Il-Ktieb ta’ Tobit
Ħajja ta’ Qaddis Iżraelita fl-eżilju
Hu żmien l-eżilju tas-saltna ta’ fuq, jew tas-Samarija, fi żmien Enemessar jew Salmaneser (727-722 Q.K.). Dan il-ktejjeb jirrakonta storja vera imma b’żjidiet folkloristiċi u oћ
rajn biex jagћmel storja li l-valur ewlieni tagћha mhux fil-veritа storika daqskemm f’dak li hu reliġjuż - il-ћajja ta’ bniedem li jibqa’ jћares l-ordnijiet ta’ JHWH bi skruplu (fis-sens tajjeb) fl-art tal-jasar, fost nies li jagћmlulu l-ћajja iebsa ћafna.Tobit mit-tribù ta’
Naftali kien jgћix fil-jasar fil-belt ta’ Ninwи . B’ton inqas qawwi imma marbut sewwa ma’ din, hemm storja oћra ta’ familja mill-istess tribщ u qraba tiegћu li kienet eżiljata f’Ekbatana, fil-Medja. L-istorja tintiseġ b’mod sabiћ u twassal gћal tmiem feliċi ta’ gћaqda u prosperitа skond il-wegћda ta’ JHWH gћal min jgћix it-Torah, biss mhux fl-art li ma reġgћux lura fiha imma fl-art tal-jasar. U din ukoll tpoġġi mistoqsija dwar x’fehem Alla bl-art imwegћda, jekk hix l-art Imqaddsa jew il-ћajja ta’ dejjem.Il-ktieb ta’ Tobit hu ktieb dewterokanoniku – mhux meqjus parti mill-ġabra ta’ kotba ta’ l-Antik Testment la mil-Lhud lanqas mill-Protestanti. Il-Knisja Kattolika biss tqisu bћala ispirat u ż
żommu f’qima kbira f’dak li gћandu x’jaqsam mal-qdusija taż-żwieġ skond ir-rieda ta’ Alla.Dan il-ktieb aktarx miktub f’Iżrael bejn is-sena 200 u 180 Q.K. wasal gћandna fi tlett forom ta’ test grieg, imma żgur li kien hemm oriġinal semitiku, ebrajk jew aramajk. San Ġlormu inqeda bit-test aramajk biex tana l-verżjoni ta
l-Vulgata u ma kienx iqisu ispirat jew kanoniku. F’Qumran ћdejn il-Baћar il-Mejjet, instabu frammenti ta’ l-aramajk u verżjoni bl-ebrajk. Il-verżjoni latina u sirjaka joffru xi differenzi fit-test. Il-Kodiċi tas-Sinaj (li minnu ttieћdet il-verżjoni ta’ l-Gћaqda Biblika Maltija) u l-vetus latina l-aktar li jaqblu ma’ dak li nstab f’Qumran.Il-Knisja Kattolika gћarfet il-Ktieb ta’ Tobit bћala ispirat fil-Konċilju ta’ Ippona fis-sena 393 W.K. u reġgћet inkludietu fil-lista tal-kotba ispirati fil-Konċilju ta’
Trentu.L-Eżilju qajjem fi ћdan il-poplu ta’ Iżrael fid-dijaspora (imxerred fejn kienu fost il-ġnus pagani) eżempji mill-isbaћ
ta’ qdusija; kienu nies li ћarsu t-Torah fl-irqaqat tagћha b’mod li jkollok tinqeda bil-kelma ‘bi skruplu’ fis-sens tajjeb tagћha. Ġużeppi, l-gћarus ta’ Marija hu mfaћћar fil-Vanġelu ta’ S. Mattew gћal din il-ġustizzja quddiem il-Liġi tal-Patt. L-istess Tobit, Ester u Ġuditta huma tlett eżempji mill-isbaћ li juru kif dak li ћabbru Eżekjel u Ġeremija, dawn gћexuh f’ћajjithom. Alla minn kull qagћda li fiha jsib ruћu l-bniedem li jћobb, joћroġ il-ġid u jagћmel minnu ‘dawl u melћ’ gћal dawk li fosthom jgћix ћajtu.Il-Ħajja ta’ Tobit f’Ninwè
"Jiena,Tobit (Tobijah ebr. Alla hu tajjeb, Tobit gr.) kont nimxi fit-triq tas-sewwa u l-ġust
