Designed by N.Grech Red Devil Studios - Allrights reserved
Image Collage related to the Saint Sebastian's Decorations group
Il-Marc Maggestiku tal-Hadd Filghodu
Bust ta' San Sebastjan li jinsab fil-katakombi ta' l-istess qaddis. Xoghol ta' Lorenzo Bernini
Bernini c.1616.17-Thyssau-Bornemiszu Foundation Lugano

F'dan ix-xoghol Gian Lorenzo Bernini jirraprezenta l-figura ta' San Sebastjan f'pozizzjoni mhux daqstant normali. Il-figura tidher tistrieh fuq il-bazi ta'sigra li qed terfa' l-figura b'mod vertikali. Skond kritici ta' l-arti, f'dan ix-xoghol Gian Lorenzo hareg b'verzjoni barrokka (stil li kien ghadu bikri)ghax-xoghol rinaxxamentali tal-Pieta ta' Michelangelo.
Il-pozizzjoni li jidher fiha San Sebastjan isahhah it-teorija li Gian Lorenzo ghamel uzu minn blokka ta' rham li kien qed jaghmle uzu minnha Nicholas Cordier bl-intenzjoni li johloq San Gwann il-Battista ghall-kappella ta' Barberini. Jinghad li dik il-blokka spiccat ghand missier Gian Lorenzo, Pietro Bernini li ghamel uzu minn blokka gdida ta' rham sabiex hadem l-intenzzjoni ewlenija ta' Cordier. Madankollu x-xoghol li Gian Lorenzo hareg mill-blokka li fil-bidu kienet ghand Cordier tizboq ix-x-xoghol ta' missieru Pietro, tant li Maffeo Barberini irritorna lura lejn Ruma fl-1617, ghazel li jzomm dan ix-xoghol devozzjonali bhala parti mill-kollezjoni privata tieghu. Ghaldaqstant, bhal hafna artisti ohrajn, Gian Lorenzo Bernini joffrilna xoghol li juri lil qaddis zaghzugh Sebastjan; xoghol li jlaqqa flimkien it-tradizzjonijiet Rinaxximentali, Ellenistici u Barrokki (bikrija)flimkien.

Ref: Scriber III Charles - Bernini (Harry N.Abrams, Inc.,Pub.1991.)

Festa 2000 Ghaqda Armar San Sebastjan Hrug nru.8 Artiklu p.50
DECORATION IMAGES
Hosted by www.Geocities.ws

1