|
Habib li ftit hawn bhalek,
niftakrek mic-ckunija;
il-palk kien dejjem hajtek
imhabbtek ewlenija.
Bdejt tkanta mill-iskola.
Maz-zmien sirt popolari.
F�Joe Cocker kont tfakkarna,
segwejtek jien bi hgari.
REF: Kont titfa� jdejk fuq spallti,
kull meta kont narak.
Nitkellmu fuq il-hidma,
fix-xoghol kont nammirak.
�Ermann� kont issejjahli,
konn� ilna hbieb tal-qalb.
Illum nitkellmu xorta
kuljum fil-hin tat-talb.
U bdejt fix-xandir tahdem
b�impenn fid-direzzjoni,
kont tohloq il-programmi
sa l-icken attenzjoni.
�Mma l-musicals kont thobbhom
ta� hajtek l-akbar arti.
Bhal tfajjel ckejken tifrah
kull meta jaghtuk parti.
REF: Kont titfa� jdejk fuq spallti ecc�
Kien l-ahhar jum ta� Lulju,
niftakar sew id-data,
kont hemm ma� Grace u Daniel;
il-Birgu ghas-serata.
Kantajt id-dwett ta� mhabba,
u nzilt biex tgawdi l-bqija.
Poggejt bilqeghda w�rajja
ghall-ahhar melodija.
REF: Hassejt idejk fuq spallti,
smajt kliemek ghajjenin,
lissintli: �Hermann ghinni,
ghax ghandi hass hazin.�
Minn hemm tirt lejn is-sema,
kont mill-Hallieq maghzul.
Illum mal-kor ta� l-angli,
hemm int: Mario Ellul.
� Joe Julian Farrugia 2004 |
|