izzja…kont nagћmel ћafna karitа ma’ ћuti u ma’ ġensi” 1, 3. Kien tgћallem il-Liġi minn gћand nanntu Debora u baqa’ fidil gћaliha wara li Ġerobogћam ġieb xiżma f’Iżrael meta waqqaf gћoġol tad-deheb f’Betel biex ma jmorrux Ġerusalemm iqimu ’l JHWH fit-tempju. Il-qdusija dewteronomika ta’ Tobit kienet tikkonsisti f’li jmur pellegrinaġġ u joffri s-sagrifiċċju f’Ġerusalemm, u jagћti l-kontribzzjonijiet skond il-Liġi. Meћud fl-eżilju f’Ninwè fis-sena 734 Q.K. baqa’ jiftakar f’Alla u sab grazzja quddiem Enemessar 1, 12-13, li ћatru bћala ministru tal-kummerċ. Kien f’dan iż-żmien meta gћen lil qaribu Ġabajel li kien joqgћod fil-Medja v. 14, imma fi żmien Sanherib ingћalqu t-toroq tal-Medja. v. 15.Mġiebtu kienet skond it-tjubija ġudajka ta’ wara l-eżilju: l-gћ
oti tal-karità lill-foqra u jidfen il-mejtin lhud li b’disprezz kienu jitћallew bla dfin fit-toroq u kullimkien. Dan ġieb fuqu l-istmerrija ta’ Sanherib meta reġa’ lura mill-assedju ta’ Ġerusalemm u kellu rabja kbira gћall-umiljazzjoni li sofra. Tobit kellu jinћeba gћaliex wieћed minn Ninwи gћarraf lis-sultan b’dak li kien jagћmel kontra l-ordni tiegћu. Imma Aћikar, neputi tiegћu, li kien l-ewwel kuppier, mbagћad amministratur, qabes gћalih mas-sultan Sarkedon u seta’ jiġi lura.Meta ġie lura kienet il-fest
a tal-Ġimgћat (pentekoste), gћax Tobit baqa’ jћares il-Liġi ta’ Mosи, gћamlulu ikla, imma ma qagћadx gћall-ikel qabel ma mar ifittex u jġib ġisem ta’ Iżraelita mejjet li qallu bih ibnu Tobija. Hawn jiftakar fi kliem Gћamos, 8, 10. Hu raqad barra minћabba li kien imniġġes.Jissemma’ bin ћuh Aћikar (1, 21-22) u ser ninkludi din in-nota li sibt dwar ktejjeb - L-Gћerf ta’ Aћikar – li nstab fost il-papiri ta’ Elefantina fl-Eġittu u jmur lura gћas-seklu 5 Q.K. Jirrakonta ġrajja ta’ dan Aћikar li kien kanċillier ta’ Sanћerib u kellu neputi li xlieћ mas-sultan Assarhaddon bin Sanћerib u qatgћha li jingћata l-mewt. Ħarab u nћeba ġo gћar. Is-sultan gћela ћafna u wara xi żmien ћareġ mill-moћba billi sar jaf li xtaq jafdalu missjoni mas-sultan ta’ l-Eġittu li talab bniedem li jkun jista’ jћollu l-enigmi. Meta gћamel dan, is-sultan reġa’ taћ postu u ikkastiga lil neputih.
Hawn riferenzi storiċi li m’huma storiċi xejn, mhumiex eżatti, gћ
ax l-iskop tal-ktieb mhux dan, imma li jagћti tagћlim reliġjuż.Imma bћal ma jiġri ta’ spiss, din it-tjubija tiltaqa’ ma’ xi saram li jiskandalizza lill-istess tajbin. Tobit jagћma bil-ћmieġ ta’ gћasfur waqt li kien qed jistrieћ taћt ћajt wara li difen xi mejtin. Ħbiebu daru bih, imma ma naqsitx il-kritika u l-insulti saћansitra ta’
martu Anna. Din marret ‘taћdem xi xogћlijiet tan-nisa’ (2, 11) u darba minnhom mal-ћlas tawha gidi. Meta Tobit semgћu jgћajjat u staqsiha, “M’hux misruq hux?” v 13. Hawn niltaqgћu ma’ tilwima bejn Tobit u Anna li tgћidlu:“Fejn huma l-karitajiet tiegћek? Fejn huma l-opri tajba tiegћek? Jidher sew minn dak li ġie fuqek.” v 14. L-istess gћamlet mart Ġob; hawn gћandna Ġob iż
raelita.U hawn Tobit, mimli biża’ ta’ Alla, jitlob: mal-karitŕ
li kien jagћmel bl-gћoti ta’ flus u bid-dfin, li jiżdied it-talb. Jitlob maћfra ta’ dnubietu imma jtemm billi jixtieq il-mewt:“Aћjar immut milli ngћix gћax smajt biż
żejjed tagћjir u gideb, u gћandi gћali u swied il-qalb kbir.” 3, 6.Il-Ħajja ta’ Sara fil-Medja.
