RAHAL GDID 60 SENA ILU

Benefattur kbir ta’ Rahal Gdid - Il-Kjeriku Karm Bologna

 

Mitt sena ilu Rahal Gdid kien ghaddej minn taqlib socjali, ekonomiku u industrijali kbir.   Bizzejjed wiehed isemmi x-xogholijiet kbar tal-baciri fit-tarzna li wasslu ghal zieda qawwij fil-popolazzjoni f’dawn l-inhawi.   Dan kollu gab mieghu wkoll tibdil fil-htigijiet spiritwali tal-Pawlisti.   Tibdiliet li sehhu fi zmien li bhala Rettur tal-knisja ta’ Sant’Ubaldeska kien hemm il-habrieki Keriku Dun Karm Maria Bologna.

 

Dun Karm Bologna ghandu rabta intima ma’ Casal Paula ghax fiz-zmien twil li ghamel bhala Rettur ta’ l-ewwel knisja fostna haseb biex isir l-ewwel tkabbir tal-knisja ta’ Sant’Ubaleska fl-1901.   Dak inhar thattet il-faccata u tressqet aktar 'il quddiem.   Fi zmienu wkoll zdied il-kappellun fi stil Korint biex fih tqieghed l-artal tas-soru qaddisa minn Pisa u ha hsieb il-gbir ta’ fondi biex jinbnew iz-zewg kampnari li ghadhom wieqfa sal-lum.   Sa mitt sena ilu din il-knisja nistghu nghidu li kienet ghadha fl-istat originali ta’ meta nbniet, jigifieri aktar minn 270 sena qabel.

 

Kien hu wkoll li thabat qatigh biex il-festa ta’ Sant’Ubaldeska tikber u ssir aktar popolari u li wassal biex fi zmienu saret l-istatwa tal-padruna ta’ l-Ordni Gerosolimitan mill-istatwarju maghruf Malti Karlu Darmanin.   Ghamel l-almu tieghu wkoll biex il-festa tikber mhux biss f’dawk li huma festi ta’ gewwa, izda  wkoll dawk   esterni.   Ewlenin fost  dawn  insibu  l-loghob  tan-nar,  zieda fil-mixeghla tat-toroq kif   ukoll ghadd  ta’ baned  li kienu jiehdu sehem nhar il-festa.   Dun Karm  Bologna  kien isib il-hin biex kull nhar ta’ Hadd  jippriedka u jghallem id-duttrina u bosta drabi,  fil-festa  ta’ Sant’Ubaldeska ma naqasx  li jaghti sehmu fit-Tridu u l-Panegierku.

 

Fi zmienu wkoll, jigifieri fl-1897, il-knisja ta’ Sant’Ubaldeska ghaddiet minn idejn il-gvern ghal ghand l-awtoritajiet ekklesjastici.   Izda minbarra x-xoghol fejjiedi fil-qasam religjuz, Dun Karm, li kien studjuz ta’ l-ilsien Ingliz, kellu ghal qalbu hafna l-Muzika.  

 

Ghalhekk fl-1898, fid-dar fejn kien joqghod fi Strada Loggia (Triq l-Arkata) waqqaf il-Banda Gran Maestro Fra Antonio De Paula.   Mal-bosta mpenji li ndahal ghalihom b’rizq in-nies ta’ dawn l-inhawi kellu wkoll il-gieh li jkun il-fundatur ta’ l-ewwel banda fostna, llum maghrufa bhala Socjeta’ Filarmonika G.M. Fra Ant. De Paule - Banda Kristu Re.

 

Dan il-benefattur kbir ta’ Rahal Gdid twieled fil-5 ta’ Jannar ta’ l-1845 fil-Belt Valletta u tghammed fil-knisja ta’ Porto Salvo, San Duminku tal-Belt.   Il-Genituri tieghu kienu Frangisk u Karmela nee’ Caruana.   Wara l-edukazzjoni primarja dahal is-Seminarju fil-Floriana minn fejn hareg kjeriku peress li ma kompliex fit-triq tas-sacerdozju.   Il-Kjeriku Karm Bologna qatta’ zmien twil jmexxi l-knisja ta’ Sant’Ubaldeska u fl-1904 nhatar kanonku tal-knisja Arcipretali ta’ San Pietru u San Pawl tan-Nadur f’Ghawdex.   Fl-istess sena waqqaf it-tmien kanonkat bl-ufficcju ta’ Teologu.

 

Il-hidma tal-Kanonku Kjeriku Karmenu Bologna bhala Rettur tal-knisja ta’ Sant’Ubaldeska ntemmet meta Rahal Gdid sar vici-parrocca f’Awissu ta’ l905.   Fl-ahhar snin ta’ hajtu huwa mar jghix fid-dar mal-Kappillan Dun Guzepp Marija Ascolese fil-parrocca tal-Gudja, fejn miet fl-eta’ ta’ 85 sena nhar id-29 ta’ Novembru 1930.   Huwa jinsab midfun fic-Cimiterju ta’ Maria Addolorata.

 

Alfred Ellul Galea

Hosted by www.Geocities.ws

1