It-Teoloġija tal-Ġisem
Introduzzjoni
Hu fatt li llum mhemmx kamp aktar attakkat mill-forzi tal-ћażen daqs u bћall-Familja, is-Sesswalitа, u l-kunċett tal-Ġisem. Permezz tal-Medja (TV, Internet, stampa, films eċċ) ix-xitan qed jagћmel attakk qawwi kontra l-eqdes istituzzjoni fil-ћajja tal-Knisja u b’dan qed jagћmel ћsara lill-istess bniedem gћax jeqred kull sens ta’ ћajja anke ċivili.
San Pawl jikteb lill-Galati dwar: “L-gћemejjel tal-ġisem huma magћrufa: żina, faћx, nuqqas ta’ rażan, idolatrija, seћer, mibgћeda, ġlied, gћira, korla, ambizzjoni, firda, partiti, invidja, sokor, tbahrid, u ћwejjeġ bћal dawn.” (Gal. 5, 19).
Ġwanni Pawlu II meta kien Fatima gћeluq is-sena ta’ l-attentat li sar kontrih fl-1981 gћajjat u qal: “Xi darba dak li kien dnub kien jissejjaћ b’ismu, dnub; illum ћa ‘d-dritt ta‘ ċittadinanza’.” Ried jgћid sar ta’ ġewwa, mћares bil-liġijiet bhad-divorzju ,l-adulterju, eċċ.
Kif wasalna sa hawn?
Il-Luterani ma riedu jkollhom xejn x’jaqsnu maż-żwieġ; ћ
allew kollox f’idejn l-istat.Il-filos
fi ta’ wara r-Rivoluzzjoni Franċiża waqqfu “d-dritt naturali” flok ir-Rivelazzjoni, bћallikieku Alla ma jidћolx fiż-żwieġ, kollox f’idejn il-bniedem immexxi mir-raġuni u dak li jagћmel il-liġijiet hu l-Istat. Kien fi Franza li fis-seklu 18 daћal iż-żwieġ ċivili. Hawn daћal mbagћad il-ћsieb Lajċista, stat bla twemmin nisrani, jew anti-nisrani. Miż-żwieġ ċivili wieћed jgћaddi gћad-divorzju. Hekk beda l-attakk kontra l-familja.Fost il-forom ta’ attakk kontra ż-żwieġ nisrani nsibu l-kurrent femminista libera
li fl-aћћar tat-18 u l-bidu tad-19-il seklu. Bdew bil-vot, li kien ћaġa tajba, imma mbagћad ġew ‘rebћiet’ oћra. Il-kurrent soċjalista b’Marx attakka bl-aћrax il-Familja ta’ Nazaret. Engels iddikjara li “l-mara bdiet tkun ilsira mit-twaqqif tal-familja raġel wieћed ma’ mara waћda (monogamija) u l-proprjetа privata mћaddma mir-raġel biss…” Kif nafu, fir-Russja komunista kien hemm id-divorzju u ћafna koppji kienu mġegћla jgћixu f’dar waћda żgћira ћallata ballata.Wara jiġi l-moviment femminista fl-aћћar tas-snin 20 b’Virġinja Woolf li marret fl-gћeruq ta’ l-isfruttament tal-mara min-naћa tar-raġel, li jkollha relazzjoni sesswali biex ikun hemm it-tfal… Biex jikkumbattu dan, daћћlu l-pilloli kontraċettivi, bdiet battalja favur l-abort u li ż
-żwieġ ma jkunx bejn raġel u mara. B’hekk f’dawn l-aћћar snin mhemmx aktar żewġ sessi, raġel u mara, imma raġel, mara, omosesswali, lesbjani u transesswali (bejn raġel u mara).Moviment kontra l-familja hu l-moviment Gay. Hemm differenza bejn omosesswali u gay. L-omosesswali
hu bniedem li jġorr piż, skomdu; gay hu dak li jiftaћar li hu hekk, li ћareġ barra biex juri li hu hekk. Mindu fit-28 ta’ Ġunju 1969 sar l-ewwel marċ Gay Pride ġo New York, kien hemm bosta oћra madwar id-dinja u fl-Ewropa.
