Salm 58

Kundanna ta’ l-imћallfin ћżiena

Alla se jagћmel ġustizzja

Salm 58 hu wieћed mis-salmi l-aktar iebsa biex tfisser u tifhem, biex titlob bћala nisrani tant li fir-riforma ta’ wara l-Konċilju Vatikan II tћalla barra mis-salterju, jew mil-Liturġija tas-Sigћat. Mhux faċli gћax hu bogћod mill-ћsieb tagћna gћalkemm gћani fil-ћsieb semitiku. Barra dan is-salm wasal gћandna f’forma kemxejn mbagћbsa u f’xi punti mhux ċar x’kien hemm fl-oriġinal; hu iebes biex taqilbu fl-ilsna moderni.

L-ispirtu ta’ vendetta, l-kliem niggieżi li fih jagћmluh salm ‘imprekatorju’, forma ta’ kitba li teћtieġ tifsir apposta biex wieћed jifhmu u jitolbu kif imiss. Fih poeżija mill-isbaћ, poeżja semitika, imqar jekk min qed jiktbu jew jitolbu hu maћkum minn fanatiżmu reliġjuż u l-istess vendetta (li hi espressjoni tax-xewqa profonda ћafna li t-tajjeb jirbaћ fuq il-ћażin, li l-ћażin jieћu li ћaqqu talli jaћqar it-tajjeb) ma tagћtix wisa’ gћal min m’gћandux l-istess sentimenti, jew mhux tolleranti.

Hi xorta ta’ reliġjożitŕ xejn rari fost dawk li huma konvinti mill-verità tar-reliġjon tagћhom partikulari, l-aktar dawk monoteisti, u jaqgћu fil-fundamentaliżmu jekk ma joqgћodux attenti. Il-poeta, fir-rabja li jћoss quddiem il-kuntrarju li ma jifhimx u ma jissaportix, jirrikorri gћall-kuluri kollha possibbli u immaġinabbli, biex jagћti żvog lill-emozzjonijiet reliġjużi tiegћu.

Tifsir jew Ermenewtika tas-salmi imprekatorji

L-Istitutio tagћtina r-raġuni gћaliex dan is-salm u oћrajn ‘imprekatorji’ tћallew barra mis-salterju, u tgћid li dan sar “minћabba xi diffikultajiet psikoloġiċi, mqar jekk dawn is-salmi nsibuhom fil-qari tal-Ġdid Testment – per eżempju, f’Apok 6, 10 – u li bl-ebda mod ma jifhmu jisћtu” (131). Mela hu biss gћal-raġuni psikoloġika u pastorali marbuta mal-qari immedjat u bla gћarfien tat-tifsir ermenewtiku tat-test tal-Bibbja. Ma’ l-ewwel qari joћloq tensjoni mat-tagћlim evanġeliku dwar il-maћfra, ma’ l-imġieba ta’ Ġesщ meta ċanfar lil Ġwanni u Ġakbu (Lq.9,55), meta ћalla barra skond Lq 4, 19 minn Is 61 , 2 ‘u jum il-vendetta (maqom) ta’ Alla tagћna’, fis-sinagoga ta’ Nazaret.

Madankollu jekk infissru dan is-salm u oћrajn (Ss. 5, 5-7.11; 17, 13-14; 18, 38-43; 35, 8.26; 40, 15-16; 52, 7-8; 59, 6.12-14; 69, 22-29; 79, 10-12; 83, 14-19; 94, 1-2.23; 109; 120, 3-4; 129, 5-6; 137, 8-9; 140, 10-12) m’gћandhomx jinftehmu ћażin anqas min-nisrani li jћoss xewqa gћall-ġustizzja u stmerrija gћall-wirjiet ta’ trijonfaliżmu tal-ћżiena, kif titlob il-liġi tar-retribuzzjoni u kif ġiebu ruћhom il-profeti quddiem l-istess qagћdiet. Ġesщ ikkundanna l-imћallef inġust u korrot, (Lq 18, 1-8) u jixћet l-istess akkużi lill-iskribi u l-fariżej ‘ta’ wiċċ b’ieћor’, ‘oqbra mbajjda’ u ‘mexxejja gћomja’. (Mt 23, 24.27.33).

Apokalissi jieћu S 58, 12 biex ifisser il-ћlas tajjeb li jsir mill-Ħaruf biex jitћallas it-tixrid ta’ demm-il martri. (ara Apok 6, 9-10; 19, 1-2.18-20). Is-saltna ta’ Alla li hi diġа fostna, titlob din il-bidla mill-qiegћ ta’ l-inġustizzja biex titwaqqaf is-saltna ta’ Alla. “Eћlisna mid-deni” hi t-talba tal-pellegrini nsara li tibda minn hawn u fina billi naqilgћu ‘il barra l-ћażen u l-inġustizzja. Is-salm ma jgћidx li l-azzjoni tal-vendetta hi tajba fiha nfisha, imma jћalli f’idejn Alla li jitћallas mill-inġustizzja li ssir kontra t-tajjeb, il-ġust.

It-ton tas-salm hu semitiku, paradoss u mkabbar b’mod li jeћtieġ li jkun imċekken. S. Ġwann Griżostmu jgћid li hi ћaġa ta’ l-gћaġeb kif Alla jinżel tant gћal-livell tal-bniedem li l-kelma rivelata tilbes il-libsa tas-saћta u l-lingwaġġ tal-bniedem rozz u imperfett, hekk li r-rivelazzjoni ssir storja u tidher fi stat ta’ progress u żvilupp. Jidher ċar l-inkarnazzjoni tal-Kelma ta’ Alla, u turi ċar il-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ћażin.

Il-Lhud ma jużawx il-komparattiv u r-relattiv, jużaw biss is-superlattiv u l-assolut u joћolqu sentenzi u frażi qawwija bћal Lq 14, 26 u s-salmi imprekatorji. Dan kollu ma jfissirx li l-messaġ mhux moralment korrett u hu fl-istess linja li kienu jitkellmu l-profeti biex issir ġustizzja. Hekk Mikea: “Issa isimgћu, kbarat ta’ Ġakob, u mexxejja tad-dar ta’ Iżrael! M’hux lilkom imiss li tagћarfu l-ġustizzja? Intom gћedewwa tat-tjieba u ћbieb tal-ћażen, li tisolћulhom il-ġilda minn fuqhom, u laћamhom minn fuq gћadamhom? Dawn huma dawk li jieklu laћam il-poplu tiegћi…” 3, 1-4.

Gћalina, bil-kultura tagћna ta’ l-oċċident, nisranija u sajma mill-Bibbja, tidher stramba tћossok ћieles li tisћet; l-istess kliem ta’ Ġesщ kontra l-iskribi u l-fariżej (Mt 23, 1-36) jiskandalizzana. (Ara wkoll Mt 11, 20-24) Gћall-orjentali, anke ta’ llum, hi ћaġa normali; huma dikjarazzjonijiet li jieћdu l-qawwa tagћhom mill-kelma mitkellma kontra xi ћadd li dejjem hi qawwija u tilћaq l-iskop tagћha meta tingћad. Ibda mill-Ġenesi, insibu kliem ta’ saћta kif ta’ barka, u jingћad jew bћala kastig jew biex ikun evitat il-periklu tal-kastig; jingћad fil-kamp tal-gwerra kif ukoll f’dak liturġiku. Hekk żviluppat leġiżlazzjoni sћiћa u fost kollox lil min ma tistax tisћet, lit-trux li ma jismax u lill-gћama li ma jarax. “La tisћetx lit-trux u la tqegћidx tfixkil quddiem l-gћama; imma tibża’ minn Alla tiegћek: Jiena l-Mulej.” (Lev. 19, 14). Il-qawwa tal-kelma ta’ saћta tinsab fil-proklamazzjoni u t-trux ma jismagћhiex.

F’Iżrael Alla hu li jћares id-dritt ta’ kulll biedem u hu l-leġiżlatur il-kbir u l-waћdieni. Gћalhekk meta tingћad is-saћta din tkun indirizzata lil Alla biex iwettaqha bћala dak li gћamel il-liġi u jћares id-dritt. ta’ kull bniedem, jikkastiga u jippremja. Hekk is-saћta ssir talba u tinstema’ tant daqskemm wieћed ikun qrib jew bogћod minn Alla. Jekk is-saћta tkun inġusta, taqa’ fuq min gћamilha (S 109, 16-19), jew Alla stess jibdilha jekk din tkun se taqa’ fuq min hu ġust quddiemu. Hu Alla li jiddefendina.

Qatt ma nistgћu naqilgћu minn posthom xi kliem ta’ saћta. Xi kliem jidher li ma jistgћux jinbidlu u dawn jisћtu lill-ulied ta’ l-ulied – il-kastig tal-missirijiet - fejn il-kastig jintalab li jaqa’ fuq ulied uliedu hekk li jispiċċa l-isem, id-dixxendenza, qerda sћiћa. B’danakollu ma ninsewx li jekk bniedem jikkonverti, l-istess saћta ssir barka, gћalih u gћal ta’ madwaru. (Dt 4, 29 u wara; 30, 1-10; Żakk 8, 13).

Hekk gћandu wieћed jaqra u jifhem is-salmi imprekatorji. Gћas-salmista hemm mottiv ieћor li jiġġustifika l-mibegћda kontra l-ћażin: barra milli biex jiddefendi ruћu jew jilqa’ ruћu bil quddiem billi ma ssirx, il-mottiv bażi li jagћti sens hu li l-gћemil tal-ћażin hu meqjus bћala tentazzjoni biex wieћed jitbiegћed minn Alla, ma jkomplix iqimu. B’dan il-mod il-ћażin isir mhux biss gћadu ta’ Alla imma ta’ l-istess bniedem li hu fidil lejn Alla u jrid jibqa’ fidil lejn Alla gћax jekk jinfired minn Alla jeqred lilu nnifsu billi kollox jiddependi minn Alla u milli jibqa’ magћqud miegћu.

Mela l-kliem mhux ta’ xi ћadd f’saћna tal-mument u xejn aktar, imma talba, sejћa serja biex il-ġustizzja ta’ Alla tissaћћaћ fid-dinja billi jinqered il-ћażin, jew jitlef saћћtu qabel ma jolqot il-ġust.. Wara l-imprekazzjoni hemm:

Fuq fomm l-insara jistgћu u gћandhom ikunu sejћa u stennija tat-trijonf eskatoloġiku ta’ Alla fuq is-setgћat tal-ћażen, fuq l-gћedewwa tal-pjan ta’ salvazzjoni mwettaq minn Kristu u mћolli fil-Knisja tiegћu. L-insara huma l-fqar li jġorru f’qalbhom din it-tama.

Eżempji oћra ta’ din ix-xorta huma:

Missier jisћet l-iben, (Ġen 9,25); Kap jisћet sudditi li gћamlu dak li hu ћażin, (Dt 28, 16-19; Ġż 6, 26; 9, 23; 1Sam. 14, 24.28). Alla nnifsu jisћet, Ġen 3. hi saћta qawwija daqs il-kelma ta’ Alla li taћlaq u teqred: gћandha piż kbir kieku Alla ma jidћolx biex iżomm is-saћta milli tolqot. Fil-kas ta’ Bagћlam gћandna rit ta’ maġija li Alla jdawwru f’barka, kelma profetika li tbierek flok li tisћet. F’Numri 5 gћandna l-każ ta’ l-‘ilma morr’ tas-saћta: mara suspetttata minn adulterju tixrob ilma mћallat bit-trab u skond qalitx il-veritа jew gidbet, jidћol Alla biex iћares lil dik li hi safja. Il-kastig kienet l-isterilitа.

Il-forma letterarja tas-salm

K. Seybold jipproponi s-salm oriġinali vv 2-3, 5.8-10.12 u vv 4.5-7, 11 li żdiedu wara l-eżilju. Żgur li Salm 59 hu qrib ћafna ta’ S 82. Jiddistingwu gћalhekk tlett livelli:

* L-ewwel livell li hu proċess kontra ‘elim’, allat, v 2, l-allat tal-Kangћanin li qed jiġu fix-xejn minn JHWH, hu ġudizzju ta’ Alla f’kuntest soċjali konkret jew kontra l-gћedewwa ta’ Iżrael (Dt 27, 11-26).

* It-tieni livell, is-salm hu lamentazzjoni mimlija saћtiet bћal kliem il-profeti tat-8 seklu Q.K. kontra l-politiċi u l-ћakkiema korrotti, kontra t-tmexxija ћażina. Il-qalb hi simbolu tal-kuxjenza jew ir-responsabbiltà, u l-idejn huma simbolu tal-impenn konkret biex timbena saltna inġusta. (vv 2-3). Elim huma gћalhekk dawk fis-setgћa esekuttiva u ġudizzjarja, dawk li jkollhom joqgћodu gћas-setgћa bla ћniena ta’ Alla. Is-salmista ma jiflaћx iżomm li ma jitkellimx quddiem dawn in-nies li jriduha ta’ setgћana u mhumiex, iriduha ta’ ġusti u mhumiex.

* It-tielet livell hu wara l-eżilju meta fil-liturġija kien jiftiehem kontra l-gћedewwa nazzjonali ta’ Iżrael (Mowinkel), dawk barranin u ġewwinija gћall-poplu. B’hekk ћa tifsira apokalittika-eskatoloġika, ġlieda bejn ġustizzja u inġustizzja, attakk kontra s-setgћa inġusta, akkuża kontra l-ћażen. Alla waћdu jidher rebbieћ u b’dan il-mod is-salm isir lezzjoni morali soċjali gћal issa u ta’ tama ta’ ћelsien ta’ Alla gћal li ġej.

Mela hu lamentazzjoni u protesta ta’ min jieћu sehem fil-ћajja tal-pajjiż u jara ssaltan l-inġustizzja: jidher ċar li S 58 hu dak li gћex is-samaritan quddiem il-bniedem li waqa’ f’idejn il-ћallelin (Lq 10, 25-37).

V 2 hu sejћa tal-bidu b’mistoqsija u wara l-akkuża li tixli v 3, biex jgћaddi gћal dak li jrid jgћid bis-simbolu tas-serp trux li ma jismax kliem is-saћћar jisћtu. F’v 7 jaqleb gћas-saћta nfisha billi jindirizza lil JHWH u Elohim b’xita ta’ simboli ‘bћal’ u ‘huma’, vv 5.7.8. Gћal din is-sejћa biex il-kastig jaqa’ fuq il-ћżiena nġusti, iwieġeb il-ġust f’vv 11-12, li jxandar it-tama tiegћu fil-ġustizzja ta’ Alla li tidћol b’tema li tgћaqqad mal-ftuћ. Mela nistgћu naqsmuh hekk:

Sejћa lis-setgћanin (v 2) : iћabbar it-tema tal-ġustizzja (tiġġudikaw).

L-ewwel moviment (vv 3-6): l-akkuża ta’ l-inġustizzja, ћajja ћażina.

It-tieni moviment (vv 7-10): Is-saћta kontra l-inġustizzja.

Sejћa tal-ġusti (vv 11-12) it-tema tal-bidu tal-ġustizzja.

Taqsima li tidher xotta imma mogћtija l-ћajja mill-passjoni li biha jitkellem u jikkomponi salm mill-aqwa anke fil-linja letterarja.

Is-simboli

Biex juri kemm is-setgћan inġust sar ћażin, is-salmista juża simboli tal-ġisem; l-ewwel il-bniedem,’adam’ vv 2, 12, li mhux jagћmel ћaqq ġust u Alla se jeqirdu. Isir bћal abort li jintrema v 9, qalbu mimlija ћażen, v 3, idejh ixerrdu dnewwa, ћalqhom mimli gideb, ilsienhom velenuż, widnejhom magћluqa, ebda leћen ma jisimgћu, anqas tas-saћћar. Gћalhekk Alla se jidћol u jkissrilhom snienhom u ma jћallihomx jaraw id-dawl tax-xemx waqt li l-ġust jarahom jieћdu li ћaqqhom. L-aћћar xbieha mill-gћasir ta’ l-gћeneb turi li Alla gћandu setgћa fuq kollox u kulћadd, bћal wieћed fil-gwerra, rebbieћ fuq it-telliefa.

Simboli oћra huma mid-dinja ta’ l-annimali: is-serp vv 5-6, u l-lifgћa truxa, l-bebbuxu u l-ferћ ta’ l-iljun. Is-serp hu simbolu ta’ l-idolatrija (Ġen 3), “Kif taћrab minn quddiem serp, hekk ukoll aћrab id-dnub..” (Sir 21, 2). Atanasju u ~irillu ta’ Lixandra jaraw hawn riferenza gћal Ġen. 3 – ix-xitan jersaq biex jigdem bћal iljun biex itemm ћajja.

Is-serp hu xbieha ta’ l-gћedewwa li “l-inbid tagћhom semm is-sriep, velenu qawwi tas-serpent” (Dt 32, 33). L-Imperi qawwija kollha kienu rappreżentati minn sriep, simbolu tal-ћażin, tal-qerda, l-oppost tal-ћolqien: “F’dak il-jum jikkastiga l-Mulej bix-xabla qalila, kbira u qawwija tiegћu lil Liwjatan, is-serp ћafif, lil Liwjatan, is-serp jitkagћweġ; joqtol id-dragun li hemm fil-baћar” (Is 27, 1). Din ix-xbieha ssir eskatoloġika f’Apok 20, 2: "U huwa qabad id-Dragun, is-Serp tal-qedem, li hu d-Demonju u x-Xitan, u rabtu gћal elf sena".

Kontra din il-qawwa dejjem tidher l-epifanija ta’ Alla, Alla jidћol fl-istorja b’qawwa li ћadd u xejn ma jistа jeqfilha.(S 94, 1). Il-velenu tas-serp isir ilma li jintrema, il-lifgћa issir bћal vleġġa li ma toqtolx, u s-serp bebbuxu. V 10. Il-messaġ hu ċar: “Issielet sal-mewt gћas-sewwa u l-Mulej Alla jissielet gћalik” (Sir 4, 28).

Eseġeżi

Wara dan kollu, nittama li minn dan il-qari eseġetiku tas-salm toћroġ il-klima morali ta’ ġustizzja u tieћu post dik ta’ salm imprekatorju, jew narawh bћala salm mimli ġustizzja. Fil-fatt “ћadd ma jeћles lil ћadd, ћadd ma jeћles lilu nnifsu; il-bniedem jinћeles f’komunjoni” li S 58 jibnuha mal-Mulej tal-ġustizzja.

 

Sejћa lis-setgћanin (v 2)

Dawn l-‘elim’, bnedmin li jriduha ta’ allat, setgћana politiċi u mћallfin, jidhrilhom li jmexxu l-istorja ta’ Iżrael, jitolbu l-qima qishom kienu xi allat pagani. Huma jaћqru l-fqir u l-armla, ma jћarsux id-drittijiet tar-romol u l-iltiema. Kontrihom hemm il-kelma tal-profeti: “gћaliex gћamel gћal ћuh sejf, u warrab kull ћniena”, “gћaliex ċarrat ћdan in-nisa tqal biex iwessgћu trufijiet l-art” (Gћ 1, 11.13) Hu dritt imћares mid-Dt 16, 19, “la tgћawwiġx il-ġustizzja, tћarisx lejn l-uċuћ, u taċċettax rigali, gћax ir-rigali jagћmu gћajnejn l-gћorrief u jgћawwġu kliem in-nies sewwa. “Jolqothom il-gwaj ta’ Isaija 5, 23. Id-dmir tagћhom kien li jaraw li dan ma jsirx u jispiċċaw jagћmluh huma: dan hu dnub kbir u Alla se jћallashom skond il-liġi tar-retribuzzjoni.

Wara l-mistoqsija rettorika u ironika, tiġi l-akkuża. Mal-kelma ta’ Alla m’hemmx ċajt!

L-akkuża ta’ l-inġustizzja (vv 3-6)

L-akkuża hi kontra l-gћażla ċara tal-kuxjenza (il-qalb) u li l-bniedem iwettaq b’idejh. Din l-imġieba hi mċanfra bil-qawwa u bla ebda kompromess fil-Bibbja; il-politiku nġust jgћaddi l-jum kollu jilgћab mal-miżien ta’ l-inġustizzja u jara kif se jiġbed lejh vantaġġi persunali. Is-salmista jaf li dan jagћmlu gћax il-ћażin tgћallmu minn ġuf ommu, v 4, il-ћażen jitwieled mal-bniedem, joћroġ minnu. Ġeremija jgћid: “Jaqaw ibiddel ġildu l-Kusi; jew il-ljupard tbajjietu?” (13, 23). Hekk kif in-nażir hu ikkonsagrat lil Alla u lill-ġustizzja (Imћ 13, 7), twelid ġdid imwiegћed fi Ġw 3, 3-5 hu meћtieġ biex jibdel in-natura mћassra tal-ћażin.

Vv 5-6. Jiddeskrivu dan il-ћażen fil-bniedem bix-xbieha tas-serp li s-saћћar bil-maġija jsaћћar imma ma jirnexxilux gћax il-ћażen jirreżisti l-iskunġrar. Il-ġust, gћal-kuntrarju, gћandu qalbu, idejh u widnejh miftuћa gћall-gћajta ta’ gћajru. Issa s-salmista jgћajjat lil Alla biex jidћol fl-istorja: dan isir b’talba imprekatorja li issa tifhem aћjar.

Is-saћta ta’ l-inġustizzja (vv 7-10)

Il-ġust qatt ma jitћallas b’idejh imma jћalli f’idejn il-ġustizzja ta’ Alla li titћallas mill-inġustizzja. Id-dehra ta’ Alla tniżżel is-setgћana minn fuq it-tron u tgћolli lill-umli.(Lq 1, 52). Dan l-gћatx tal-ġustizzja jagћti lok gћal sensiela ta’ xewqat ta’ vendetta li diġа tkellimna dwarhom. Il-ћżiena bћal bhejjem selvaġġi jqattgћu bi snienhom laћam il-ћrief, u Alla jintalab jinxteћet fuqhom b’qawwa u jkissrilhom snienhom biex ma jkomplux jagћmlu ћsara lil dawk il-vittmi ta’ dejjem, il-martri. Hi liġi tad-Dewteronomju, “tagћmlulu dak li kellu ћsieb jagћmel hu lil ћuh, u hekk teqred il-ћażen minn ġo nofsok” (Dt 19, 19). Alla jinћtieġ li jidћol biex jeqred il-ћażin li jsir bћal ilma mxerred fl-art li ma jistax jinġabar. (2 Sam 14, 4) u bћal ћaxix maћsud li jinxef.

Żewġ xbihat ta’ qerda u mewt jissoktaw f’v 9, bebbuxu li jsir bużullieq u fetu mormi. Ix-xbiha tal-bebbuxu hawnhekk hi unika gћall-Bibbja, hi sinjal ta’ impotenza, isir qisu bżieq li jqażżgћek u t-tieni juri bniedem li setà kien imma qatt ma kien. Bil-mewt li żergћu kien ikun aћjar gћalihom li kieku qatt ma kienu, imma ladarba twieldu mhux li kien Alla jaqlagћhom mill-art tal-ћajjin meta jiġi biex jagћmel ћaqq.

V 10. F’ћakka ta’ gћajn, qabel ma jintebћu b’dak li ġej fuqhom, mhux li kien d-deћra ta’ Alla iġġibhom fix-xejn u hekk Alla ġust itemm l-inġustizzja. Hawn tintemm id-doċċa kiesћa ta’ saћtiet; jonqos waћda fl-gћeluq li hi aktar qawwija, l-ġust ћareġ rebbieћ gћad-dehra ta’ Alla ћellies.

Gћeluq: it-tema tal-ġustizzja (vv 11-12)

“Jiena naf li l-Mulej jagћmel ћaqq ma’ l-imsejken

u jagћti raġun lill-fqajjar.

Iva, il-ġusti jfaћћru ismek;

u t-tajbin jgћammru quddiemek.” (S 140, 13-14).

“ U lkoll jimtlew bil-biża’ ta’ Alla, u gћemilu jxandru,

u jifhmu sewwa kull ma gћamel.

Jifraћ il-ġust fil-Mulej u fih jistkenn;

jiftaћru dawk kollha ta’ qalbhom safja.” (S 64, 10-11).

Dawn iż-żewġ siltiet jfissru sewwa l-ћsieb teoloġiku ta’ l-gћeluq ta’ S 58. Il-ġustizzja ta’ Alla meta jidћol fl-istorja, iġġib bilanċ u ssewwi l-inġustizzji; hi bћal rivelazzjoni kbira tal-wiċċ ta’ Alla li tikxef il-ћażen u l-miżerja tas-setgћan inġust u l-ferћ tal-ġust.

Il-ġust jara jum il-vendetta (naqom) ta’ Alla: dan il-ћsieb jidher bosta drabi fis-salmi iżda hawn biss tidher il-kelma ‘naqom’, vendetta, li tidher iebsa. Din tfisser, iva, vendetta imma fis-sens ta’ ћelsien, rebћa, salvazzjoni. Il-verb latin ‘vindicare’ ifisser toћroġ gћad-dawl il-veritа li postha ћaditu l-gidba, jew tagћmel ћaqq ġust bir-rebћa tal-veritа fuq il-gidba, tal-ġustizzja fuq l-inġustizzja.

Origene jgћid: “il-ġust ma jifraћx bil-qerda tal-ћażin, imma gћax deher il-ћaqq ġust ta’ Alla”. Żgur li s-salmista ma jifhimx jaqbad l-armi gћal min ġej kontrih bl-armi, vjolenza kontra vjolenza, imma bi spirtu ta’ fiduċja fil-ġustizzja ta’ Alla li tagћti lil kulћadd dak li ћaqqu , jifraћ u jithenna meta jara li Alla gћamel ћaqq ġust ma’ l-imsejken.

Dan il-ferћ jinbidel fi stqarrija ta’ fidi: “Iva hemm ћlas sabiћ gћall-ġust, hemm Alla li jagћmel il-ġustizzja fuq l-art.”v 12. Mhux biss fis-sema, imma fuq l-art ukoll tidher il-glorja ta’ Alla. B’hekk is-salmista juri li gћandu tip ta’ spiritwalitа mimlija realiżmu u ottimiżmu u mhux xi reliġjożitŕ li tisfuma fix-xejn. L-impenn tiegћu gћall-kawża tal-ġustizzja hu l-bidu tas-saltna ta’ Alla fid-dinja. F’dan id-dawl u billi fittixna u sibna l-mod kif nifhmuh, dan is-salm ta’ versi mimlija nar li jeqred, isir talba qawwija u gћażiża wkoll gћan-nisrani. “Il-ћeġġa gћal darek fnietni” (Ġw 2, 17b).

“Is-salmi jgћallmuna dwar kull ċaqlieq ta’ l-ispirtu, fit-tbatija, fit-tentazzjoni, fil-ferћ... u mhux biss ma jiġux gћalxejn, talli jagћtina l-kliem li gћandna ngћidu u l-mod kif ingibu ruћna fit-tiġrib…Is-salmi jgћallmuna x’gћandna ngћidu fi żmien il-persekuzzjoni u kif inroddu ћajr lil Alla darba din tgћaddi.” S. Atanasju.

Dun Ġorġ Mangion, illum 20 ta’ Ġunju 2009

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1