IL-PAPA JHABBAR BIDLA FIR-RUZARJU

Nhar l-Erbgha, 16 ta’ Ottubru, il-Papa Gwanni Pawlu II fil-bid tal- l-25 sena tal-Pontifikat tieghu ippubblika Ittra Appostolika gdida bl-isem Rosarium Virginis Mariae.   F’din l-ittra, minbarra li ddikjara l-perjodu bejn Ottubru 2002 sa Ottubru 2003 bhala s-Sena tar-Ruzarju, il-Papa habbar bidliet f’din it-talba tant semplici izda fl-istess hin tant qawwija biex tissahhah il-hajja spiritwali tan-nisrani.

 

It-talba tar-Ruzarju sa kif konna nafuha sa issa kienet tikonsisti minn tliet forom li jhaddnu fihom 15 il-misteru li kienu tal-Ferh; tat-Tbatija u tal-Glorja.   Issa zdiedet dik tad-Dawl b’hames misteri li se jibdew jinghadu nhar ta’ Hamis.   Il-kuruna tar-Ruzarju se tibqa’ dik li hi llum.

 

Il-hames Misteri tad-Dawl, jigifieri dawk godda  huma:

1.      Meta Sidna Gesu’ Kristru tghammed fix-xmara Gordan

2.      Meta Sidna Gesu Kristu wera min hu fit-tieg ta’ Kana.

3.      Meta Sidna Gesu Kristu habbar is-Saltna ta’ Alla u sejjah ghall-Indiema.

4.      Meta Sidna Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntajna Tabor.

5.      Meta Sidna Gesu’ Kristu waqqaf  l-Ewkaristija, it-tifkira tal-Misteru ta’ l-Ghid.

 

Tajjeb li nghidu li dak li habbar il-Papa kien diga qalu u kiteb dwaru fl-1957 il-Beatu Dun Gorg Preca, il-fundatur tas-Socjeta’ tal-MUSEUM.   Dan il-fatt inghata prominenza mhux biss fil-gurnali lokali kollha, izda anki f’dawk ta’ bosta pajjizi barranin bhal ma huma l-Ingilterra u l-Istati Uniti fost ohrajn.          

                                      

AJC

Hosted by www.Geocities.ws

1