Salm 84

Il-Pellegrinaġġ gћat-tempju – Mixja ta’ Konverżjoni

Charles Peguy, fl-aqwa tal-mixja tiegћu lejn Alla, fi ġnien Luxembourg f’ Pariġi, talab lil ћabibu l-lhudi Ed. M. Levy biex jaqralu bil-mod il-mod dan is-salm tal-Pellegrinaġġ lejn Sijon, salm tat-telgћa, ix-xewqa profonda tar-ruћ li tgћanet gћal Alla ћaj. L-gћan ta’ kull pellegrinaġġ hi Ġerusalemm li tiġbor ix-xewqat, it-tensjoni ta’ kull bniedem imtertaq minn tant problemi sa jasal fit-tempju, l-gћamara viżibbli ta’ Alla ta’ Iżrael. Il-mixi hu iebes u jittaffa biss bil-ћsieb li hemm, fit-tempju, l-bniedem jara lil Min jarah, lil dak li ћadd ma jista’ jarah, gћax f’Sijon jidher u minn Alla tas-smigћ, Alla tal-fidi, jsir Alla tad-dehra, tax-Xekina, S139. (F.Rossi de Gasperis, Prendi il libro e mangia, vol. 1 p. 72)

Jidher ‘Alla ta’ l-eżerċti’, titlu ta’ Alla ta’ Iżrael, Alla ta’ l-istorja, l-Arka ta’ JHWH ta’ l-eżerċti , mdawwar bil-kwiekeb u dak kollu li l-popli ġirien kienu jqimu bћala allat: JHWH hu Alla ta’ l-univers li jkaxkar fir-rebћa lill-allat tal-pagani bћala lsiera. Gћal-Lhudi li qed jitlob huma biss ћlejjaq, JHWH l-ġeneral rebbieћ. F’Sijon, belt ċkejkna jiltaqgћu art u sema, storja u univers taћt it-tmexxija ta’ Alla l-gћoli. Is-salmista jћoll ilsienu fil-ferћ, imqar jekk jara li l-ћuttafa ssib hawn post gћaċ-ċkejknin tagћha; hawn titnissel f’qalbu x-xewqa gћall-etern, li jingћaqad miegћu u minnu ma jinfired qatt, "gћax jum wieћed fit-tempju tiegћek aћjar minn elf jum f’post ieћor”.

Il-pellegrinaġġ gћat-tempju deskritt f’vv 6-8, hu parabbola tal-ћajja miftuћa lejn il- mistrieћ u s-sliem, lejn Alla tmiem il-mixja ta’ kull bniedem, ћajtu u l-konverżjoni. L-ewwel xita jfakkar fil-ћarifa u gћalhekk fil-festa tal-gћerejjex (Gw. 7, 37). Jitlob ’l Alla ta’ Ġakobb jisimgћu, u jitlob gћas-sultan, il-midluk li jista’ jkun il-Messija, jew il-Qassis il-Kbir u mill-ewwel isib ruћu f’gћaqda mistika ma’ Alla, xemx u tarka. "Hieni l-bniedem li jittama fik!" v 13.

Is-salm hu ġojjell ta’ poeżija reliġjuża ta’ Iżrael u gћalkemm gћażiltu wara dak li qrajt fil-ktieb ta’ F. Rossi de Gasperis, dan is-salm hu qrib SS 42-43, (l-aћћar li studjajt) nostalġija gћat-tempju u S 84, ferћ u hena li kiseb mill-ġdid il-preżenza ta’ Alla fit-tempju.

Meta nkiteb? Gћal xi eseġeti, vv 9-10 hi talba gћas-sultan u gћalhekk imur lura gћal qabel l-eżilju. Gћal oћrajn il-messija, il-midluk hu l-qassis il-kbir li kien kap ta’ komunità wara l-eżilju, u gћalhekk inkiteb wara l-eżilju; it-teoloġija tas-salmi ta’ Korah testendi l-qdusija tat-Tempju gћal Ġerusalemm kollha. G.F. Ravasi jgћid li nkiteb qabel l-eżilju minћabba xi ћjiel ta’ kitba arkajka fil-binja tas-salm.

