Cerimonja tal-Maghzulin fil-MUSEUM

Ftit ilu saret ic-cerimonja tal-Maghzulin fil-qasam tal-MUSEUM tal-Parrocca.   Hafna jistaqsu din xi tkun?

Il-Beatu Dun Gorg Preca waqqaf il-MUSEUM biex il-membri jsiru qaddisin billi jghixu bhal Kristu, l-Imghallem Imsallab, li ghadda hajtu jghallem lill-ohrajn.   Ghal Dun Gorg, l-Imitazzjoni ta’ Kristu tant kienet haga serja, li xtaq li jdahhalha anke f’mohh it-tfal u z-zghazagh li jattendu fil-Ghaqda tieghu.

 

Dan jidher car fic-cerimonja tal-Maghzulin fis-semplicita’ taghha, fejn il-"maghzul", li jkollu bejn it-12 u l-14 il-sena, jwieghed l-ubbidjenza lejn min jghallmu, jircievi l-badge tal-Verbum Dei u jaghmel sitt proponimenti.   Dawn huma:  li jghix umli, li jahfer, li jahseb fuq ghalfejn gie fid-dinja, li jattendi ghat-taghlim, li jaghmilha ma’ min ma jfixklux li jattendi l-laqghat tal-MUSEUM u li jobdi r-regolamenti tas-Socjeta’. Ic-cerimonja tilhaq il-qofol taghha meta tinghad il-Latanija ta’ l-Invokazzjonijiet li fiha kulhadd jitlob lil Kristu l-Imghallem: "Aghmel li ahna nimxu warajk".

 

Ghal din ic-cerimonja li saret fil-qasam ta’ Rahal Gdid, kien hemm 19 il-zaghzugh.   Xi jfisser dan?

 

Li jkollok numru daqstant sabih ta’ zghazagh fl-ahjar taghhom li minn rajhom jiddeciedu li se jiehdu lil Gesu’ b’aktar serjeta fil-hajja taghhom tista’  tfisser hafna kif ukoll tista’ ma tfisser xejn.   Gesu’ qatt ma habbel rasu bin-numri, imma minn kemm ikunu ddedikati dawk li jimxu warajh.

 

Ghalhekk huwa ferm importanti li kulhadd ihossu fid-dmir li jitlob ghal dawn iz-zghazagh biex permezz tat-talb jikbru fil-hajja taghhom ma’ Alla, halli jaghrfu dejjem aktar kif  fil- hajja taghhom ta’ kuljum ghandhom jixbhu lil Gesu’ Krstu, l-Imghallem tal-bnedmin.   

 

Sup.  Joseph Buttigieg s.d.c.

Hosted by www.Geocities.ws

1