Minn hawn qed ngћaddu biex ko
ppji gay jiżżewġu ċivilment u aktar u aktar li jkunu jistgћu jadottaw tfal u jrabbuhom bћala wlied. Fit-8 ta’ Frar 1994 il-Parlament Ewropew gћadda liġi b’maġġuranza biex jitlob lill-Istati jneћћu kull xorta ta’ diskriminazzjoni kontra l-gay u l-lesbjani . Dawn immarċjaw taћt il-bandiera msejћa Omofobija, li tfisser atteġġament la ’l hawn u lanqas ’l hemm. Huwa wkoll intimidazzjoni: Jekk trid tkun meqjus bniedem f’sensik u mhux marid, jew jekk gћandek xi fobija, approva dak li jrid il-moviment gay.Din sare
t theddida, gћax jekk tesprimi ruћek kontra tiġi mwarrab u kalpestat jekk ma ssibx ruћek quddiem il-qorti kif ġralu pastur luteran li qal li dan imur kontra l-Bibbja, u kif ġara fil-każ ta’ Buttiglione li stqarr li hu gћandu sentimenti kattoliċi dwar iż-żwieġ. Biex jingannaw ћarġu bl-gћajta ta’ “Patt ċivili ta’ solidarjetа” jew PACS u jgћidu li fosthom hemm koppji eterosesswali u omosesswali. Dawn qed jitolbu li jkollhom l-istess dritt dwar il-komunjoni tal-ġid, is-suċċessjoni, l-gћajnuna medika eċċ. bћall-miżżewġin.Huma jgћidu li b’hekk mhumiex jattakkaw il-familja imma jridu jagћtu d-dritt lil kulћadd li jkunu magћrufin bћala familja. Hekk ingћad mill-Viċi president ta’ Spanja. Min se jż
ommhom! Il-Kongregazzjoni dwar id-Duttrina tal-Fidi fl-2003 qalet: "Jekk l-insara kollha huma obbligati li jopponu ż-żwieġ bejn omosesswali, il-politiċi kattoliċi huma obbligati b’mod aqwa. Il-politiku kattoliku hu obbligat jgћid li hu kontra u jivvota kontra."Attakk ieћor ġej mill-kontroll tat-twelid biex tonqos il-popolazzjoni tad-dinja. Hekk bdew imexxu l-kontraċettivi u jisterilizzaw bl-addoċċ nisa u rġiel, u jinkoraġġixxu l-abort bil-pillola u l-intervent kirurġiku. Fl-assemblej mondjali tal-Kajr u ta’ Beijing qagћdu jilgћabu bil-kliem dwar li mhemmx differenzi be
jn sess b’mod li kull bniedem, raġel jew mara jista’ jaqleb minn sess gћall-ieћor kif jogћġbu u jgћix ћajtu skond ma jogћġbu.Dawn huma bejn wieћed u ieћor il-linji ġenerali tal-kwadru kollu li kif jgћid il-Papa Ġwanni Pawlu II fil-ktieb , “Memorja u Iden
tità", huwa l-misteru tal-ћażen; hemm il-battalja bejn ix-xitan u l-Ħaruf. Quddiem dan kollu l-Knisja dejjem iddefendiet il-qdusija tas-sess, il-Familja u ż-Żwieġ bejn raġel u mara.Dwar l-antropoloġija l-ġdida, il-Kummissjoni teoloġika internazzjonali st
udjat it-testi Bibliċi u ikkonkludiet: “Il-Konċilju Vatikan II ta spinta ġdida lit-Teoloġija tax-Xbiha ta’ Alla li kien hemm qabel il-konċilju meћuda mill-Iskrittura, mill-missirijiet tal-Knisja u mill-Iskolastiċi. Din il-viżjoni baqgћet ћajja s’issa. It-Teoloġija ta’ llum qed tikkumbatti l-antropoloġija li tqiegћed lix-xbiha ta’ Alla fl-aspett spiritwali biss tal-bniedem. Fl-antropoloġija biblika mhemmx ruћ u ġisem, mifrudin. Il-bniedem hu wieћed, magћqud, gisem u ruћ ћaġa waћda, identitа personali waћda.Intom tafu li sa ftit snin ilu li titkellem fuq is-sess kien tabù, ta’ min jiskot. Tkompli l-Kummissjoni: "Id-duttrina nisranija twarrab gћ
al kollox id-duwaliżmu metafiżiku u kosmiku, jiġifieri li fl-univers kollox kien maћluq minn Alla, l-ispiritwali u l-materjali. Fl-Inkarnazzjoni , il-Verb sar bniedem, aћjar laћam kif jikteb Ġwanni (1, 14) b’mod li l-ġisem ukoll hu fil-persuna ta’ Ġesщ Kristu. Ġesù salvana b’kull att li gћamel b’ġismu, ‘ġismu ngћata gћalina u demmu xerrdu gћalina’, l-gћotja tiegћu innifsu fil-persuna waћda tiegћu. Illum dan jitwettaq fil-Knisja u nistgћu narawh u mmissuh fis-sagramenti li, gћalkemm huma ġid spiritwali, jingћataw b’sinjali li narawhom u nћossuhom. Hekk naraw li mhux ir-ruћ biss kienet mifdija imma anke l-ġisem.Is-sag
ramenti kollha jingћataw biex il-ġisem isir tempju ta’ l-Ispirtu s-Santu u gћalhekk gћandna nirrispettaw il-ġisem b’mod li ma ntebbgћuhx bid-dnub li jsir mhux biss bir-ruћ imma wkoll bil-ġisem. Dan l-istess ġisem nerġgћu nilbsuh fil-qawmien mill-imwiet biex kif kien mar-ruћ fis-snin tal-prova hekk ukoll ikun fil-premju (u fil-kastig).It-teoloġija ta’ Ġwanni Pawlu II
Fil-Familiaris Consortio jikteb: “Gћaliex hija spirtu mlibbes il-laћam, jew ruћ li turi ruћha fil-ġisem u ġisem li fih ruћ li ma tmutx, il-bniedem hu msejjaћ gћall-imћabba kollu kemm hu. L-imћabba tћaddan il-ġisem kollu u l-ġisem jkollu sehem mill-imћabba spiritwali.” (11)
Nista’ nirreferi wkoll gћall-Ġabra qasira tal-Katekiżmu tal-Knisja, magћmul mistoqsija u tweġiba.
