Below is an article by Mr. Joe Busuttil from Valletta. [ Wednesday 22nd September 2004]

 

The original text can be found on the L-Orizzont website or by clicking here

 

Il-musical Leonardo minn Joe Busuttil - Valletta


Sur Editur,

Id-data ta’ l-20 ta’ Awissu 2004 kien jum partikolari ghal Hal Kirkop. Wara li twaqqfet l-Ghaqda Kulturali Kirkop, ghall-ewwel darba ttella’ musical fuq il-hajja ta’ San Leonardu.

 

Bhala President ta’ din l-ghaqda nixtieq nuri l-apprezzament sincier tieghi u ta’ shabi tal-kumitat lil kull min ghen biex dan il-musical mhux biss sar possibbli, izda wkoll kien success u lil hafna benefatturi.

 

L-apprezzament taghna hu qabel xejn lejn iz-zaghzugh Jeffrey Scicluna li b‘kapacità kbira kiteb, idderiega u pproduca dan il-musical.

 

Jibqa’ f’qalbna il-mibki Mario Ellul li kienet l-ahhar bicca xoghol li rrekordja qabel miet hesrem l-ghada li proprju kien irrekordja dan is-CD.

 

Hawn nirringrazzja lil mart Mario, is-Sinjura Grace Ellul u lil ibnu, Daniel li mhux biss hallewna nuzaw il-vuci irrekordjata tieghu waqt il-musical, izda wkoll onorawna bil-prezenza taghhom. Maghhom kien hemm ukoll prezenti l-genituri ta’ Mario.

 

Irrid nuri l-ammirazzjoni tieghi lill-kantanti u l-awturi kollha li hadu sehem.Uhud minnhom minkejja li ddebuttaw fuq il-palk ghall-ewwel darba, urew li ghandhom talent u potenzjal kbir.

 

Nixtieq nirringrazzja wkoll lil kull min ta daqqa ta’ id biex il-produzzjoni ssir realtà, specjalment lill-Bronx Productions ghall-ghajnuna taghhom u lis-Sur Joseph Abela li wkoll kien ta’ ghajnuna kbira, u lil Mario Bonello tad-disinn tal-palk. Nirringrazzjaw lill-Kappillan Fr Noel Camilleri, lil Fr John Curmi, lis-Sindku Mario Salerno, lill-Ministru ghat- Turizmu Dr Francis Zammit Dimech, lil Dr John Attard Montalto, MEP u lil Sur Mario Galea, MP.

 

Fl-ahhar u mhux l-inqas lill-komunità ta’ Hal Kirkop li bil-partecipazzjoni u l-prezenza taghhom ghamlu dan il-musical success u nkorreggewna biex nippjanaw produzzjonijiet ohrajn.

Minn qalbi grazzi lil kulhadd.




If you have any ideas on how we can improve this site please let us know.
Enjoy your visit and come back soon.
Website designed and maintained by Alan Azzopardi (Kirkop) - 2005.
This page was last updated on: Monday, 17-Apr-06 12:04:45 PDT

Hosted by www.Geocities.ws

1