Ninxtehtu fl-art bil-Qima
Wasalna qrib il-festi tal-Milied u lejn tmiem ta’ sena ohra. Il-Parrocca taghna ntrabtet li tahdem fuq il-motto li hareg mill-Assembleja “lejn Saltna ta’ ahwa npenjati”. Kif nistghu nghaqqdu dawn ic-cirkostanzi flimkien? Nemmem li l-festi sbieh tal-Milied jaghtuna sfidi kbar biex inwettqu dan il-motto. Kristu s-Sultan beda s-saltna tieghu b’hajja umli, hajja mohbija u semplici, minghajr fanfarunati u storbju. L-impenn ta’ l-ahwa jrid iwassal lill-ohrajn lejn DIN is-saltna u mhux lejn xi ohra. Jenhtieg li kull ma wiehed jaghmel irid imexxi lill-ohrajn lejn Alla. Biex isir dan, huwa mehtieg li nkun qrib Alla u mimli bl-Ispirtu Tieghu. X’hemm isbah minn dawn il-granet fejn wiehed jingabar qrib il-presepju, madwar it-tfal ckejknin ferhanin bis-semplicita’, madwar Gesu’ fil-granet tal-Kwaranturi, minn fejn jien niehu s-sustanza ta’ hajti li jien rrid li nghaddi lill-ohrajn ta’ madwari....?
AWGURI U L-ISBAH XEWQAT.
Dun Noel Vassallo
Kappillan