“Maћluqin xbieha ta’ Alla il-bnedmin huma msejjћin gћall-imћabba u gћall-komunjoni . Billi din is-sejћa titwettaq b’mod speċjali fl-gћaqda bejn ir-raġel u l-mara biex jagћtu l-ћajja, id-divrenzja bejn raġel u mara hu element essenzjali f’dak li jagћmlu l-bnedmin maћluqin xb
ieha ta’ Alla.Gћalhekk il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jgћid: “Is-sesswalitа tinfluwenza l-persuna sћiћa tal-bniedem, gisem u ruћ.”
Hawn tidћol “it-Teoloġija tal-ġisem” ż
viluppata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Katekeżi ta’ nhar ta’ Erbgћa meta tkellem fuq l-antropoloġija biblika bażata fuq il-Ġenesi. L-istoriku tal-Papa , George Weigel jgћid, li mindu ġie magћżul ћass id-dmir, il-ћtieġa, li jesponi dan it-tagћlim u jqiegћed fuq bażi biblika d-duttrina dwar is-sesswalità, il-ġisem, iż-żwieġ u l-familja.Dan it-tagћlim tal-Papa kien miġbur fi ktieb minn missier ta’ familja ta’ sebat itfal, filosfu franċiż
, "Is-sesswalità skond Ġwanni Pawlu II". Fis-snin 60 bћala qassis fil-parroċċa San Florian kellu grupp ta’ żgћażagћ intellettwali, miżżewġin u gћarejjes u minn hawn ћareġ il-ktieb “Mћabba u responsabbiltа”. Hu ktieb ta’ etika sesswali. It-teologu De Lubac kien mistieden jikteb id-daћla u qal: “Hawn wisq kliem fuq sess, orgażmu u l-bqija. Dan ma jixraqx lil qassis", u ma kitibhiex. Dun Karol qal, "Jekk ma jћossx li jrid jagћmel dan, jagћmilha ћaddieћor.” Deherlu li kellu aktar jgћin lil minn kellu bżonn, milli jistћi. Deherlu li jippreżenta l-morali tal-Knisja mhux x’jista’ u ma jistax isir, imma li jitlaq mill-persuna tal-bniedem.Hu jagћti prinċipju: Qis fl-ieћor, fir-raġel, fil-mara, persuna li jixirqilha rispett b’dinjitа gћax hi ћolqien ta’ Alla. Il-bniedem hu li hu meta jagћti lilu nnifsu f’rispett lejn il-persuna l-oћra. Hekk mhux sewwa li tinqeda bil-persuna l-oћra. Dan jista’ jsir fl-utilitariż
mu, li jinqasam f’edoniżmu jew permissiviżmu, meta fir-relazzjoni sesswali wieћed ifittex il-pjaċir gћall-pjaċir. Jew ukoll fir-rigoriżmu meta jsir unikament bi skop ta’ riġenerazzjoni. Prinċipju morali jgћid, tistrumentalizza qatt lill-persuna l-oћra.Be
jn l-1979 u l-1984, huwa ta 163 katekeżi li fihom żviluppa din it-teoloġija tal-ġisem. Hu kien jaqbel ma’ l-“Humanae vitae” tal-Papa Pawlu VI imma ra li kienet wisq ibbażata fuq ir-raġuni u mhux fuq ir-Rivelazzjoni Biblika. Nistgћu naqsmu dan it-tagћlim f’erba’ partijiet.L-ewwel parti tibda bil-mistoqsija tal-Fariżej: “Jista’ wieћ
ed jitlaq lil martu, tkun xi tkun ir-raġuni, gћax Mosи ta l-permess?” “Kien minћabba l-ebusija ta’ raskom…fil-bidu ma kienx hekk.”"Fil-bidu" - u jibda mir-rakkont elohista, l-aktar riċenti fejn insibu:
“Nagћmlu lill-bniedem skond ix-xbieha tagћna.” Alla ћalaq il-bniedem fuq xbihetu, fuq xbihat Alla ћalqu, raġel u mara ћalaqhom. U berikhom u qalilhom: “Nisslu u oktru…” Ġen.1, 26-28).
