biex il-Milied ikun aktar
religjuz. Irrid li nkun ma’ tal-familja
meta mmorru ghand in-nanna.
Kirstin Caruana:
Nistenna li jkun Milied sabieh u ta’ paci u li niehu gost mal-hbieb. Nixtieq li naqla’ hafna rigali, xi presepju sabih u li nircievi hafna kartolini. Niehu sehem f’hafna attivitajiet tal-Milied u fil-granet ta’ qabel noqghod narma l-Christmas Tree ma’ huti. Irrid immur hafna ghand in-nanna, z-zijiet u l-qraba. Dak in-nhar tal-Milied nqatta’ l-gurnata d-dar nilghab ma’ huti u l-hbieb.
Leanne Mercieca:
Nistenna li nkunu lkoll id-dar ferhanin u li nzur
in-nanniet u z-zijiet. Nixtieq li
naqla’ hafna rigali u nircievi hafna kartolini. Irrid niehu sehem fl-attivitajiet tal-Milied bhal recti, kant
tal-carols u parties. Nixtieq li jkun
Milied ta’ ferh bejn il-hbieb u ma’ tal-familja u li flimkien nghinu lil min hu
fil-bzonn u lil dawk li jhossuhom wahedhom.
Kienu twegibiet tassew innocenti li Huma l-istess bhal ma tajna ahna nfusna meta konna ta’
dik l-eta’.
Illum ghadna nahsbuha l-istess?