Waqt li jkun qed jiġri dan, Sara bint Ragћwel, eżiljat ieћor fil-Medja, kienet gћaddejja minn żmien iebes tant li kienet se ttemm ћajjitha. Asmodew, spirtu ћażin, kien gћajjur gћaliha u kien qatlilha lis-sebat irġiel li ż
żewġet fl-ewwel lejl taż-żwieġ. Seftura ta’ missierha gћajjritha, “qattliela ta’ żwieġek” 3, 8 u riedet titgћallaq, imma ma gћamlitx dan b’imћabba lejn missierha. v 10. Din ukoll tagћmel talba, “fetћet idejha lejn it-tieqa”, lejn Ġerusalemm, u wara li tfaћћar lil Alla tixtieq il-mewt: “X’jiswieli li jien ngћix? Jekk int ma tibgћatlix il-mewt, gћallinqas agћti każ tat-tagћjir kontrija.” Vv 5. “Fl-istess ћin it-talba tal-waћda u ta’ l-ieћor instemgћet quddiem il-maestа ta’ Alla." v 16.Il-kap 14 jurina missier li gћandu l-biża’ ta’ Alla jgћallem lill-ibnu l-waћdieni jibża’ minn Alla, gћax ‘aћna wlied il-profeti’, ‘biex ikollu barka u jikseb l-art’ v 12. Hu missier li qed jgћaddi l-fidi lill-ibnu u jurih kif gћandu jgћix fost ġens li ma jafx lil Alla u fost l-istess ulied Iżrael li nsew lil Alla ta’ missirijiethom. U l-iben jagћmel mistoqsija “Imma kif nista’ nieћu mingћandu l-flus meta la hu ma jaf lili, u anqas jiena lilu?” 5, 2. Ħaġa ċara. Kellu wkoll kitba minn idu, u Tobit kellu kitba oћra. v 3. Id-drawwa kienet li l-istess karta tinqasam u wieћed jieћu biċċa u l-ieћor il-biċċa l-oћra. Imma Tob
it l-ewwel ћsieb tiegћu kien li fil-faqar li sab ruћu fih, iġib il-flus gћalihom u gћal ibnu.U waqt li huma jkunu qegћdin jaraw dan kollu min-naћa tagћhom, Alla kien qed jaћsbilhom gћal kollox. Wara li talab il-mewt, beda jaћseb gћal ibnu biex jieћu lura l-flus li qiegћed ma’ qaribu fil-Medja u ftit li xejn ћaseb f’dak li Alla kellu merfugћ gћalih, dak kollu li se jiġri. Jibdew ifittxu bniedem li tista’ tafdah, u hekk hu jidћol Alla; “u kif ћareġ isib l-anġlu Rafel (ismu jfisser mediċina ta’ Alla) biex
iwasslu gћand Ġabel, u mhux biss dan jagћmel, iżda jeћles lil Anna minn Asmodew, jagћtihielu b’martu u wara li jeћilsu mill-ћuta, jieћu minnha d-duwa li tfejjaq l-gћama ta’ missieru.L-ewwel kliem ta’ dan is-sieћeb tal-vjaġġ sal-Medja hi kelma ta’ Alla: “Agћmel il-qalb! Alla wasal biex ifejjqek, kuraġġ!” V 10. Il-qawwa ta’ Alla tibda turi ruћha. L-istess ismijiet juru dan, gћaliex, Ġћażarija jfisser, JHWH jgћin, Ħananija, JHWH ћanin, Natanija, JHWH jagћti u Xemajja, JHWH jisma’. Min jaqra l-ktieb illum jifhem dak li Tobit ma kienx gћadu ntebaћ bih, Kif anġlu tal-Mulej kien se jakkumpanja lil ibnu. Rafel jagћmel ta’ bir-ruћu minn nies Tobit, v 14, u dan ibierku, gћax il-qraba li semmhielu kienu jmorru miegћu Ġerusalemm, jiġifieri ma telqux il-Liġi ta’ Mosи
kif gћamlu bosta oћrajn Ii bdew iqimu l-gћoġol ta’ Robogћam f’Samarija.Tobit jgћallimna nfittxu dejjem dik il-kumpannija li jaћsbuha bћalna dwar il-fidi tagћna f’Alla.Anna, omm Tobija ma qablitx li binha jmur fuq dan il-vjaġġ u ћaditha ma’ Tobit:
“Gћaliex bgћatt lil ibni? Mhux forsi l-bastun ta’ jdejna dieћel u ћiereġ quddiemna? Flus bi flus aћjar nitlifhom, u nsalvaw it-tifel. Biż
żejjed gћalina ngћixu kif iridna l-Mulej”. Vv 18-19. Imma l-Mulej jitlobna wkoll nirriskjaw xi ftit biex nitgћallmu nemmnu.Sabiћ ћafna hu d-djalogu bejn iż
-żagћżugћ (Ġћażarija jew Rafel) u Tobit: kollox isir gћall-iskop ta’ l-istorja u skond is-sigriet tas-sultan li jkun magћruf aktar tard, imma gћalissa ma kienx f’waqtu li jingћaraf. “Jien Ġћażarija, bin Ħananija, il-kbir mir-razza tiegћek” v 13, u Tobit isejjaћlu ‘Ħija”, kif fid-djalogu sabiћ bejnu u Sara jsejjћilha “Oћti” v 22. Iż-żwieġ skond Alla jagћmel raġel u mara, oћti u ћija.