Kull ma ћalaq qabel, sar gћax ‘Alla qal’ u ‘kollox sar’. Gћall-bniedem mhux hekk imma qal: “Ejjew nagћmlu.” Dan il-plural kien interpretat, ibda minn S. Wistin, li Alla jidћol fl-intimitа tiegћu. Hawn hu l-plural ‘nagћmlu’ tat-tlett persuni divini; mela hija t-Trinitа qaddisa li qed taћlaq il-bnie
dem.Alla hu relazzjoni ta’ persuni; il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Mela nagћmlu l-bniedem, mhux il-bnedmin; u gћamilhom raġel u mara jiġifieri li d-differenza sesswali hi fi xbieha ta’ Alla, mhux ta’ l-annimali. Il-bniedem mhux fir-renju ta’ l-annimali. Idaћћkuni xi programmi televiżivi li jistudjaw l-imġieba tax-xadini u ta’ l-annimali bћallikieku l-bniedem gћandu xi ћaġa x’jaqsam magћhom fil-ћajja sesswali tiegћu!
It-tieni rakkont Jahwista hu aktar antik u antropomorfiku biss bi psikoloġija
aktar profonda; hi l-ewwel xhieda tal-kuxjenza umana, jgћid il-Papa.“Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta’ l-art u nefaћlu fi mnifsejh nifs il-ћajja, u l-bniedem sar ћlejqa ћajja” (Ġen. 2, 7).
"U l-Mulej Alla qal: "Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’
waћdu. Ħa nagћmillu gћajnuna tgћodd gћalih.” (Ġen 2, 15).U x’gћamel? Ħa quddiem Adam il-ћlejjaq kollha, tahom l-isem imma ma siebx ma’ min jaqsam ћajtu. Hu l-ewwel sinjal ta’ awtokoxjenza; l-annimali mhux biż
żejjed, xi ћadd jixbhu jrid."U l-Mulej tef
a’ nagћsa tqila fuq il-bniedem u…ћadlu waћda minn kustiljih...u l-Mulej Alla sawwar il-kustilja li kien ћa mill-bniedem f’mara u ġiebha lill-bniedem. Mbagћad qal:“Din id-darba din hi gћadma minn gћadmi u laћam minn laћmi, gћalhekk mara tissejjaћ gћax mir-raġel ittieћdet.” (Ġen 2, 21-23).
Hu l-ewwel innu ta’ tieġ, jgћid il-Papa, ћiereġ minn qalb ir-raġel gћax sieb is-sieћba, gћadam (Adam) minn gћadmi, laћam minn laћmi, daqsi fid-dinjitа. Mela huma xbieha ta’ Alla fil-konkret ta’ ġisem u ġisem, maћluqin biex ikun ġisem wieћed fl-gћaqda sesswali.
“Is-sess, b’dak kollu li jfisser, mhux xi ћaġa aċċidentali gћall-persuna”, jgћid il-Papa.
Kif jaslu biex jgћidu xi whud li raġel u mara huma prodott ta’ xi kultura, tas-soċjetа
lhudija-Kristjana? Le."Id-differ
enza sesswali hi dik li tagћmel lill-bniedem raġel u mara. Hekk jistgћu jingћataw lil xulxin, jikkomplementaw lil xulxin b’mod li jkunu ġisem wieћed. Raġel u mara umanitа waћda, bid-differenza sesswali li hi l-gћerq ta’ l-esseri tar-raġel u l-mara.”Il-Pa
pa jitkellem ukoll fuq l-gћera“U t-tnejn kienu gћerja, ir-raġel u l-mara, u ma kinux jistћu minn xulxin.”(Ġen. 2, 25)
Qabel id-dnub, ir-raġel ma ћarisx lejn martu b’ġibda ћażina (konkupixxenza) biex jissodisfa l-istinti baxxi tiegћu u jużaha bћal strume
nt. Kellu d-dehra mnissla fih minn Alla (l-grazzja santifikanti) li jara fiha persuna mżejna b’dinjitŕ bћal tiegћu u li tista’ tingћata bћala rigal.Illum din saret fil-bniedem ġibda bћal ma hi fl-annimali tant, li jridu jkollhom ћajja barra r-rabta fiż
-żwieġ. Jgћid il-Papa:“Gћandna hawnhekk is-sagrament ewlieni, sinjal fid-dinja tal-misteru moћbi f’Alla mill-eternitа… il-ġisem u bil-ġisem biss jista’ jingћata dan is-sinjal sagrament ta’ l-imћabba spiritwali u divina.”
