JIENA NEMMEN... U INTI?    (6)

Ir-religjonijiet hekk imsejha "kbar" jissejhu hekk mhux l-izjed minhabba n-numru tan-nies li jhaddnu dak it-twemmin, u l-anqas ghax forsi huma mifruxa ma' l-erbat irkejjen tad-dinja.  L-Islam u l-Kristjanezmu huma mifruxa mad-dinja kollha imma r-religjonijiet tal-Lvant Imbieghed (Shinto, Hinduizmu, Buddizmu, Taoizmu u l-Konfucjanizmu) huma pjuttost ristretti u ftit li xejn tferrxu minn fejn originaw (fl-Asja). 

Mhux biss imma whud minnhom (Shinto, Taoizmu u l-Konfucjanizmu) bilkemm ghadhom jigu pprattikati min-nies illum.  Madankollu xorta huma meqjusa bhala world religions minhabba l-effett li hallew fuq miljuni ta' nies permezz tal-kultura, l-lingwa, t-tradizzjonijiet u l-istil ta' hajja li jwasslu.

 

Nghiduha kif inhi: religjon li ma jkollha l-ebda effett fuq il-hajja u l-imgieba ta' min ihaddanha ma tkun religjon xejn.  Il-mod kif religjon thalli dan l-effett hu permezz ta' drawwiet li bil-mod il-mod isiru parti mill-hajja ta' kuljum, mill-identita' stess tan-nies, dik li llum tissejjah "kultura". 

 

Il-bniedem jghix fil-kultura tieghu bhal ma huta tghix fl-ilma u jaccetta d-drawwiet taghha bla ma jistaqsi kif u x'fatta.  Il-kultura taffettwa l-aktar aspetti komuni tal-hajja: Kif, x'tista' u ma tistax tiekol, x’tilbes; fejn, meta u kif tahdem, titkellem, tinnamra...  Studjuzi ta’ l-antropologija (xjenza li tistudja l-bniedem u l-imgieba tieghu fil-qafas ta’ l-ambjent fejn jghix) jghidulna li hafna minn dawn id-drawwiet jew ikunu gejjin mir-religjon innifisha jew almenu r-religjon tkun taqbel maghhom, tinkoraggihom u taghtihom sens u tifsira.

 

Meta religjon ma tkunx taqbel ma' xi drawwa partikolari tohloq drawwa ghaliha u "tmur kontra l-kurrent".  U hemm tibda' hierga l-verita' dwar kemm in-nies jiehdu bis-serjeta' dik ir-religjon.

 

Hu b’dan il-mod, mela, li r-religjonijiet tal-Lvant Imbieghed kellhom u ghad ghandhom effett qawwi fuq il-mentalita' u l-hajja tan-nies.  Imma f'dik li hi struttura organizzata huma dghajfin.  M’hemmx irbit jew xi obbligu li jrid jigi mhares.  Kollox jiddependi mill-individwu - kemm jahdem fuqu nnifsu. 

 

Fostna llum hawn min jingibed lejn dan it-tip ta' religjonijiet, b'mod partikolari l-Buddizmu.  Jolqothom il-fatt li din ir-religjon "thallik bi kwietek", fis-sens li ma tiffittakx, waqt li ggieghlek tkabbar il-kontroll fuqek innifsek, fuq hsibijietek, fuq dak li thoss u dak li trid, permezz ta’ ezercizzji fizici bhall-Yoga u meditazzjoni profonda.

 

Il-Koncilju Vatikan II jghid dan fuq il-Buddizmu: “Fil-forom diversi tieghu, dan it-twemmin jaghraf li d-dinja dejjem tinbidel u qatt m’hi fiz-zgur u qatt ma tista’ tissodisfa x-xewqat tal-bniedem. Dan it-twemmin joffri triq li tista’ twassal lil min jimxiha bi spirtu devot u qalbieni, jew fi stat ta’ helsien mid-destin tad-dinja, jonkella biex jircievi dawl u gharfien permezz ta’ l-isforz individwali jew b’ghajnuna minn fuq.” (Nostra Aetate, 2).

 

Fr Michael  Bellizzi 

 


Hosted by www.Geocities.ws

1