Forma Letterarja.

Gћal Gunkel is-salm 84 gћandu l-forma ta’ innu, l-aktar mћabba l-‘hieni’ ta’ vv 5, 6, 13, filwaqt li jqegћdu fost il-kantiċi ta’ Sijon. Kraus jikteb li l-forma letterarja ta’ dan is-salm ћaj u mqanqal wieћed jeћtieġ jeżaminaha fid-dawl tal-lingwaġġ; it-ton hu ta’ innu flimkien ma’ lamentazzjoni individwali. Hemm ћjiel ta’ barka u talba gћas-sultan, kif ukoll liturġija tad-dћul, jew tal-bieb bћal SS 15 u 24. Beauchamp jinsisti fuq it-talba biex wieћed jidћol fit-tempju vv 3-8 u jkun milqugћ vv 9-12. Jieћu t-tweġiba ta’ Alla v 12 u l-idea oriġinali tinsab fir-rit tal-laqgћa bћal SS 61 u 63.

Gћal Ravasi S 84 hu kantiku ta’ Sijon miktub biex jintuża’ fuq l-gћatba tat-Tempju bћala test liturġiku tad-dћul gћall-kult. V 13 gћandu togћma sapjenzjali u v 7 jsemmi l-ewwel xita, tal-ћarifa li tagћti x’wieћed jaћseb li nkiteb gћall-Festa tat-Tined (Żak. 14, 16-17). Gћandu gћeruq fid-dinastija ta’ David, marbut sћiћ ma’ Sijon, il-preżenza ta’ Alla fit-Tempju u f’Sijon u l-metru hu tal-karba (lamentazzjoni-qinah).

Kif jinqasam.

“Il-Mulej ta’ l-eżerċti” JHWH Seba’ot, li tidher f’vv 2, 4, 9, 13, kif ukoll “Il-Mulej” u “Alla tiegћi", jaqsmu s-salm fi tlett taqsimiet. L-gћamara, it-Tempju u d-dar huma wkoll determinanti fil-binja tas-salm.

It-tema tad-dar (bajit), tempju u btieћi tal-Mulej, il-makariżmi (hienja) kollha gћandhom x’jaqsmu mal-bniedem li jagћżel il-ћajja fit-Tempju, u kollha jintroduċu t-tapep diversi tal-pellegrinaġġ gћat-tempju li jgћaddi minn mogћdijiet fil-kampanja, widien niexfa, fi żmien il-ћarifa bix-xita bikrija sa jasal ġo Sijon, fit-tempju tal-Mulej ta’ l-eżerċti. Il-v 13 hu bћal ġabra fil-qosor tal-ћsieb tas-salm. Gћalhekk is-salm jista’ jinqasam fi tlett strofi anke skond it-titlu jahwista u ġerosolmitan JHWH Seba’ot, biċ-ċentru t-Tempju u l-ћajja quddiem Alla.

L-ewwel strofa: Vv 2-4. Il-btieћi, d-dar, l-altari ta’ JHWH Seba’ot.

It-tieni strofa: Vv 5-9. Il-pellegrinaġġ gћat-Tempju.

JHWH Elohim Seba’ ot … ‘Elohe Ja’aqob (9)

It-tielet strofa: Vv 10 -13). Tiftaћ b’talba gћas-sultan,

u tkompli bil-ћajja fit-Tempju.

Makariżmu fuq l-hena tal-bniedem f’JHWH Seba’ot.

Simboliżi tas-salm.

Huma kollha agrarji, xeni tal-kampanja, widien u mogћdijiet, bix-xita bikrija li tfakkrek fil-ћarifa, u mlewwna bil-gћana ta’ l-gћasafar u t-titjir tal-ћuttaf; ambjent franġiskan qabel iż-żmien. Is-salmista bћal jgћir gћax-xorti ta’ dawn it-tajr li ta’ kull sena jerġgћu lura gћall-bejta li kienu ћallew fix-xquq tat-Tempju u waћedhom jgћannu waqt li JHWH jitpaxxa jismagћhom.