Matul il-Vjaġġ
L-ewwel inkwiet matul it-triq hi l-ћuta kbira li ћarġet gћal sieq Tobija m
eta niżel jinћasel fit-Tigri. “Aqbadha” qallu l-anġlu “u żommha sewwa…Iftaћ il-ћuta u aqlagћlha l-marrara, il-qalb u l-fwied u erfagћhom gћandek” 6, 3. Matul it-triq Ġћażarija jfissirlu l-użu ta’ dawn il-partijiet tal-ћuta; il-qalb u l-fwied maћruqa jkeċċu xi demonju u l-marrara tfejjaq il-bjada ta’ l-gћajn. Qallu wkoll li kien jinћtiġilhom jgћaddu l-lejl gћand qarib tiegћu f’Ekbatana jismu Ragћwel, li kellu bint jisimha Sara; din ma kienetx miżżewġa u hu kien l-eqreb lejha u kellu dritt gћaliha skond il-Liġi.F’kull żwieġ hemm l-id ta’ Alla, u tnejn li jersqu lejn il-ministru tiegћu biex jissiġilla ż-żwieġ tagћ
hom b’sagrament, mqar jekk ikunu waslu biex jitilqu lil xulxin, dan il-pjan ta’ Alla gћandu jagћmlilhom il-qalb biex ifittxu jћollu kull diffikultà u jibqgћu fl-imћabba ta’ xulxin. “Dak li gћaqqad Alla m’gћandux jifirdu l-bniedem” (Mt. 19, 6).Kollox isir skond il-Liġi ta’ Mosè inkella wieћ
ed ikun ћaqqu l-mewt. 6, 13. Kollox jirranġa l-anġlu Rafel. Tobija jgћid tiegћu wkoll: “Ħija Ġћażarija, jiena smajt li din diġà żewwġuha lil sebat irġiel, u li mietu fil-kamra ta’ l-gћarajjes; dak il-lejl stess li kienu jersqu lejha kienu jmutu. U smajthom jgћidu wkoll li kien joqtolhom xi demonju. U issa jien nibża’…nibża’ li mmut u nwassal il-ћajja ta’ missieri u ta’ ommi fil-qabar bl-gћali tiegћi.” (6, 14-15). Imma Tobija lest li jirriskja u jћalli f’idejn Alla.Rafel ikompli jgћidlu x’gћandu jagћmel bid-dettalji kollha; hu tassew l-Anġlu kustodju:
Kif tidћlu fil-kamra, aћraq il-fwied u l-qalb, u d-demonju li jћobbha jaћrab, itolbu lil Alla biex jagћtikom saћћitkom, “ikollok tfal minnha, li jkunu qishom ћutek.”. v 18.