Gћalhekk il-ġisem jixraqlu rispett. Id-dnub kiser din l-armonija, ġieb id-disordni. Id-dnub ma kellux il-bidu fil-bniedem imma fix-xitan li qam kontra Alla u nissel fil-bniedem il-velenu li kien hemm fih li ried ikun bћal Alla.
“U nfetћu gћajnejhom it-tnejn u ntebћu li kienu gћerja..u gћamlu iћż
ma" (Ġen. 3, 7).Stћaw mis-sesswalitа tagћhom. Gћaliex? Issa dak li kien don sar strument ta’ ћakma, jasar, ilsiera tal-ġibdiet li jassruhom. Tgћatti biex ma tiġix strumentalizzat.
“Lejn żewġek tiġbdek xewqtek, u jaћ
kem fuqek hu" (Ġen, 3, 16).U dan kollu kontra l-mara li issir “oġġett” ta’ “ћakma” jew jasar u ta’ pussess min-naћa tar-raġel li hu aktar b’saћћtu, attiv. Din hi l-konkupixxenza jew tixtieq taћkem, tippossedi, biex tissodisfa pjaċir ћażin, disordinat, f’kelma waћda, id-dnub.
"Imm
a jiena ngћidilkom, li kull min iћares lejn mara biex jixtieqha ikun diġа gћamel adulterju magћha f’qalbu” (Matt. 5, 28).Mhux il-ћars daqskemm il- ġibda, tћares biex tixtieq hu att tar-rieda. Meta l-fariż
ej ġabu l-mara adultera quddiem Ġesu’, fehem li gћalihom dak kien att estern biss u gћalhekk wriehom li kienu mċappsa f’qalbhom. Id-dnub iġib firda bejn ћars u qalb, jgћid il-Papa. Hemm it-tendenza li wieћed jitfa’ l-ћtija fuq ġismu, is-sesswalitа, dak li jagћmel ћaddieћor meta jixtieq; aћjar inwaћћlu f’qalbna. Pawlu jistqarr, “Min se jeћlisni minn dal-ġisem tad-dnub?” F’San Mattew, Ġesщ jitkellem fuq il-ћarba ta’ l-okkażjoni u jgћid aqta’ idek, aqla’ gћajnek…L-gћajn u l-id mhix kapaċi tagћmel dnub, imma minn dak li jidћol fil-qalb, il-qalb, ir-rieda iżżomm jew ma żżommx, tinġibed gћall-ћażin jew twarrbu.Is-Sagrament taż-Żwieġ, il-Fidwa
Billi l-bniedem min-naћa tiegћu ma seta’ jagћmel xejn biex jibni dak li ћatt id-dnub, Ġesщ
Kristu ġie u mhux biss waqqaf l-ordni mkisser mid-dnub iżda gћolla ż-Żwieġ gћal Sagrament.Kif jgћid San Tumas d’Aquino, il-grazzja tas-sagrament tfejjaqna fl-gћeruq gћax taћdem fl-esseri tal-bniedem “gћax l-imћabba ta’ Alla issawwbet fi qlubna permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu li kien mogћti lilna.” (Rum. 5, 5).
Il-Papa jibni t-
teoloġija tal-ġisem fuq l-Ispirtu s-Santu; “Ħajja fl-Ispirtu” jsejjћilha. Hekk il-Fidwa tal-ġisem:
“Intom, irġiel, ћobbu lin-nisa tagћkom, kif Kristu ћabb lill-Knisja u ta ћajtu gћaliha. U dan gћamlu biex iqaddisha u jnaddafha bil-ћasil ta’ l-ilma u l-kelma, u biex iressaqha quddiemu, din il-Knisja, sabiћa, bla tebgћa, bla tikmix, bla gћajb u b’xejn minn dan, imma qaddisa u bla tmaqdir min ћadd. Hekk gћandhom l-irġiel iћobbu lin-nisa tagћhom bћallikieku ġisimhom stess.” (Efes. 5, 25-28).
“Oqogћdu gћal xu
lxin fil-biża’ ta’ Kristu. Intom nisa oqogћdu gћal żwieġkom bћallikieku gћall-Mulej”. (Ef. 5, 21.22)Ġesù hu l-Mulej l-waћ
dieni tat-tnejn u gћandhom hekk isibu lil xulxin f’rapport ta’ mћabba lejn xulxin u lejn Ġesщ, u hekk l-imћabba nisranija ssir tjubija, pjetà, b’xebh ma’ l-imћabba ta’ Kristu gћall-Knisja. Hawn gћandna dan iż-żwieġ spiritwali ta’ Kristu ma’ l-umanitŕ.“Hu l-mument meta Alla permezz tal-Verb li sar bniedem jingћaqad mal-umanitа midinba u jwassalha gћad-dinjitа ta’ gћarusa fuq is-salib. Hemm jagћmilha gћarustu gћax “ћabbha sal-mewt u sal-mewt tas-salib.” (Fil. 2, 8)
Hekk biex iћobbu bћal Kristu, u biex jinsabu fi Kristu, l-miż
żewġin “isallbu l-ġisem bil-ġibdiet u l-passjonijiet tiegћu". (Gal. 5, 24) Hi l-grazzja tas-sagrament li bil-mod il-mod, iġġib fix-xejn l-gћeruq tal-konkupixxenza. Hawn tidћol il-kastitа, virtù li kemm min hu miżżewweġ kemm min m’huwiex iћaddem skond l-istat tiegћu biex, waqt li jkollu dominju sћiћ fuqu nnifsu, jgћix il-ћajja tiegћu u jkun offerta li tfuћ quddiem Alla.Jitkellem ukoll dwar il-qawmien tal-ġisem meta nkunu rġiel u nisa, kif anke Ġesù u Marija baqgћ
u veru bniedem u vera bniedma bћala Rxoxt u Assunta. “Kulћadd kif imissu”(1 Kor….). (M’gћandhomx gћalfejn jitћawwdu dawk li huma verġni gћaliex gћalihom ukoll hemm post fil-Knisja u fil-mixja. Huma jgћixu fil-verġnitа jew fiċ-ċelibat gћas-saltna tas-smewwiet).Il-Papa jagћmel paralelliż
mu bejn żewġ sagramenti u jgћid li kif Ġesù Kristu ta ġismu u demmu fl-Ewkaristija u offrihom fuq is-salib meta qal, "kollox mitmum”, hekk il-kelma li jagћtu lil xulxin f’riġlejn l-artal, il-miżżewġin itemmuha meta huma jagћtu lilhom infushom lil xulxin fl-att taż-żwieġ.L-aћћar parti tal-Katekeżi tiegћu l-Papa jiddedikaha lill-Humanae Vitae, u jagћti qawwa lil dak li kiteb Pawlu VI b’tagћlim mill-Bibbja. Pawlu VI ma beżgћax minn dinja li kienet kontrih flimkien ma’ xi kattoliċi. U mn’Alla gћax illum qed naraw kemm kellu raġun.
“L-imћabba tal-miż
żewġin tidher fin-natura vera tagћha u fin-nobbiltà tagћha meta narawha fl-gћajn tagћha li hu Alla, li hu mћabba, li minnu tissemma kull familja fis-sema u fl-art.”(Ef. 3, 15) Gћalhekk iż-żwieġ hu mwaqqaf mill-Ħallieq biex iwettaq il-pjan tiegћu ta’ mћabba fl-umanitа. F’din l-gћotja ta’ mћabba huma jaћdmu id f’id fit-tnissil u fl-edukazzjoni ta’ wlied ġodda.’Il-Papa Pawlu kien qal: “L-att taż-żwieġ ifisser mhux biss l-imћ
abba imma wkoll it-tnissil, u gћalhekk m’gћandux jiċċaћћad mill-kors tiegћu b’mezzi artifiċjali. Fl-att taż-żwieġ, mhux leċtu tifred b’mod artifiċjali l-iskop unittiv minn dak prokreattiv."Jekk jonqos wieћed mhemmx gћotja sћiћa. Humanae Vitae titkellem minn paternitа
u maternità responsabbli , li wara ћsieb serju u meqjus wieћed jiddeċiedi li jastjeni minћabba xi raġuni serja milli jkabbar il-familja, jew li jieqaf gћal xi żmien minћabba f’mard, imma dejjem wara li jkunu talbu, li jsostnu ruћhom bit-talb biex ifittxu dejjem u qabel kollox ir-rieda ta’ Alla. Anqas m’gћandu wieћed imur gћal metodi naturali ta’ kontroll b’mentalitа kontraċċettiva. Hekk jista’ jinfetaћ il-bieb gћall-infedeltа.Il-Papa Benedittu XVI dan l-aћћar qal li l-ulied ta’ ġenituri żgћażagћ huma barka u grazzja gћax il-ġenituri jsibuhom fix-xjuћija, huma barka gћall-Knisja u gћas-soċjetа
.‘L-att seswali hu lingwaġġ ta’ komunjoni li jitlob li
l-lingwaġġ tal-ġisem ikun imfisser minn wieћed gћall-oћra fit-tifsir veru tiegћu. Jekk tonqos din il-veritа ma jistax ikun hemm kontroll, la jagћtu lil xulxin lanqas jilqgћu lil xulxin. Hekk titkisser l-gћaqda fiż-żwieġ u dan hu l-ћażin fil-fond ta’ l-att kontraċettiv.’Hekk jinћtieġ li l-iskop unittiv u prokreattiv ikunu magћqudin; il-konkupixxenza toffri diffikultа. Gћalhekk il-Papa jirrikmanda l-Kastitа
tant ghal miżżewġin u gћal min mhux; din tikber minn jum gћall-ieћor b’ċaћdiet żgћar ripetuti, magћmulin b’gћażliet ћielsa.Ftakar, "il-liġi tal-gradwalità u mhux il-gradwalità tal-liġi"; jiġifieri ż
omm quddiem gћajnejk il-veritа u asal gћaliha pass pass u mhux bil-kontra, iġġib il-liġi fix-xejn billi tgћid li timxi skond il-kuxjenza jew kif jidhirli jien.Il-Kastità hi t-triq waћ
danija li twassal lill-miżżewġin gћall-qdusija. Mhix biss il-kapaċità li tikkontrolla l-konkupixxenza, imma ssebbaћ l-gћaqda bejn il-miżżewġin. Twassal gћall-qdusija gћax taf titlob eroiżmu. Hawn jinћtieġ li t-tnejn jagћrfu l-kundizzjoni ta’ xulxin u jirrispettaw lil xulxin, u mqawwijin mill-Ispirtu u s-Sagramenti jikbru minn jum gћall-ieћor fil-maћfra u f’li jaċċettaw id-djufija ta’ xulxin. Is-sagramenti tar-Rikonċiljazzjoni u l-Ewkaristija, il-Kelma u d-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu, l-aktar id-don tal-Pjetà jkunu l-mezzi li jsostnuhom.Xi diffikultajiet tal-Ħajja miżżewġa
Infakkar il-Katekeżi tat-tlett altari. L-Ewkaristija fejn Kristu jingћ
ata gћalina, l-mejda fejn inbierku lill-Mulej gћall-ikel li tana, u s-sodda fejn il-miżżewġin jingћataw lil xulxin. Fil-ktieb tal-Barkiet insibu talba apposta. (Dari s-sodda kien ikollha kurtinaġġ, bћalma xi altari gћandhom il-baldakkin. Nota tat-traduttur).Kiko jgћid li min fl-att sesswali ma jimxix skond ir-rieda ta’ Alla, jidћol f’ћafna tbatija. Żball kbir hu dak li wieћed ifittex biss il-pjaċir. Fil-mixja tgћallimna nitolbu kif gћamlu Tobija u Sara qabel raqdu flimkien biex jiż
żewġu bћal ulied Alla mhux bћall-pagani. Il-pjaċir ta’ l-att hu don ta’ Alla, u gћal min jgћixu hemm grazzja sagramentali biex jgћixuh fil-qdusija.Qatt tirrikattaw lil xulxin bl-att taż-żwieġ. L-Att hu don ta’ Alla biex jgћ
inkom fl-gћaqda spiritwali u affettiva.Titbegћdux jekk mhux gћal skop ogћla u jekk dan, itolbu aktar.San Ġwann Kriżostmu jgћ
id li l-mara li tiddeċiedi tipprattika l-kontinenza kontra r-rieda ta’ żewġha mhux biss ma jiswielha xejn talli tkun ћatja tad-dnub ta’ żewġha gћax waqt li ċċaћћdu mill-gћaqda li gћandu dritt gћaliha, tqegћdu fil-periklu tad-dnub.Jekk parti hi fil-mixja u oћra mhix, l-att mhux komplut min-naћa, anke jekk l-oћra toqgћod gћall-parti l-oћra kontra qalbha, m’gћandhiex tonqos li bl-imћabba u b’qawwa ma tћallix dan isir biex tbiegћdu mid-dnub. Fl-użu ta’ mezzi artifiċjali kontraċettivi, qatt m’gћandha taċċetta... Hawn ukoll il-Knisja tissuġġerixxi li wieћed iġib ruћu b’mod passiv f’każ li ma jkunx jista’ jagћmel ieћor jew biex jevita deni akbar.