Din ta’ l-gћasafar hi drawwa antika ћafna li nsibuha wkoll fil-klassiċi griegi bћal Erodoto u l-Missirijiet tal-knisja jitkellmu mill-bejtiet tal-knisja fejn l-erwieћ mitlufa u persegwitati huma milqugћa u mitmugћa l-Ħobż ta’ l-Ewkaristija.

Hemm ukoll ћjiel ta’ spazju psikoloġiku li jiġbor is-salm kollu: ix-xewqa ta’ wieћed li jinsab ’il bogћod mit-Tempju gћal dak li jћoss meta jkun f’dan il-post qaddis, assenza-preżenza. Hawn jidher il-konflitt bejn il-ћajja ta’ kuljum fid-dinja u dak il-ћin qaddis fil-jiem ta’ festa fid-dar ta’ Alla. Pietru fisser dan fuq it-Tabor, "kemm hu sew li aћna hawn…” (Mt.17,4).

Fis-sens tal-mixja ta’ konverżjoni din il-preżenza-assenza tispiċċa quddiem l-ispiritwalità tal-pellegrinaġġ li jmur ’il bogћod miż-żmien u l-post. Mhix triq li tieћu gћal Ġerusalemm dik li wieћed jaqbad, imma lejn il-perfezzjoni (v 13) u ‘kemm dawk li jgћammru f’darek’, v 5, kif ukoll ‘dawk gћaddejja minn wied niexef, v 7, huma l-istess, ladarba jimxu din il-mixja ma’ Alla. It-tensjoni kollha ta’ bogћod u qrib, ta’ sagru u profan, ta’ min jgћammar u ma jgћammarx, jew jiġi u jmur, tispiċċa kollha fil-v 13.

Is-salmista mistagћġeb li jinsab fid-dar tal-Mulej ta’ l-eżerċti v 2, imur lura fix-xewqa li kellu li wasslitu biex jaqbad dan il-vjaġġ: hu ruћ mixћuta il quddiem lejn ‘Alla ћaj’. V 3 jerġa’ jsib ruћu fit-tempju jammira l-ћuttafa u l-gћasfur fil-bejta, kif ukoll il-qassisin u l-leviti li jgћammru hemm v 4, u jixtieq li hu stess isib kenn hemmhekk, waqt li jiftakar fil-mogћdijiet u l-widien li minnhom gћaddieh l-Ispirtu sa wasal hawn. Hu bniedem konvertit, gћax min jista’ jitla’ fuq l-gћolja tal-Mulej u ma jkollux imġieba bla ћtija? (S 24, 3-6). Hi mixja spiritwali li tfakkrek fit-tieni Esodu u fit-tieni Isaija. (41, 18-19; 43, 19-20; 35, 1-2, 6)

Wara talba gћas-sultan jerġa’ jtambar fuq it-tbatija interjuri, it-tensjoni bejn preżenza u assenza. Hu proċess interjuri ta’ konverżjoni, ta’ spiritwalità aktar milli spazjali, li tiddawwal fis-simboli teoloġiċi: Alla minn kenn u fortizza v 6, isir fiduċja v 13, minn xemx u tarka 10a, isir grazzja u glorja 10b. San Girgor ta’ Nissa jikteb: "Meta Alla stieden l-qaddisin gћas-saltna, ma ћażżilhomx vjaġġ lejn Ġerusalemm … kont naf li twieled f’Bethlehem qabel mort hemm, gћaraft il-qawwa tal-Qawmien tiegћu qabel rajt il-qabar…Morru pellegrinaġġ iva, imma barra mill-ġisem, mhux mill-Kappadoċja gћall-Palestina.”

Eseġeżi.