Fid-dar ta’ Ragћwel
Din hi l-isbaћ parti tal-Ktieb ta’ Tobit; dak kollu li qal Rafel lil Tobija jseћћ. Ragћwel jagћraf lil Tobija li jixbah lil missieru, tidћol Gћedna, mart Ragћwel, li tistaqsi dwar Tobit, “Hux tajjeb?” u Ragћwel jaf bid-disgrazzja li laqtet lill-qaribu Tobit. Djalogu sabiћ u kommoventi. Hemm biss sћaba sewda fuq ix-xefaq li tfeġġ hekk kif Tobija jgћid lil Rafel biex jitlob l
i oћtu Anna tingћatalu b’martu. 7, 9.Ragћwel jaf li Tobija gћandu dritt gћaliha, imma, Tobija m’gћandux interess ieћor ћlief dan u “Issa, ma niekol u nixrob xejn hawn ġew qabel ma tkun irranġajt din l-affari tiegћi”. 12. Ragћwel jagћtihielu b’martu skond il-Liġi , u jsiru “Minn issa ’l quddiem ‘int ћuha u hi oћtok’. (Din id-drawwa ġejja mill-Patrijarki, u turi l-intimitа ta’ l-imћabba miż
żewġa). Tiegћek hi mil-lum ’il quddiem gћal dejjem”. Sadattant Anna kienet gћadha barra u, meta tidћol, Ragћwel jagћtihielu u jberikhom. Jagћmlu wkoll il-kitba taż-żwieġ u jibdew jieklu u jixorbu. 14.Tobija jmur il-Medja biex isib lil martu kif Ġakob imur Haran biex jiżżewweġ lil Rakel (Ġen. 29, 4-6). Ragћ
wel min-naћa tiegћu jilqa’ ’l anġlu bla ma jaf min hu, bћal Abraham.Filwaqt li jidher li Tobija diġà jaf li Asmodew hu gћ
ajjur gћall-imћabba ta’ Anna, missierha u ommha jidher li ma jafu xejn. “Ragћwel sejjaћ lil martu Gћedna, u qalilha: ”Oћti, lesti kamra oћra ta’ l-irqad u daћћal fiha lil Sara.” 15. Xerrdet demgћa u qaltilha: “Agћmel il-qalb, binti. Sid is-smewwiet jagћtik ir-riżq wara dan l-gћali kollu tiegћek. Qawwi qalbek, binti!” 17.Meta ġew biex imorru flinkien fil-kamra, “Tobija ftakar fi kliem Rafel, ћareġ il-fwied u l-qalb…u qegћedhom fuq il-ġamar tal-bћur, u bdew idaћћnu”. 8,2. id-demonju ћarab lejn l-Eġittu ta’ Fuq u Rafel mar hemm u rabtu.” 8, 2-3. L-Eġittu ta’ Fuq, id-deżert, kien lok id-demonji, post bogћod mill-Medja,bogћod minn Anna, u Rafel kien aqwa minnu biex rabtu. Bl-istess spirtu ta’ fidi l-insara jemmnu li fl-ilma mbierek (sagramentali) hemm qawwa li tћarrab lix-xjaten u ġġib il-barka.
Fil-poplu lhudi it-twemmin dwar id-demonji u l-anġli daћal fl-istess żmien; hekk kif id-demonji kienu ta’ xkiel, l-anġli kienu ta’ ћarsien u gћajnuna kontrihom
.Iż-Żwieġ ta’ Tobija u Sara
Il-bieb jingћalaq mill-ġenituri meta joћorġu, imma Tobija u Sara jqumu mill-friex biex jitolbu, ‘gћax aћna wlied il-qaddisin’ u ma jixirqilniex niż
żewġu bћall-pagani. Talbu ’l Alla ta’ missirijiethom u bierku ismu mal-ћolqien kollu. Jiftakru f’Adam li Alla tah lil martu u nisslu bnedmin, gћax mhux sew li raġel jibqa’ waћdu. Imma dan iż-żwieġ gћandu skop wieћed, skop qaddis, it-tnissil ta’ l-ulied mhux il-passjoni tal-ġisem. U dak il-lejl raqdu, ma kkunsmawx iż-żwieġ. San Ġlormu jgћid li l-irġiel l-oћra kienu tant xewqanin li ma astjenewx gћal tlett ijiem skond id-drawwa, u gћalhekk mietu.Ragћwel, madankollu mar iћaffer qabar flimkien mal-qaddejja: rakkont ġenjali ћafna.
