KUMMENTI U TRUFIJIET

Il-Futur Ibezzani!

Malta ghandha quddiemha sfidi kemm religjuzi kif ukoll politici.   U minn dak li jidher, is-sena li gejja se tkun sena ta’ decizjonijiet importanti li jitolbu hsieb u riflessjoni.   Il-Knisja Maltija trid tibda tahseb biex timplimenta dak li d-dokumenti tas-Sinodu qeghdin jissuggerixxu.   Kemm hi lesta d-Djocesi Maltija li taccetta bidliet ta’ hidma pastorali li s-Sinodu qed jippretendi li ghandhom jitwettqu ma jdumux?   Kemm ahna lesti bhala parrocca li noqoghdu ghal certu bdil biex jintlahqu aktar dawk il-kategoriji ta’ nies li nemmnu li ghandhom bzonn il-ghajnuna pastorali izjed minna?

 

Jekk imbaghad immorru fuq ix-xena politika naraw li l-poplu taghna s-sena d-diehla jrid jiehu certi decizjonijiet importanti: irridu naffaccjaw Referendum u Elezzjoni Generali u f’certi postijiet  l-Elezzjonijiet ghall-Kunsilli Lokali.

 

Dawn l-isfidi jitolbu mill-poplu taghna sens ta’ maturita'.   U dan hu li jbezzani.    Mhux kulhadd hu matur bizzejjed u xi kultant, minn dak li jinstema’ fit-toroq u fil-hwienet, jidher li numru ta’ Maltin ghadhom immaturi jew indixxiplinati.  

 

Dalwaqt nibdew nibaghtu l-kartolini bl-awguri taghna ghal Milied Hieni u Sena Gdida mimlija gid u hena.   J’Alla tkun sena li fiha verament nahdmu biex ma jkollniex firdiet minhabba idejat differenti u opinjonijiet opposti.   J’Alla li anke bhala Knisja Maltija nimxu 'l quddiem lejn hidma pastorali li tilhaq lil min hu l-izjed batut.   J’Alla li anke fil-Parrocca taghna nkomplu naraw hafna ucuh godda li jhossuhom komdi jahdmu fil-komunita’ fostna bl-opportunitajiet kollha li jifthu  aktar  qalbhom  ghal  Kristu.

Hosted by www.Geocities.ws

1