Salm 61

Talba gћat-Tempju u s-Sultan

Nostalġija u tama

Hu salm qasir imma joffri diffikultajiet mhux żgћar. Wara sejћa lil Alla biex jisimgћu, jibni tlett gћanjiet qsar madwar l-idea ta’ Alla fortizza u t-Tempju fejn jidћol jistkenn taћt ġwenћajn JHWH gћad-dell tat-Tempju. Is-sultan lhudi kien jiżgura l-gћaqda tan-nazzjon ma’ Alla permezz ta’ l-gћaqda tiegћu ma’ Alla: is-sovran hu l-eżempju tal-bniedem tat-talb gћall-poplu kollu.

Vv 2-6.9 huma supplika personali waqt li vv 7-8 huma akklamazzjoni b’risq is-sultan fil-jum ta’ l-inkoronazzjoni. L-ewwel parti hi aktar antika mit-tieni, hi ta’ żmien il-monarkija, waqt li t-tieni tista’ tkun ta’ wara l-eżilju v 5. Id esperta ћietet iż-żewġ partijiet f’salm wieћed b’mod hekk tajjeb bil-ћajta tad-deheb li huma l-attributi ta’ Alla l-‘hesed w ‘emet’ , grazzja (tjieba) u fedeltà. L-gћanja tfakkar ukoll iż-żewġ presenzi ta’ JHWH fid-‘dar’ , id-dinastija ta’ David, u d-‘dar’, (2 Sam 7), u t-Tempju fejn Salamun gћamel l-ewwel talba tiegћu f’jum l-inawgurazzjoni (1 Sl 8). Hu salm ta’ stennija u ta’ nostalġija gћall-imgћoddi, hu espressjoni ta’ fidi w ideoloġija lhudija.

Gћalhekk gћal xi eseġeti hu salm monarkiku u jattribwuh li David jew xi sultan ieћor. Gћal oћrajn hu sejћa lill-messija ta’ wara l-eżilju u billi Ħeżekija marad u wasal qrib il-mewt jattribwuh lilu minћabba 2 Sl 20, 1-11. Gћal oћrajn hu salm wieћed ta’ żmien il-monarkija u min qed jitlob hu s-sultan. Din ma toћloqx problemi ћlief gћall-qabża mill-ewwel persuna gћat-tielet li jsolvuha bil- Hofstil, l-istil tal-qorti. Oћrajn ipproponew li hu supplika ta’ Iżrael kollu f’jum it-tiġdid ta’ l-alleanza bejn Alla u Iżrael. Dawk kontra jwieġbu li m’hemm ebda ћjiel ta’ din il-festa-tifkira.

Il-Missirijiet tal-Knisja, Ġlormu, Ilarju u Wistin jagћtu tifsira waћda kristoloġika fuq il-linji tal-messija lhudi. Il-Knisja itturufnata fuq l-art hi miexja lejn is-sema u Ġesù Kristu, ir-re etern joffri lill-magћżulin tiegћu l-komunjoni eterna ma’ Alla f’Ġerusalemm tas-sema fejn ifaћћruh gћal dejjem. (S. Robertu Bellarminu).

Dimensjoni letterarja

Ladarba se nżommu li hu salm wieћed, se niltaqgћu ma’ xi diffikultajiet biex infissru ċerti versi. Minn salm supplika se ngћaddu gћal salm ta’ awgurju u wegћda lis-sultan. V 2 hu talba u sejћa, gћajta, żewġ kelmiet bibbliċi la ma joqgћodux fil-livell letterarju. Is-salm jiftaћ b’ilmenti u jkompli b’gћanja ta’ ferћ – tipiku tas-salmi tas-supplika u fil-qalba tiegћu insibu akklamazzjoni lis-sultan li tixtieqlu l-ġid vv 3-6.

V 3 hu sejћa u jgћid gћaliex qed jitlob, ‘gћax’ (ki) vv 4 u 6, li jorbtu kemm ma’ v 2 kif ukoll ma’ l-gћeluq v 9. Alla jћarsu u jmexxih lejn fortizza fil-gћoli u lejn intimitа, (t-tempju?) u hemm jistkenn mimli fiduċja. Hu jsejjaћ v.3. u hawn hi s-supplika sa v 6, b’v 2 bћala daћla u v 9 gћeluq., aktarx miżjudin minn redattur. Vv 7 u 8 huma talba gћas-sultan bћal S 20, 10 u S 21, 5. Billi hu s-supplika, ejjew inћarsu lejn il-ftuћ u l-gћeluq. Nistgћu naqsmuh hekk:

Ftuћ ġenerali v 2.talba u gћajta.

I. Is-supplika. vv 3-6.

Daћla (v 3 ): appell.

Stanza ċentrali (vv 4-5)

Kwadru militari qaddis

Kwadru ta’ intimità qaddisa

Konklużjoni v 6 smiegћ

II. Talba gћas-sultan (vv 7-8)

motiv ta’ l-eternità

Gћeluq ġenerali.