Jibgћat lil martu tara x’ġara, hux ћaj jew mejjet bie
x fil-każ jidfnuh ‘bla ma jkun jaf ћadd’. v 12. Il-qaddejja ġġib aћbar tajba, aћbar ta’ salvazzjoni u Ragћwel u Gћedna jagћmlu huma wkoll talba b’erba’ barkiet lil Alla tas-sema, li ћenn gћal uliedhom. U bagћat jordom il-qabar qabel jisbaћ. U qatel mill-merћla u wara li talab lil Tobija ma jwarrabx gћal erbatax-il jum biex iferraћ lil bintu, taћ nofs ġidu u wegћdu n-nofs l-ieћor meta jmut. Alla jimla’ b’kull barka lil dawk li jћarsu l-liġi tiegћu (it-Torah) mqar jekk jgћaddihom minn provi biex jara fejn hi qalbhom.Erbatax-il jum kien darbtejn tas-soltu, sewwasew gћaliex il-provi kienu akbar mis-soltu. U flok li kien Tobija li jagћti l-prezz lil missier il-mara, Ragћwel jagћti d-dota lit-tifla u jagћmilhom werrieta universali.
Fuq talba ta’ Tobija, Rafel
ma’ erba’ mill-qaddejja jitlaq lejn Rages biex jirkupra l-ġid mћolli gћand Ġabajel minn Tobit: gћaxar talenti tal-fidda, li kienet somma kbira.Wara li tah l-kitba u gћarrfu li Tobija kien iżżewweġ lil Sara, “qabad u gћaddlu l-boroż issiġillati , bakkru flimkien u ġew gћat-tieġ.” (9, 5-6) Ġabajel jgћannaq lil Tobija, jagћraf fih lil missieru u jsellimlu bћala “Żagћżugћ sewwa u tajjeb! Bin raġel sewwa u tajjeb!” U bierku. v 6.Tobit u Anna inkwetaw gћal dan id-dewmien ta’ binhom, imma Tobit iserraћ rasu fuq Gћażarija. “Ma kienux flus li bagћattu jġib; ibni egћż
eż minn kollox,” kienet tgћid Anna, waqt li Tobit kellu qalbu qawwija. Anna ma kienetx torqod, kmieni kienet tmur tgћarrex fit-triq li minnha telaq biex tara tilmћux ġej lura. X’tistenna minn omm!Wara l-erbatax-il jum ta’ festa Tobija jaћseb biex jitlaq lura ћa jserraћ ras missieru. Ragћwel joffri li jibgћat messaġġiera gћand Tobit u jżomm lil Tobija. Imma le, Tobija jwieġeb, “Ma jkun qatt” . Wara li jagћtih dak li wegћdu ibierku u jћallih jitlaq. Lil bintu qalilha: “Mur gћand ћatnek,… Jalla mil-lum ’il quddiem ma nismax ћlief ġid fuqek” v 12. Ġћedna wkoll tberikhom u tixtieqilhom ulied u riż
q, bisithom u tathom il-vjaġġ it-tajjeb. v 13. Huma xeni qosra imma kommoventi u mimlijin kliem ta’ barka skond il-liġi ta’ l-alleanza. U telqu lura jfaћћru lil Alla, ‘Sid is-smewwiet u l-art.’Id-dmir ta’ Tobija f’dan il-mument kien li jkun maġenb missieru u ommu, kien tajjeb kemm kien tajjeb f’dar Ragћwel. “Diġа gћarraftek f'iex ћallejtu” v 8 jgћid lil ћatnu. Kif il-ġenituri gћandhom id-dmir li jipprovdu gћal uliedhom hekk l-ulied li jieqfu mal-ġenituri meta jkunu fil-ћtieġa, ma’ missieru bla dawl u ma’ ommu. L-ulied insara fl-aћћar lok gћandhom jiddeċiedu li jibgћatu lill-ġenituri ġo dar ta’ l-anzjani.
Tobija lura d-dar
Kap 10 jeћodna fid-dar ta’ Tobit u Anna f’Ninwи; dawn kienu mћassbin ћafna dwar dan id-dewmien u x’seta’ ġara. “Ta’ kuljum kienet toћroġ tiġġerra fit-triq li minnha kien telaq binha… u meta kienet tinżel ix-xemx… kienet tidћol u taqbad tibki
, u titniehed il-lejl kollu bla ma torqod." 10, 7.Rafel u Tobija gћaġġlu qabel Sara u l-bqija: l-ewwel li tilqgћu tkun ommu li kienet f’tarf it-triq mnejn telaq tistennieh. Marret tgћid lil Tobit li wasal u t-tnejn jifirћu; imma waqt li Anna toћroġ tgћannaq lil binha, Tobit gћoddu waqa’ u Tobija li ћa l-marrara f’idejh, gћoroklu gћajnejh u ġibed bћal qxur u beda jara. Tgћanniq u biki ta’ ferћ kbir. Tobit bierek lil Anna, mbagћad lil ibnu u daћћlu d-dar bћal żewġ gћarajjes. Il-lhud ta’ Ninwи ferћu “u gћamlu l-festa tat-tieġ li damet sejra gћal sebat ijiem.” 11, 20. Jieћdu sehem ukoll “Aћikar u Nadab, kuġini ta’ Tobit, li ġew jifirћulu.” v 19.
