Wara d-diskussjonijiet li saru matul
l-Assembleja Parrokkjali (hemm rapport shih fl-artiklu dwar l-Assembleja; ara
anke l-Kelma tal-Kappillan), issa jmiss lill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li
jaghmel is-sehem tieghu. Bl-akbar ghaqal dan irid ifassal Pjan Pastorali li jahseb
ghall-htigijiet partikulari tal-Parrocca taghna fid-dawl ta’ l-esperjenzi li hargu
mis-Sinodu Djocesan u minn dak kollu li ntqal fl-Assembleja.
Minn dan il-Pjan
Pastorali jrid johrog b’mod l-aktar car kif kull membru tal-Parrocca Kristu Re
jaghraf is-sehem tieghu bhala nisrani u kif jista' jwettaq dan bl-ahjar mod
possibbli fil-hajja tieghu ta’ kuljum.
Dawk li attendew ghall-Assembleja
Parrokkjali qablu li l-Motto tal-Pjan Pastorali ghall-Parrocca ghandu jkun: “Lejn
Saltna ta’ Ahwa Npenjati.”
Ntqal ukoll li dan
il-Pjan Pastorali ghandu jkun imfassal fuq prijoritajiet fejn il-hidma tista’ titwettaq fil-prattika bil-partecipazzjoni
u l-involviment ta’ kulhadd.
Il-Pjan Pastorali gdid
ghandu jiehu konsiderazzjoni tal-hidma kbira u fejjieda li diga' qed titwettaq
fil-Parrocca mid-diversi Ghaqdiet Religjuzi.
Izda billi jinhass li donnu hemm xi haga nieqsa fir-rizultati finali ta’
din il-hidma, l-Pjan Pastorali ghandu jahseb biex isahhah b’mod konkret
il-ko-ordinament ta’ bejn dawn l-Ghaqdiet.
Il-Pjan Pastorali jrid
ukoll jemfazizza l-htiega u l-importanza tat-talb kemm dak li jsir fil-knisja bhala
komunita’ kif ukoll dak li jsir b’mod individwali u personali.
Nawguraw li dan
il-Pjan ma jdumx ma jkun f’idejna.
AJC