L-Arlogg tal-Knisja rega’ beda jahdem !

Il-poplu ta’ Rahal Gdid ferah mhux ftit meta sema’  mill-gdid  l-arlogg ta’  fuq il-kampnar ihabbar  il-hin.   Dan  kien  kollu  mertu  tas-Sur Oliver Cardona u  ohrajn li b’dedikazzjoni  kbira  regghu   tawh   il-hajja   mill-gdid.  Naraw  x’irrisponda  s-Sur  Cardona ghall-mistoqsijiet  li  ghamilnilu  dwar  dak  li  sar.

 

Sur Cardona, ghal dawn l-ahhar 4 snin, int u ohrajn mieghek, ilkom tahdmu bla heda biex issewwu l-Arlogg ta’ fuq il-kampnar tal-Knisja, tista’ tghdilna f’hiex kien jikkonsisti dan ix-xoghol?

            Meta darba staqsejt lil Frans is-sagristan ghaliex l-arlogg ma kienx baqa’           jdoqq, kien qalli li xi 20 sena ilu kienet grat xi hsara fis-sistema u billi ma             nstab hadd li jirrangaha, l-apparat twarrab u ntefa’ fil-genb fejn imtela’ bit-            trab.     Hassejt li kienet hasra.  Hadt l-apparat id-dar, naddaftu u, wara li          examinajtu, ghamilt pjanta tas-sistema eletrika u gibtu jahdem ghalkemm kont ghadni ma nafx kif tahdem sew is-sistema.   Wara hafna tfittix dwar min seta’             jaghtini xi hjiel kellimt lis-Sur George Schembri li accetta li jghinni.

            Ltqajna mal-Kappillan u ma’ Dun Guzepp Vella u flimkien bdejna naraw           x’hemm bzonn li jsir. Is-Sur Schembri ma tantx kompla imma kien lahaq tana           hafna pariri u dettalji siewja li minghajrhom ma konniex naslu.   Sibna li l-       coils kellhom hsara konsiderevoli u wara li kellimna lill-electrician Joe   Chetcuti dan ghamel sett gdid u li kieku ma kienx hu l-progett kien itir mar- rih.  Hekk, wara hafna taqtiegh il-qalb, provi, zbalji u esperimenti rnexxielna       flimkien li ngibu l-arlogg jerga’ jdoqq kif kien fil-bidu.

 

Xi tghidilna dwar l-apparat tad-daqq tal-Christus Vincit mill-Arlogg?

            Kif jghidu, l-innu originali kien verzjoni tal-Christus Vincit  differenti minn          dik li nafu ahna.   Josie Micallef, li kien ta’ ghajnuna kbira ghalina, tana      apparat li addattajna sabiex inkunu nistghu ndoqqu kull innu li rridu.   Wara             hafna loghob u provi rnexxielna nikkonnettjawh ma’ l-arlogg biex kull siegha,     fuq noti li tana Edward Tagliaferro, l-arlogg issa beda jdoqq il-Christus Vincit.

Hosted by www.Geocities.ws

1