Wara s-sebat ijiem tal-festa Tobija u Tobit jaћsbu kif se jћallsu lil dan ir-raġel gћal biċċa xogћol li gћamel. U hawn juri min hu, jew jikxef is-sigriet tas-sultan: “Irrid ngћidilkom is-sewwa kollu, u ma naћbilkom xejn. Diġа gћarraftkom: Tajjeb li wieћed iżomm moћbi s-sigriet tas-sultan, iżda unur li wieћed ixandar l-opri ta’ Alla.” 12, 11. U jgћidilhom kif kien iwassal it-talb u l-opri tajba tagћhom quddiem it-tron ta’ Alla, u issa bagћatni biex infejjaq lilek u lil Sara” v 14. U jirrevela ismu: “Jiena Rafel, wieћed mis-seba’ anġli, li qegћdin quddiem il-maestа tal-Mulej, u nistgћu nersqu lejh.” v 15.
L-anġlu Rafel
kien barka qabel berikhom. F’din it-talba sabiћa li tirrivela s-sigrieti tal-Mulej moћbija gћal gћajnejhom u li issa setgћu jifhmu, huma ‘Secreta Arcani’ li l-Knisja ћarset b’ġelożija kbira minn gћajnejn dawk li ma kienux imdaћћlin fil-misteri li ma jmorrux ikasbruhom billi ma jifhmuhomx. Xi jfisser l-ilma tal-magћmudija jew il-Ħobż u l-Inbid ikkonsagrati ta’ l-Ewkaristija gћal min ma kellux daћla fil-misteri? Jaqbad jidћak u jwaqqagћhom gћaċ-ċajt.Tobit jagћmel innu ta’ ringrazzjament li jasal fil-qofol tiegћu “f’Ġerusalemm, il-belt qaddisa li gћad tinbena biż
-żaffiri u l-iżmerald” 11, 17, u fiha gћad jinġabru l-ulied il-ġusti u jbierku s-Sid ta’ dejjem. 13, 15. Hi x-xewqa mhux biss ta’ kull Iżraelita sinċier imma ta’ kull lhudi mis-Samarija wara x-xiżma ta’ Ġerobogћam. Tobit ifaћћar lill-Mulej il-ġust f’art il-jasar u juri l-kobor tiegћu lil-ġens midneb, l-istess kif quddiem il-Baћar miftuћ li ћalla l-ulied Ġakobb jgћaddu fl-inxief u gћarraq l-Eġizzjani, dawn kellhom xi ћaġa li turihom min kien Alla l-veru, Alla tal-poplu li huma jassru.Ġћad jgћaddi l-jasar tiegћek, Ġerusalemm, gћax Il-Mulej li ikkastigak gћal uliedek, hekk gћad iћenn gћalik. v 10 Dawl kbir gћad jiddi u joћroġ minnek sa truf l-art. Dan li jgћid Tobit gћal Ġerusalemm, hu qrib ћafna t
at-Tieni u t-Tielet Isaija, ta’ Baruk u Żakkarija. Qabel dan Ġerusalemm ma tissemma qatt u mkien, issa Tobit jinfexx f’din l-gћanja ta’ ferћ. Hi Ġerusalemm mibdula u glorjuża wara t-tbatijiet li saffewha.Wara li raġa’ ћa d-dawl, Tobit hu l-bniedem dewteronomista li “gћex fir-riżq u baqa’ jagћmel il-karitа, qatt ma jehda jfaћћar lil Alla u jxandar il-glorja tiegћu” 14, 2. Meta fl-etа ta’ 120 sena kien se jmut, jagћmel l-aћћar twissijiet lil ibnu fl-istil tal-Patrijarki li fihom, fost l-oћrajn, iћabbar it
-tmiem ta’ Ninwè skond il-profeta Nahum, gћax “ma tintilef ebda kelma milli qal”( il-Mulej). 14, 4. Il-ktieb inkiteb snin wara li seћћu l-qerda ta’ Samarija u Ġerusalemm, imma l-awtur qed jagћtihom bi skop ta’ storja tal-ћniena ta’ Alla li minn żmien gћal żmien tintwera b’tagћlima li l-ġust jgћix mћabba l-fidi tiegћu. Tobit hu eżempju mill-aqwa ta’ din il-ġustizzja mhux tal-kliem, imma ta’ ћajja, gћax quddiem il-Mulej m’hemm xejn li jista’ jinћeba.