Ix-xenqa gћat-Tempju nsibuha f’ћafna salmi, b’konnotazzjoni ta’ l-innamrar tal-gћarus gћall-gћarusa tal-Gћanja; ġibda tal-ġisem gћall-kuntatt ta’ ġisem ma’ ġisem, b’allużjoni qawwija gћat-tempju fis-sbuћija tiegћu materjali u spiritwali. L-istess atmosfera ta’ ferћ u paċi tinћall fl-imћabba intima ma’ Alla, gћajn ta’ ћajja.

L-Ewwel strofa. Id-dar u l-altari ta’ JHWH Seba’ot. (vv 2-4).

Tiftaћ b’esklamazzjoni (mah) u gћażiża, ta’ min iћobbha, fejn il-verb hu dwd jew l-isem ta’ David. It-tempju hu l-kumpless kollu, btieћi, altari u dar (bajit), kumpless monumentali li hi l-gћamara ta’ Alla fost il-bnedmin –Xekina, b’allużjoni gћat-tinda mwaqqfa fid-deżert. Il-pellegrini jinġabru fil-bitћa madwar l-altar tas-sagrifiċċju v 3 biex minn hemm jgћaddu gћad-dar, fejn hemm żewġ altari oћra, dak ta’ l-inċens u dak tal-ћobż tal-preżenza.

Dak li jara fuq barra jissieћeb ma’ dak li jћoss minn ġewwa, v 3 ruћi u ġismi, li jikkumparaw ma’ v 4. l-ћuttafa u l-gћasfur, u s-salmista jћoss gћatx gћal Alla l-ћaj gћax jaf li mingћajru hu bћal art niexfa bla ilma. “Ninfena” jew bla nifs, ‘nefes’ li hu l-profond ta’ l-esseri, ruћ u ġisem, l-esseri uman kollu kemm hu. Fil-lingwaġġ bibliku kull parti tal-bniedem, esterna u interna tfisser il-bniedem sћiћ, l-esseri uman. Hekk ukoll il-fwied S 16, 9.

Din il-ћerqa gћat-tempju ssir bћal gћejra gћall-ћuttafa u l-gћasfur li ta’ kull sena jiġu u jbejtu fix-xquq tat-tempju ta’ JHWH, Sultan u Alla tiegћi. “Tiegћi” juri l-intimità ma’ JHWH, relazzjoni personali. Is-salmista jsejjah lil Alla, Mulej ta’ eżerċti, gћax hu l-Mulej ta’ l-istorja, tiegћu u ta’ Iżrael. Jikteb Pavese: "L-akbar żventura hi s-solitudni, u tassew l-akbar konfort , ir-reliġjon, tikkonsisti filli ssib kumpanija li qatt ma tiġi nieqsa. It-talb hu mistrieћ bћal meta tkun ma’ ћabib. Il-problema tal-ћajja din hi: kif tikser is-solitudni, kif tikkomunika ma’ l-oћrajn” (Il mestiere di vivere. Torino 1956, p.161).

It-tieni strofa: pellegrinaġġ lejn id-dar ta’ JHWH (vv 5-9).

Tibda’ b’ "hieni" v 5, gћejra qaddisa gћal kull min, bnedmin u gћasafar, jgћix f’dar il-Mulej ta’ l-eżerċti lejl u nhar, gћax hemm iduqu l-benna ta’ l-esperjenza ta’ komunjoni ma’ Alla u s-sbuћija tal-liturġija. Hi esperjenza minn qabel ta’ dak li l-ġust se jgawdi fil-ġenna. Il-lhudi kellu mћabba gћat-tempju bћala togћma tal-privileġġ li jista’ jgћaddi gћall-hena tas-sema.

It-tieni "hieni" v 6 hi aktar spiritwali – li jkollok lil Alla kenn u qawwa tiegћek – u hekk il-paċi tal-qalb fost it-taqlib u l-problemi. F’dan il-mument, il-pellegrinaġġ spiritwali aktar milli dak lokali, minn beltek gћal Ġerusalemm, hu mfisser u mxebbah mat-telgћa lejn Sijon u dak li tfisser spiritwalment.