Simboli

V 3,’minn truf l-art’, liema art? X’wћud fehmu x-Xe’ol. “Bil-ћila tiegћu gћamel l-art, u d-dinja sejjes b’gћerfu u bid-dehen tiegћu firex is-smewwiet” (Ġer 10, 12). Mela l-Bibbja titkellem minn tlieta, ix-xe’ol taћt l-art, il-medda ta’ l-art u l-kallotta tas-sema. Is-salmista jfakkar ukoll iż-żewġ poli, dak vertikali ta’ l-ilma u l-ilma ta’ taћt l-art (Ġen 2, 6) u ta’ fuq, ix-xita, “jitqanqlu l-ilmijiet tas-smewwiet, itella’ s-sћab minn truf l-art” (Ġer 1, 13). X’hemm f’dan is-simbolu? Spiss fis-supplika min qed jitlob hu bniedem qed jegћreq fil-ћama tax-xe’ol, u f’S 130 min qed jitlob hu midneb, mhux la marid anqas qed jegћreq.

Fl-iskema simbolika vertikali, min qed jitlob qed isejjaћ lil Alla mill-abbiss biex itellgћu fuq l-gћolja fejn hemm Alla u fejn l-ћażin ma jistax jersaq. Hu mela simbolu ta’ ћelsien minn dwejjaq gћall-ferћ. Wara l-eżilju setgћet tieћu l-kulur tad-djaspora lhudija li kienet qed tistenna l-laqgћa mal-messija, il-Qaddej ta’ JHWH ta’ Is 60, 4 u 49, 6. Il-fortizza fil-gћoli (v 3c-4) hu Alla nnifsu (ara S 18, 3), hu t-Tempju ta’ Sijon (ara Ss 46 u 48) li jgћaqqad sema u art; Sijon il-belt ta’ David u Sijon tas-sema, fl-istess fus. Fil-ћsieb militari u rjali (S 27, 1-6) il-kliem donnu qiegћed fuq fomm mexxej gћax il-fiduċja diġа gћandha sens ta’ bniedem li se jasal f’post imkennen. Issa bniedem żarmat ma jista’ qatt jasal hemm jekk ma jkunx Alla li jidћol gћalih. Gћalhekk fid-dawl tas-supplika vv 3-6 seta’ kien bniedem kif ukoll sultan.(Dahood)

Bћala l-ewwel konklużjoni ngћidu li f’qagћda traġika, is-salmista jew is-sultan isejjaћ lil Alla biex jikser is-skiet u jgћinu. ( ara S 22, 2; 42, 4). Wara l-eżilju il-lhud tad-djaspora, ‘minn truf l-art’ fejn kienu mxerrdin ifissru x-xewqa tagћhom li jsibu mistrieћ f’Ġerusalemm. V 3 gћandu l-verb ‘nahah’ mexxini – bћal ragћaj li jmexxi l-merћla lejn l-ilma - u kif f’S 23, hemm ћajta li torbot lil min qed jitlob mas-sultan.

V 5 l-intimità hi simbolu marbut ma’ Sijon li hi metropoli, belt omm, li wieћed tgћallem iћobb u jgћożż, u anke fil-Bibbja ‘wieћed jagћraf biss dak li jћobb’. Sijon u t-Tempju iserrћu ras il-lhudi li gћandu post ta’ mistrieћ u kenn fejn tiltaqa’ l-familja ta’ Alla ‘gћad-dell ta’ ġwejћajk’ (S 17, 8; 38, 8; 57, 2) u l-arka (Es 25, 18-22), ix-Xekinа – kenn tip ta’ salvazzjoni u mistiċiżmu gћall-poplu tal-Patt li jibża’ minn Alla. V 29 jerġa’ jtenni din it-tema.

Vv 7-8. Jidћol is-sultan waqt li kor jagћmel akklamazzjoni ritwali. Gћandna simbolu temporali - żmien miftuћ lejn l-etern mill-ispazju vv 3-4, jidћol iż-żmien, mill-presenza ta’ Alla fit-Tempju (bajit, dar, tempju) tidћol il-presenza ta’ Alla fl-istorja sagra (bajit-dar ta’ David, 2 Sam 7) u f’linja waћda gћandna ‘jiem’, ‘snin’, ‘ġenerazzjoni’ sakemm tasal fl-eternitа (S 21, 5; 72, 5). Fl-aћћar jidhru l-virtujiet il-kbar ta’ l-alleanza – hesed we ’ emet – bћal żewġ gћassiesa li jћarsu s-sultan. Ma tistax tgћid li hu salm wieћed u unit, anqas li hu meћjut bla ebda tarf, imma jidher li hu salm qawwi liturġiku tat-talb iżraelit.

Eseġeżi: daћla (v 2) u supplika (vv 3-6)

V 2, is-salm jiftaћ b’sejћa lil Alla sieket u ’l bogћod: supplika li hi gћajta mimlija fiduċja li ssir gћajta ferrieћa ta’ akklamazzjoni lis-sultan vv 7-8.

Hi mimlija tensjoni u xbihat fuq sfond skur ta’ dinja mћawwda li tirrifletti dak li hemm fil-qalb tas-salmista. Hu l-infern li kull bniedem li qed ibati jġorr f’qalbu u jћoss madwaru – il-bniedem eżistenzjali f’xifer l-abbiss li Alla biss jista’ jeћilsu minnu. (Sir 51, 9) Jinsab f’ћalq il-mewt u jћares ’il fuq lejn il-blata fortizza; kriżi psiko-fiżika. Jilmaћ fortizza, l-gћolja ta’ Sijon soda bћal Alla (S 27, 5); f’S 18 rajna kif is-70 ifissru blata bћala sigurtа, stabbiltà u l-Ġdid Testment jagћtiha tifsira kristoloġika u ekklesjoloġika, bћal 1 Pt 2, 4-8, “Ersqu, mela, lejh, li hu dik il-ġebla ћajja li kienet imwarrba mill-bennejja, imma magћżula minn Alla bћala ġebla gћażiża..." Isaija ћabbar: “Jiena nqiegћed fis-sod ġebla f’Sijon, ġebla magћżula u prezzjuża … 28, 16.

Lejn il-fortizza, it-Tempju jmexxina Alla ragћaj, kenn u torri qawwi, v 4, gћax ‘int sirt’, jew ‘int int’ fil-mumenti kritiċi ta’ l-istorja sur qawwi li jfakkar f’Abimelek jattakka l-belt ta’ Tebes, kif ukoll Prov 18, 10, "Isem il-Mulej hu torri qawwi…."

V 5 gћandu simboli ta’ intimitа, it-tempju hu tinda fejn wieћed jistkenn taћt ġwenћajn Alla, f’Ġerusalemm tas-sema; riferenza sabiћa gћal 1 Sl 8, laqgћa bejn il-finit u l-infinit, il-bniedem u Alla fit-Tempju. ‘Gћax’ int Alla ‘smajt’ u ‘tajtni’ żewġ verbi fil-perfett u fuq kollox ‘il-wirt’ v 6: eku ta’ 2 Sam 7, li jġegћlek taћseb li min qed jitlob hu sultan min-nisel ta’ David u gћalhekk ukoll Alla sama’ t-talba tiegћu u tah dak li talab.

Ġakulatorja rjali (vv 7-8)

Il-kor tal-poplu jixtieq ћajja twila lis-sultan fl-ispirtu tas-salmi (18, 15; 20, 10; 28, 8; 45, 18; 63, 12; 72, 5; 84, 10 ) u ta’ 2 Sam 7, 16 “It-tron tiegћek jibqa’ sћiћ gћal dejjem”.

Lis-sultan jixtieqlu żewġ barkiet li jimmarkaw id-dimensjoni teoloġika tad-dinastija: l-ewwel li ‘Isaltan quddiem Alla’, v 8. Hi eku ta’ Ġen 17, 1, fejn il-Mulej jgћid lil Abram ta’ disgћa u disgћin sena, “Jien El Xaddaj. Imxi quddiemi u kun perfett... u nkattrek fuq li nkattrek”. It-tieni, li “jћarsuh it-tjieba u l-fedeltа”, iż-żewġ virtujiet ta’ Alla marbutin ma’ l-alleanza. Fi Prov 20, 28, “It-tjieba u l-fedeltŕ jћarsuh lis-sultan”, lil-messija mwiegћed S 89, 25 jixtieqlu “miegћu jkunu l-fedeltа u t-tjieba tiegћi”, lil-levita fidil ta’ S 43, 3 jibgћatlu “id-dawl u s-sewwa tiegћek” biex imexxuh lura sa Sijon u lill-qassis fidil jew mhux jwegћdu “ma ћbejtx it-tjieba u l-fedeltа tiegћek lill-ġemgћa kbira” S 40, 11. B’hekk is-sultan hu garantit li qatt mhu waћdu, Alla jimxi miegћu u jkollu r-risq.

V 9 It-talba liturġika u l-wegћdiet personali/komunitarji jissieћbu mat-tema saltna, sultan gћal dejjem u ma’ dawn jissieћeb ir-radd il-ћajr u t-tifћir ta’ l-isem ta’ Alla. It-tempju u s-sultan min-nisel David fl-istorja huma simboli umani, issa mdawwla mbagћad imdallma skond il-ġrajja ta’ l-istorja, imma dejjem immarkati mill-qdusija ta’ Alla tajjeb u fidil u jiddu bl-istess qdusija tiegћu.

 

Dun Ġorġ Mangion, illum 19 ta’ Awissu 2009

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1