Fin-nisġa tal-ġrajjietn ta’ dawn iż-żewġ familji qraba eż
iljati f’artijiet bogћod minn xulxin u dak kollu li jgћaddu minnu l-waћda u l-oћra, hemm l-ispirtu ћażin Asmodew u l-Anġlu ta’ Alla, Rafel. Hi nisġa li tqiegћed fil-miżien il-ћidma tal-wieћed u ta’ l-ieћor fil-ġrajjiet tal-bnedmin. Il-ћażin Asmodew hu reali, jaћdem kontra Anna mhux seba’ darbiet, jew ћafna. Ġћandu l-ћabel f’idejh. Xortiha hi f’idejh sakemm jidћol l-ispirtu t-tajjeb Rafel li jiskunġrah u jorbtu. Jidher li dan hu l-aqwa punt li l-kittieb irid jagћmel.It-tagћlim dwar l-anġlu kustodju barra dak li nsibu fl-Esodu, hu skop ieћor tal-Ktieb ta’ Tobit fil-kwadru tal-providenza ta’ Alla li tћares lill-bniedem li hu fidil gћat-Torah. Kienu grajjiet iebsin li dawn il-familji kellhom, ibda mill-eż
ilju bit-tbatija fiżika tiegћu u li trid tibda ћajja ġdida f’art barranija wara li tkun ћallejt ġidek warajk fl-oћra. Ma’ dan inżidu li Tobit jagћma u jiftaqar u hu mhedded mis-sultan gћall-karitа li jagћmel. Ragћwel u Ġћedna huma milquta ћażin mill-ġelożija ta’ Asmodew u t-tagћjir tal-qaddejja wasslet lil Sara taћseb li tneћћi ћajjitha. Il-vjaġġ ta’ Tobija sal-Medja kien mimli perikli u l-unika tama kien Ġћażarija, bniedem qarib, u anġlu tal-Mulej.It-Torah gћandha post ewlieni gћax Tobit iћarisha bir-reqqa, Tobija jifraћ meta Gћażarija jgћidlu li hu gћandu dritt gћall-imћabba ta’ Anna skond il-liġi. Tobit jagћmel karitа bi flusu u b’ћidmietu u ma’ dan jgћaqqad is-sawm u t-talb. Fil-Vanġelu ta’ S. Mattew, Ġesщ jitkellem dwar dawn f’kap 6 u dwar is-sigriet tal-Mulej jgћid, “Missierek li jara dak li hu moћb
i, iroddlok hu" v 4.Il-ktieb hu mimli innijiet ta’ hajr lil Alla flimkien ma’ talb ma jaqta’ xejn. Fil-barka wieћed jagћraf min hu Alla, barka mimlija mћabba mћeġġa, f’mumenti ta’ biki u djieq, ta’ ferћ u ћajr, ta’ tbatija u mard ta’ familji lhud fl-eż
ilju, li jiftakru sew kif gћexu dawk ta’ qabilhom, patrijarki u profeti, u bil-ћsieb li dan kollu jgћadduh lil uliedhom. Meta l-Bibbja tbierek lil Alla, tifhem tfaћћru u troddlu hajr gћax kollox minn gћandu jiġi u kollox hu barka ta’ Alla. M’hemmx dik l-idea umanista tagћna li meta nbierku ’l uliedna hekk naћsbu li nagћmlu meta nbierku ’l Alla.
Fl-aћћar tal-ktieb, Tobija fuq kelma ta’ missieru telaq minn Ninwи, belt fejn kien hemm “ћafna ћażen u qerq bla mistћija ta’ xejn” 14, 9 wara li difen lil ommu ћdejn missieru; telaq lejn il-Medja gћand ћatnu Ragћwel. Hemm sama’ bil-qerda tagћha, (din ġrat fis-sena 612 Q.K.), kif kien ћabbar Nahum u bierek lil Alla, gћax intweriet il-ġustizzja (qdusija) ta’ Alla li l-ћażen jieћu l-kastig li ћaqqu f’din id-dinja bћala twissija gћall-ћżiena biex jerġgћu lura mill-ћażen tagћhom. (It-Teorija tar-Retribuzzjoni).
Biblijografija: Il-Kummentarji: New Jerome; New Catholic Commentary; Rossi Degasperis, "Prendi il libro e mangia".
Dun Ġorġ Mangion, illum 3 ta’ Jannar 2008
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa