Salm 87
Sijon omm il-popli.
Kull bniedem twieled f’Ġerusalemm
Hu wieћed mill-isbaћ gћanjiet ta’ Sijon, l-omm tagћna lkoll. Il-festi gћaddew u kulћadd se jaqbad it-triq lura lejn daru, dawk ’il bogћod u dawk inqas ’il bogћod, u jkantaw waqt li jieћdu magћ
hom tifkiriet mill-aqwa li jqawwulhom qalbhom sal-pellegrinaġġ li jmiss.
Gћall-ġimgћa ta’ l-gћaqda ta’ l-insara ta’ l-1982, dokument imћejji mill-grupp ekumeniku tal-Kenja ћa l-vers minn dan is-salm, “Fik kulћadd isib daru”. Hu tassew, gћax jissemmew paj
jiżi afrikani bћall-Eġittu (Raћab) u l-Etjopja.Salm 87 hu Kristoloġiku gћax isib il-milja tiegћu fi Kristu, it-tempju l-ġdid li fih jitћabbu mill-ġdid il-popli u kollox. F’dan is-sens fissruh Tertulljanu, Wistin, Ġlormu u Teodoretu, l-aktar gћax v 5 qrawh - l-aktar gћoli twieled bћala bniedem, li rawha wkoll bћala ћjiel minn qabel ta’ “il-Verb sar bniedem” ta’ Ġwanni 1, 14.
Hu wkoll salm Ekklesjoloġiku: Bossuet jgћid li l-bini gћandu lil Kristu bћala l-ġebla tax-xewka. B’hekk dan is-sens serraћ fuq Ga
l. 4, 26, “Iżda Ġerusalemm ta’ fuq, li hi ommna, hi ћielsa”, il-Knisja hi ћielsa mill-legaliżmu tal-Ġudajiżmu. Din diġŕ teżisti fil-ġemgћa ta’ dawk li jemmnu u S.Wistin ikompli "Sijon kienet dell ta’ dik il-belt ta’ Sijon ta’ fuq, jew ta’ Ġerusalemm tas-sema li minnha jitkellem l-Appostlu, ‘li hi ommna’ ".F’dan id-dawl is-salm jingћad fl-uffiċċju tal-Madonna. Lumen Gentium (Konċ. Vat. II) jgћid, “il-ġusti kollha, ibda minn Adam, minn Abel il-ġust sa l-aћћar magћż
ul…sa tmiem id-dinja" nru. 2.Din ġibdet
magћha t-tifsira Marjoloġika, gћax f’Marija bћal Sijon il-ġdida se titwettaq ix-Xekinа divina fis-sewwa. (Sofonija 3, 14-18). Fis-Salm, Ġerusalemm tidher bћala omm, belt ta’ l-ibliet , u gћalhekk Marija, omm l-ommijiet. Ir-rwol ta’ Sijon omm jinsab f’Is. 2 u 60.Fl-istess waqt, kif gћamel il-Grupp Ekumeniku tal-Kenja, hu salm ekumeniku, kif skond it-traduzzjoni tas-70, v 5 u skond Eż
ekjel 5, 5; 38, 12, Ġerusalemm hi ċ-ċentru u ż-żokra tad-dinja, belt kapitali reliġjuża.“Sijon m’gћadhiex l-gћolja tat-tempju ta’ Alla gћall-poplu ta’ Iż
rael biss, il-belt kapitali u l-glorja ta’ Iżrael, imma hi miftuћa gћall-popli kollha sal-punt li tagћti dritt ta’ ċittadinanza lill-popli kollha. Kull ċittadin tad-dinja hu wkoll u qabel kollox ċittadin ta’ Ġerusalemm u bћallikieku twieled hemm. Salm 87 jmur aktar lil hinn minn Sof. 3, 9-10 u Żakk. 8, 20-23; il-popli mhumiex biss imdaћћlin qisu bil-moћbi, imma jitћalltu u jagћmlu poplu wieћed ta’ Alla ma’ Iżrael". Lack. R, Mio canto e mia forza è il Signore.Gћal ћafna eseġeti hu gћanja ta’ lhudi tad-diaspora fi ż
mien il-Persjani.
Generu letterarju.
Kulћadd jaqbel li hu ‘Gћanja ta’ Sijon’ imma m’hemmx qbil dwar l-ambjent li fih inkiteb (Sitz-im-Leben). Gћal xi whud hu salm li jipproklama lil JHWH sultan fuq il-popli kollha; fl-orjent kien hemm festa li tgћolli wieћed mill-allat, u l-poplu ta’ Iżrael jgћolli lil JHWH minfloku. Kraus jimmaġina danza liturġika minћabba v 7, u jaћseb li din kienet tfakkar id-dћul ta’ l-arka f’Ġerusalemm f’2 Sam. 6, li tiġi proklamata omm il-popli kollha. Beaucamp jimmaġina li nkiteb gћat-tiġdid tat-Tempju wara l-eżilju. Castellino, jaћseb li nkiteb fi żmien il-Persjani u fl-isfond tat-Tieni-Isaija, li hu innu ta’ tifћir lil JHWH fid-dawl ta’ dinja mibdula mill-viż
joni messjanika u eskatoloġika kif hu ċar mill-kantiċi ta’ Sijon, bћal Is. 2 u 60. Hi mћabbra saltna dinjija fejn isaltnu l-ġustizzja u s-sliem…meta jibdlu l-armi tal-gwerra f’sikek tal-ћrit. Ravasi jaqbel ma’ dan u jaћseb li dan is-salm seta’ kien wieћed mill-gћanjiet tat-tieni tempju mqar jekk hu diffiċli tqegћdu fi żmien preċiż. Il-kult ta’ wara l-eżilju kellu viżjoni messjanika u eskatoloġika miftuћa gћal saltna universali, kif jixhdu l-profeti ta’ dan iż-żmien.Kif jinqasam.
Nistgћu naqsmuh f’ż
ewġ strofi u akklamazzjoni ta’ gћeluq.L-Ewwel strofa – tgћanni lil Sijon bћala ‘belt’ – waqqafha, l-gћoljiet qaddisa, bibien, belt ta’ Alla, gћamara, Sijon.
Jitkellem is-salmista. vv 1-2
Jitkellem Alla. v 3.
It-Tieni strofa – tgћanni lil Sijon ‘belt it-twelid’.
Jitkellem Alla v 4.
Jitkellmu n-nazzjonijiet. v 5.
Jitkellem Alla. v 6.
Akklamazzjoni ta’ gћeluq – v. 7.
Jitkellem Iżrael jew in-nazzjonijiet.
Is-simboli tas-salm.
L-ewwel simboliżmu hu dak spazjali – Sijon hi fiċ-ċentru, ż-żokra tad-dinja v 7 u madwarha fil-punent -
L-Eġittu, superpotenza ta’ l-oċċident,
Babel, superpotenza ta’ lvant,
Tir jew il-Feniċja, qawwa kummerċjali fit-tramuntana,
L-Etjopja, l-isfel fin-nofsinhar.
Minn Sijon jitla’ wkoll arblu vertikali art - sema; il-belt ta’ Alla u l-gћoljiet imqaddsa huma l-punt fejn jiltaqgћu Sijon u Ġerusalemm tas-sema. Hekk kif l-Gћerf ta’ Alla gћażel lil Sijon biex jgћammar fiha bћala l-belt maћbuba, hekk ukoll ried li l-bnedmin kollha jkollhom f’Sijon il-belt tagћhom. “F’dak iż
-żmien isejjћu lil Ġerusalemm: ‘It-tron tal-Mulej’, u jinġabru fiha l-ġnus kollha gћal isem il-Mulej…”(Ġer. 3,17).Sijon hi l-‘belt ta’ Alla ћaj’ (Lh.12, 22) gћax ‘minћabba Ġerusalemm li jien gћażilt’ (1 Sl.11,13) biex f’Ġerusalemm inqiegћed ismi’ (2 Sl. 21,4). Bibien, gћamajjar, belt, sisien, huma l-belt kollha li l-kittieb jixtieq iћaddan u jikkomtempla s-sens spiritwali tagћha. Hi l-‘hortus conclusus’ (ġnien imdawwar) bћal fetu fil-ġuf; hekk l-idea tal-qabla u ta’ l-omm, Sijon l-omm tagћna lkoll, ilkoll twelidna fiha. Isaija ikanta l-mater
nità ta’ Sijon juża x-xbieha tat-tinda, jew ix-Xekinà:Kabbar il-post ta’ l-gћarix tiegћek
Wessa’ t-tined ta’ l-gћamajjar tiegћek…
Gћax lejn il-lemin gћad tinfirex u lejn ix-xellug,
U nislek jiret il-ġnus…" (Is. 54, 2).