V 7 jiftaћ it-triq tal-mixja spiritwali li tgћaddi minn postijiet ġeografiċi li mhux dejjem jistgћu jkunu deċifrati. L-importanti hu, li hu Alla li jdawwal il-mixi tal-bniedem mqar meta gћaddej minn widien mudlama (S 23, 4) Jissemma l-wied ta’ Baka, jew wadi el-Meiseh jew wied tal-bekkej fuq ix-Xlokk ta’ Ġerusalemm, li jagћti gћall-ġehenna. Oћrajn jitkellmu mill-inћawi ta’ Siloe li Heżekija gћaqqad mal-gћajn ta’ Ġihon. Mhemmx gћalfejn inkunu daqshekk preċiżi, jaћseb Ravasi, biss m’aћniex il bogћod mill-ћsieb imfisser fis-Salve Regina, fil-wied tad-dmugћ, jew id-deżert li jwarrad tal-kitbiet tal-Missirijiet tal-Knisja, mela fis-sens kemm lokali kemm spiritwali.

Xi ћadd jaћseb li hawn gћandna riferenza gћall-festa tas-sena l-ġdida bil-mewt tar-re -alla, is-sena l-qadima u l-qawmien gћall-ћajja tal-ġdida bil-festi liturġiċi, skond iċ-ċiklu agrarju ta’ qabel ir-rivelazzjoni lil-poplu ta’ Iżrael. Ravasi ma jaqbilx. Il-wied ta’ Baka jinbidel u n-niket jitћassar mill-esperjenza spiritwali tal-poeta. Din it-tama u t-tensjoni tal-mixja lejn Sijon, tittaffa mix-xita bikrija li taћji l-art u ġġielha twarrad u issir oasi ta’ ġmiel, kemm materjali kemm spiritwali.

V 8 Diġà jidhru fuq ix-xefaq il-bibien ta’ Sijon. Il-proċessjoni tgћaddi minn post strateġiku gћall-ieћor. JHWH ibierek u f’v 9 il-Mulej ta’ l-eżerċti li gћandu l-gћamara tiegћu f’Sijon, Alla ta’ Gakob, Alla ta’ l-gћażla, Alla ta’ l-istorja tas-salvazzjoni ma jistax jibqa’ indifferenti gћat-talba li ssirlu gћas-sultan. Hawn nidћlu ġewwa mas-salmista u naqsmu l-ferћ tal-ġemgћa liturġika.

It-tielet strofa: L-Gћamara ta’ JHWH Seba’ot. (vv 10-13).

Ħafna huma tal-fehma li t-talba gћas-sultan niżlet hawn minn post ieћor. Hemm postha fis-salm gћax fis-salterju spiss insibu talb gћas-sultan, bin David li jitfisser fid-dawl tal-messija mwiegћed ћiereġ minn David. JHWH hu l-kenn tiegћu, imma ġieli jissejjaћ hu stess tarka tal-poplu.(SS 47, 10; 89, 19).

Imma v 12, JHWH hu tarka żgura gћall-poplu; bil-waqgћa tad-dinastija ta’ David dawn it-talbiet bdew jindirizzawhom lill-Qassis il-Kbir, skond il-Bibbja ta’ Gerusalemm jew il-poplu messjaniku jew ukoll jiftehmu bћala talba gћall-miġja ta’ messija perfett, l-imwiegћed, il-Messija.

V 11. Tidћol it-talba tal-pellegrin li tgћolli l-gћaqda ma’ Alla fit-tempju, stqarrija ta’ fidi b’ton ta’ mistika tas-Salm 16. Il-btieћi tat-tempju jfissru t-Tempju kollu. Jum wieћed hu ‘tob’ – sbuћija u tjieba – li ma bћalhom. L-ewwel is-sbuћija tal-ћajja, jum wieћed aqwa minn elf jum il bogћod; elf hu numru kbir ћafna, perfezzjoni, jum wieћed daqs ћajja sћiћa. It-tieni parti – ‘Aћjar noqgћod’ mhix traduzzjoni qawwija u fidila daqs ‘Gћażilt’, gћażla tiegћi. L-gћatba ta’ dar Alla tiegћi tista’ tkun riferenza gћas-servizz mogћti minn ulied Korah li kienu jgћassu d-daћla gћat-tempju, jew purtinari. (1 Kron 26, 1) Li nkun fuq l-gћatba qisni qiegћed ġewwa. LXX u Vg jittraduċu, ‘gћażilt li nkun imwarrab fid-dar ta’ Alla’, jew bћall-fqar ta’ JHWH, terminu ta’ spiritwalità, l-anawim. Il-konfront hu bejn tkun fit-tempju u tkun fit-tined tal-ћżiena.