L-Gћerusija
Niltaqgћu ma’ każi fejn gћal kull problema s-soluzzjoni tkun, nisseparaw, infittxu annullament. Il-Papa wissa lit-Tribunali biex dejjem wieћed jissoponi żwieġ validu u l-annullament ma jingћatax b’mod ћafif. It-tieni, hawn wieћed ikun qed jaћrab mis-salib. San Kriżostmu jgћid: “Qabel tiż
żewweġ aћsibha sew. Aqra lil San Pawl tajjeb. Jekk San Pawl jgћid li meta martek issir bisbetika, kattiva, eċċ tista’ titlaqha, iżżewweġ b’moћћok mistrieћ; jekk jgћid li meta issir hekk gћandek tilqagћha kif Kristu laqa’ lilek midneb u miet gћalik (il-Knisja), mbagћad aћsibha tajjeb qabel tiżżewweġ.”Il-ġenituri joqgћodu attenti kif jilqgћu lil uliedhom miż
żewġin meta jiġu bi problemi bћal dawn. Gћin lil ibnek/bintek tidћol fis-salib, mhux tfittex separazzjoni.Il-Ġenituri ma jinsewx li m’hemmx biss iż-Żwieġ imma hemm l-Ordni sagri gћ
as-subien u l-ћajja konsagrata gћall-Bniet. Qegћdulhom it-tnejn biex jagћżlu.Dawk li se jiżżewġu mexxuhom biex ifittxu sieћ
eb/sieћba li jemmnu, ta’ l-istess reliġjon biex il-madmad jinqasam indaqs. X’gћandu x’jaqsam Kattoliku ma’ Mislem? Ġakobb intbagћat gћand żijuh Laban biex iżżewweġ lil Rakel, u Tobija mexxih Anġlu biex jiżżewweġ lil Sara.Mhux il-kuntratt taż-żwieġ biss hu importanti (valur ġuridiku), imma li ż-Żwieġ ikun reliġjuż b’mod li Alla jkun kemm il-Missier kif ukoll l-Omm. Alla jgћ
aqqad. Tћallix li tissaћћar wara dak li jidher minn barra, dehra sabiћa, mibni tajjeb, b’saћћtu. Fittex il-kwalitajiet interjuri u spiritwali. Dak li jidher jista’ jqarraq, jista’ jispiċċa l-gћada; dak li hu interjuri u spiritwali jibqa’ jikber u jissaћћaћ. It-Talmud jgћid li l-aktar importanti hi l-familja.I
ż-żmien ta’ l-gћerusija hu żmien ta’ thejjija gћaż-żwieġ u gћall-familja. Gћalhekk qabel kollox araw kif taћsbuha dwar żwieġ, ftuћ gћall-ћajja, kemm taraw l-istess fuq l-aktar punti importanti. Jekk biex wieћed isir qassis jeћtieġlu snin ta’ formazzjoni spiritwali, dan ma jgћoddx ukoll gћaż-żwieġ? Kollox jiddependi mis-snin ta’thejjija . Tћarbathomx.Qis li jkollok gћerusija kasta. Ma titgћallimx tћobb tajjeb meta tiż
żewweġ. Anqas ma jfisser li meta tiżżewweġ tkun tista’ dejjem u kif trid isserraћ il-konkupixxenza. Bћal żiemel sfrattat li trid snin u sengћa biex timmansah, hekk hi il-konkupixxenza. Tћarreġ fil-verġnitа u fil-kastità issa, inkella tkun ilsir tal-ġibdiet baxxi u tad-dnub.Il-ġenituri m’gћandhomx iż
ommu lil uliedhom marbutin iżżejjed ma’ djulhom ћalli jikbru u jimmaturaw biex ikunu jistgћu jilqgћu d-dmirijiet taż-żwieġ.L-antropoloġija biblika titkellem mill-bniedem ruћ u ġisem. Illum ukoll din hi l-aktar in voga; m’gћadniex nitkellmu fil-linja tal-filosofija griega minn ġisem u ruћ mifrudin. Imma llum ukoll qed tisparixxi r-ruћ u jitkellmu minn
psike, u hekk ma jfittxux wisq il-konfessur jew id-direttur spiritwali daqskemm lill-psikologu u l-psikjatra.M’hemmx aktar traxxendenza, Alla lil hinn mill-maћluq, imma daћal is-saћћar, l-astrologu li tmur gћandu biex tkun taf il-futur.
Ruћ u ġisem fil-bniedem huma tant ћaġa waћda li m’hemm xejn fir-ruћ li ma jinfluwenzax il-ġisem u kontra; marda, xjuћija, inċidenti, eċċ. jolqtu r-ruћ u l-ġisem.
J’Alla kif jikteb San Pawl, waqt li l-bniedem
jixjieћ jitqawwa l-bniedem ta’ ġewwa biex waqt li nistennew li ninћallu minn dan il-ġisem tad-dnub, ninstabu mhejjija biex nilbsu l-ġisem glorjuż u, ġisem u ruћ, nidћlu fil-ћajja ta’ dejjem u nkunu ћaġa waћda mal-qaddisin fil-glorja tat-Trinitа Qaddisa. Amen.Maqlub gћall-Malti mit-Taljan minn Dun Ġorġ Mangion, illum 20 ta’ Ottubru 2005
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa