Kif habbarna fl-ahhar harga tal-Fuljett, matul
Ottubru nzammet l-Assembleja Parrokkjali 2002 li kienet marbuta
ma’ dak li qed isir fis-Sinodu
Djocesan. L-Assembleja fethet fl-10
ta’ Ottubru b’Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali minn Patri Paul Cremona O.P. li
matulha ttratta s-Suggett “L-Impenn ta’ l-Insara fil-Parrocca”.
It-Tieni
Sessjoni nzammet fis-17 ta’ Ottubru fis-Sala tal-Paola Youth Centre fejn saret
riflessjoni u spjegazzjoni dwar it-tmien temi li hargu mis-Sinodu
Djocesan. Ntwera wkoll video bit-tema
“Flimkien naghrfu s-sinjali taz-zminijiet” li b’tant sengha u fotografija tajba
spjega fid-dettal xi esperjenzi ta’ dawk li qed jiehdu sehem fl-Assembleja
tas-Sinodu. Tajjeb li nfakkru li 65%
tal-participanti huma lajci minn diversi oqsma tas-Socjeta’ Maltija. Tkellmu wkoll xi rapprezentanti
tal-Parrocca fuq l-esperjenzi taghhom
dwar dak li qed jigri.
Il-Kappillan
Dun Noel Vassallo ta spjega fil-qosor tat-temi: Vizjoni ta’ Knisja; Lajci;
Xandir tal-Kelma; Liturgija; Djakonija u Gustizzja; Zwieg u Familja; Zghazagh u
Adoloxxenti u l-messagg li dawn iridu jwasslu fost il-komunita’ nisranija. It-Tabib
John Cachia, li qieghed fil-Workshop dwar it-tema Kultura - Socjeta’ - Knisja ghamel
analazi mill-aktar dettaljata dwar il-hidma impenjattiva ta’ dan il-grupp. Tkellem dwar l-isfidi godda li ghandha
quddiemha s-Socjeta’ Maltija b’rizultat ta’ l-izvilupp accellerat li sehh
f’dawn l-ahhar snin. It-Tabib Cachia
semma whud mill-oqsma ta’ mpenn li minghajr aktar telf ta’ zmien trid tiffaccja
l-knisja Maltija fi zminijietna.
It-tielet u l-ahhar Sessjoni ltaqghet nhar l-24 ta' Ottubru fejn gew elenkati u spjegati l-valuri li fuqhom id-djocesi u kull parrocca jridu jibnu l-pjan pastorali taghhom. Dawn il-valuri huma: Il-Komunjoni; Id-Djalogu; Ko-responsabilita’; Dixxerniment; u Solidarjeta’ (Outreach). Kull min kien prezenti qabel li dawn huma kollha mportanti u li kull wiehed minnhom hu marbut ma’ l-iehor u li ma jistghux jitwettqu indipendentament minn xulxin.