Fit-Tempju ta’ Alla hemm il-ћajja vera, mhux bћall-postijiet tal-qima ta’ l-idoli, fejn hemm biss dehra ta’ ћajja, hemm il-baћћ, il-mewt. Tkompli l-istqarrija tal-fidi b’togћma sapjenzjali f’v 12. JHWH hu tarka u xemx (semes) – li huma simboli meћuda mid-divnità tal-kult ta’ l-idoli tax-xemx. Forsi dan hu l-uniku każ fis-salmi fejn JHWH hu mogћti titli ta’ allat pagani. Fis-salterju Alla hu ‘kenn żgur u fortizza, blata tas-salvazzjoni’.

V 12 jesponi t-teorija tar-retribuzzjoni: il-wegћda li jkun tarka u xemx hi gћal dawk li jimxu skond ir-rieda tiegћu. Alla ma jiċћadx ġid u hena lil min jimxi sewwa. Jekk il-bniedem ikollu sehem mill-istess kwalitajiet ta’ Alla, mela gћandna wkoll it-teoloġija tal-grazzja u tal-bniedem mgћolli gћall-grad soprannaturali. Hekk il-mixja tal-pellegrin tinbidel f’mixja spiritwali fid-dritt u l-ġustizzja. L-istess kif jgћallem Salm 15, jgћid li dawk li jgћixu bla ћtija u jagћmlu t-tajjeb se jkunu fost dawk li jitilgћu l-ewwel fuq il-muntanja tal-Mulej u jidћlu jgћammru fit-tinda.

V 13 hu antifona u beatutudni li jiġbru il-ћsieb kollu tas-salm. It-tama (bth) f’Alla, l-abbandun u l-ferћ ta’ l-intimità miegћu huwa l-mod kif is-salmista gћoġbu jikkonkludi s-salm tiegћu. Saћansitra l-widien ta’ Baka’ tagћna jimtlew bil-ћdura u l-ferћ quddiem gћajnejna meta fuq ix-xefaq tfiġġ id-dar tal-Mulej ta’ l-eżerċti, it-tmiem tal-mixja gћall-gћaqda intima miegћu permezz tal-fidi u l-fedeltà.

Charles de Foucauld ispirat mis-salm tagћna kiteb dan fl-1 ta’ April 1903: “Intilef fil-Qalb ta’ Gesù; hu il-kenn tagћna, id-dar ta’ l-gћasfur tal-bejt u l-bejta tal-ћamiema, id-dgћajsa ta’ Pietru biex naqsmu l-baћar imqalleb tal-ћajja.”

Nota: Li tasal biex tara lil Min minn dejjem jarak, li nkunu quddiem Min sa mill-bidu konna dejjem quddiemu, (S 139) hi fi ftit kliem l-formula tal-mixja spiritwali tal-bniedem mehud ’il fuq lejn Alla. Is-salm 84 iћażżeż it-tmiem tal-mixja tal-pellegrin fidil, ‘li tidher quddiem Alla’ f’Sijon, v 8. Il-mixja biblika tal-bniedem hi li tkun merfugћ mill-esperjenza ta’ Alla bћala ‘Alla tas-smigћ’ (fidi) gћal dik ta’ Alla tad-dehra. (Gw. 14, 8-9; 1 Kor. 13, 9-12) F.Rossi de Gasperis, Prendi il Libro e mangia, vol I p 72).

Dun Ġ orġ Mangion, illum l-1 ta’ Awissu 2007

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1