Sijon hi l-omm li fiha JHWH jiġbor il
-popli biex jieћdu l-ġid li misshom. v 13.Din id-dehra ta’ Sijon omm, belt kapitali u żokra tad-dinja b’xi mod tirreferi gћ
ar-rwol ta’ omm u mhemmx daqshekk riferenza gћall-ekumeniżmu ta’ llum bћal ma nsibu f’Is. 19, 16 u segwenti: “Dakinhar ikun hemm triq mill-Eġittu gћall-Assirja, u l-Assirja tiġi l-Eġittu u l-Eġittu jmur l-Asirja, u l-Eġizzjani jservu lill-Mulej flimkien ma’ l-Assiri. (v. 23). V 7 jista’ jkun framment ta’ innu liturġiku u mistiku, skond Mowinckel, u skond it-test Masoretiku Sijon hi l-gћajn tal-ћajja, it-tempju ta’ Eż. 47, 1-12 u Żakk. 14, 18, u ilmijietha jixterdu ma’ l-art kollha u jġiegћluha tagћti l-frott; huma riferenza gћal Sijon fejn hemm il-ktieb tal-ћajja imћares minn JHWH, l-imћallef tal-ġnus.Eseġeżi.
L-Gћanja ta’ Sijon, Be
lt. Vv 1-3.Is-salm jiftaћ b’akklamazzjoni fejn Sijon u l-imћabba ta’ JHWH gћall-belt imqaddsa huma l-protagonisti. JHWH jidher iqiegћed is-sisien tal-belt ta’ qalbu fuq l-gћolja li gћażel gћalih, waqqafha fis-sod biex tkun il-belt ta’ l-ibliet, iċ-ċentru tad-dinja minn fejn imexxi lil uliedha u jieћu ћsiebhom. Xi whud jaraw xebh mal-ћolqien meta Alla tefa’ l-kolonni fuq l-ilmijiet u mill-baћћ tal-kaos ћalaq id-dinja.
Sijon gћandha l-ewwel post fil-qalb ta’ JHWH fost kollha kemm huma ‘l-gћamajjar ta’ Gakob’, gћax gћażilha biex jgћammar fiha. Hi t-teoloġija ta’ Sijon, belt ta’ l-art xbieha ta’ dik tas-sema, Ġerusalemm ta’ hawn isfel xbieha ta’ Ġerusalemm ta’ hemm fuq, ix-Xekinа li tgћammar fiha xbieha ta’ dik ix-Xekina’ li se tgћammar fiċ-ċkejkna Verġni M
arija. Id-dinastija ta’ David hi wkoll xekinà (b’ittra żgћira) ta’ JHWH.U warrab id-dar ta’ Ġużeppi,
Ma gћaż
ilx it-tribù ta’ Efrajm;iżda gћażel it-tribů
ta’ Ġuda,u l-gћolja ta’ Sijon li kien iћobb.
Hemm bena s-santwarju tiegћu bћall-ogћla smewwiet,
B
nieh fis-sod bћall-art gћal dejjem.Gћażel lil David, qaddej tiegћu,
ћadu minn qalb l-imrieћel. Salm 78, 68-70
Bosta salmi jitkellmu mill-imћabba ta’ Alla gћal Sijon, imma hawn gћandna l-akbar imћabba gћax jgћid, ‘aktar mill-gћamajjar kollha ta’ Ġakobb’. V 2. Jista’ jkun hawn riferenza gћas-saltna ta’ Iżrael li nqasmet minn Ġuda, kif ukoll it-teorija dewteronomika ta’ Ġerusalemm ċentru ta’ qima: hu x’inhu, mћabbtu fuqha strieћet.
V 3 hu JHWH li jindirizza l-belt tiegћu, u jgћanni ‘l-ћwejjeġ sbieћ’ li fl-ebrajk hija kabod, il-glorja, il-wiri ta’ JHWH u l-misteru tiegћu: misteru ta’ salvazzjoni gћall-popli.
"Qum! Ħa jiddi wiċċek!
Id-dawl tiegћek wasal!
Jiddi fuqek sebћ il-Mulej! Is. 60,1.
L-Gћanja tat-Twellid.vv 4-6.
Is-simbolu tal-qabla jew twellid jitћabbar mill-kor v 4 u jalterna ma’ v 6 b’gћajta ta’ Alla Trinitа f’v 5. Sijon hi l-gћolja jew il-blata li qed titgћolla ’l fuq, f’Sijon il-Lhud gћandhom il-ћajt tal-Bekkejja, l-Insara l-Qabar ta’ Kristu u l-Mislem il-blata taћt il-koppla tad-Deheb. Is-Salm jgћanni l-waqt li fih dawn inkitbu fil-ktieb tal-popli, il-Ktieb tal-Ħajja. Il-verb jd’ użat gћandu sens mimli u fil-prattika jfisser l-att ta’ fidi; mhux se jinkitbu biss
bћala ċittadini (S 69, 29; Is. 4, 3; Eżek. 13, 9) imma bћal Iżraeliti ġusti (SS 9, 11; 36, 11; Dan.11, 32). Qisek qed tisma’ lil Pawlu jgћid: “Gћalhekk ma gћadkomx aktar barranin u frustieri, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta’ Alla.” (Ef. 2, 19). Il-verb hu fil-futur – f’sens eskatoloġiku – is-sens universalistiku ta’ wara l-eżilju u jћabbar żmien ta’ sliem u gћaqda bejn Iżrael u l-popli. (Is.60, 14-16).
“U jiġu gћandek rashom baxxa wlied dawk li ћaqruk,
u jinżlu wiċċhom fl-art quddiemek dawk li żebilћ
uk,u jsejjћulek: ‘Belt il-Mulej’.
‘Sijon tal-Qadd
is ta’ Iżrael” v.14
“Dawn twieldu hemm” v 4,“Dan twieled hemm’. V 6 – tidher li hi l-formula tad-dikjarazzjoni ta’ ċittadinanza f’belt jew oћra, bid-drittijiet kollha ta’ bniedem li anke jekk ma twelidx hemm, qed jingћata dan l-gћarfien. Il-ћames popli msemmija kienu popli li ћaqru lil Iżrael, popli mniġġsa, li issa se jsiru ‘ċittadini’ ta’ Sijon. Il-Filistja li spiss gћafset lil Iżrael bћal f’morsa bil-kultura tagћha u l-qagћda tagћha fit-tramuntana; issa ma tbeż
żgћax iżjed. L-istess il-Feniċja, il-belt ta’ Tir, u l-Etjopja fin-nofsinhar, l-aћћar tad-dinja. Rahab hija l-Eġittu mill-mostru tal-baћar li jippreżenta din il-qawwa, hi qawwa qerrieda li se tinbidel f’alleat. Babel, potenza qawwija u l-gћadu fil-Lvant se jinkiteb fost il-fidili ta’ JHWH. Dinja ta’ sliem se ddur madwar Sijon, Ġerusalemm.Akklamazzjoni ta’ l-aћћar lil Sijon. v 7
“Dakinhar Iżrael ikun it-tielet ma’ l-Eġittu u l-Assirja, barka f’nofs l-art. Iberikhom il-Mulej ta’ l-eżerċti u jgћ
id:”Mbierek l-Eġittu l-poplu tiegћi, l-Assirja xogћol idejja, u Iżrael il-wirt tiegћi". (Is. 19, 24-25).
U l-kant u ż-żfin
huma l-qima u l-festa li mill-ġdid qed issir f’Sijon wara l-eżilju. Hu wkoll talba gћax l-gћana u ż-żfin huma espressjoni ta’ ferћ kbir, il-ferћ ta’ l-ulied madwar ommhom. Mela wieћed jistaqsi, “Min huma dawk li qed jitolbu bil-kant u biż-żfin? Tgћid huma dawn il-popli kollha li issa isimhom hu miktub fil-Ktieb?Tinћass ukoll il-kelma tal-Vanġelu, “Itolbu, u jingћatalkom; fittxu, u ssibu; ћabbtu,u jiftћulkom.” Mt.7,7.
Il-verżjoni li j
agћti G.F. Ravasi tgћid:” L-gћejun kollha tiegћi huma fik”. Salm 46 ipinġi lil Sijon bћala belt li minnha joћorġu nixxigћat ta’ ilma, oasi f’kampanja niexfa. Hawn mill-ġdid is-simbolu ta’ l-omm; minn Sijon toћroġ ћajja ġdida, ulied ġodda minn popli gћedewwa.Dun Ġorġ Mangion, illum 18 ta’ Diċembru 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa