Salm 57
Ħajti qalb l-iljuni, imma qalbi fis-sod
L-esiġeżi tas-salm turi l-qasma bejn vv 2-7 u 8-12, tant mill-metru u kemm mill-aċċenti 3+3 tat-todah (ћ
ajr) klassiku li jgћaddi gћall-ilment (qinah) u dawn huma magћqudin bl-antifona ta’ vv 6 u 12: din it-tieni parti nsibuha f’S 108. Hu tnehida ta’ djieqa, ilment li jwassal biex jinfexx b’gћanja ferreћija, kollha tama fis-salvazzjoni. Xi esiġeti jitilqu mill-fatt tat-tempju bћala l-kwadru fejn tiżvolġi ruћha l-azzjoni; hemm jgћanni l-gћanja qabel sbiћ il-jum biex ifittex jisbaћ u l-qassis/ profeta tat-tempju jiddikjarah meћlus mill-akkuża. Il-bniedem kien jistrieћ fit-tempju wara li filgћaxija jkunu ressaq l-ilment tiegћu u jistenna d-dehra ta’ Alla billejl u mas-sebћ l-oraklu tal-qassis profeta.(Hi t-teorija ta’ l-inkubazzjoni)Hu salm mibni sew u mingћajr dik il-guffaġni ta’ testi liturġiċi jew ta’ l-iskribi. Hu salm ta’ awtur uniku, mill-ilment jgћaddi gћar-radd il-ћajr b’ћeffa u sengћa, gћall ferћ u t-tama ta’ ћelsien mill-ilsna ћż
iena li kkalunnjawh.Hu
diffiċli tgћid meta nkiteb u gћalkemm jingћad li hu ta’ David, kemm-il darba nsibu salmi ta’ talba individwali li tinfetaћ f’talba nazzjonali. Kraus jgћid li hu ta’ qabel l-eżilju. Żgur li hu ta’ awtur tajjeb u sofistikat mill-mod kif gћaqqad l-ilment u r-add il-ћajr, hu kompożizzjoni ta’ ġenju poetiku eċċezzjonali, hu ta’ professjonista fit-teknika letterarja.Mit-tempju u l-liturġija tiegћu, is-salm jiftaћ gћad-dinja, jiftaћ b’gћanja lil Alla fit-tempju u jkompli fl-ispazju, fl-univers. It-tempju fit-teo
liġija biblika u orjentali hu d-dinja żgћira li tiftaћ fl-univers. Fiċ-ċentru hemm il-jien, hemm il-qalb, v 8 li tgћaqqad il-bniedem ma’ Alla, mas-sema, ma’ l-art u hemmm ukoll Alla is-sultan u l-imћallef li jisma’ u jwieġeb gћall-ћtiġijiet tal-bniedem u jibdilhom.
Il-binja letterarja
Il-poeta ћalla fis-salm element ta’ importanza kbira li huma l-antifoni ta’ vv 6 u 12. Meta narawhom fil-qies ta’ v 7 bis-simboliżmu ta’ kaċċa ta’ annimali u nsib, naraw li gћalkemm l-antifona hi l-istess tieћu dimensjoni differenti d-darbtejn. F’v 6 hi appell biex Alla juri ruћu u jeћilsu, hu supplika. V 12 hu sejћa lill-glorja ta’ Alla fir-radd il-ћajr u t-tifћir. Gћalhekk f’v 7 waqt li jerġa’ jfakkar l-ewwel parti tas-salm, ihejji u jiġġustifika r-radd il-ћajr li fih in
nifsu jagћti lok gћall-antifona u jiġġustifikaha. L-istess v 7 jitfa’ l-attenzjoni tagћna fuq vv 2-5, v 5 li hu vers ta’ taqbida militari u ta’ kaċċa ta’ l-annimali.F’vv 2-5 insibu supplika li twassal gћal v 7 fejn min qed jitlob jidher maћkum minn bi
ża’ kbir gћax hu fil-periklu li jkun miblugћ u jaqa’ fin-nasba li hejjewlu, imma jinћeles bil-qawwa tan-nemesi li tћallset mill-gћedewwa billi dawn waqgћu fl-istess nassa li hejjewlu. Xibka u ћofra huma żewġ xeni, il-waћda gћal skop ta’ supplika, l-oћra gћar-radd il-ћajr. F’vv 2-4, il-qalba tas-supplika, il-bniedem magћfus jdur lejn il-ћniena u t-tjieba ta’ Alla biż-żewġ attributi ta’ l-allejanza, hesed w ‘emet; l-istess fir-radd il-ћajr ifaћћar dawn iż-żewġ attributi, vv 8-11, li huma supplika b’ton ewkaristiku gћax hu ċert li ġie mismugћ. Alla traxxendenti jidћol biex jeћilsu u gћalhekk jgћid, ‘infaћћrek u ngћannilek’ (ewkaristija), ‘gћat-tjieba u l-fedelta’ tiegћek’.Jinqasam hekk:
Is-supplika vv 2-5 żewġ paragrafi a) Sejћ
a vv 2-4.b) il-periklu ta’ annimali u armi tal-gwerra.
Antifona u sejћa lil Alla biex jidћol gћalih v 6.
Ir-radd il-ћajr vv 7-11. a) ћelsien mill-periklu ta’ l-annimali u ta’ l-armi. V 7.
b) Sejћa f’ż
ewġ mumenti vv 8-11Antifona u sejћa wara li Alla jidћol gћalih.
v 12.Is-simboli tas-Salm
Is-salm hu ambjentat fit-tempju, il-post sagru tas-salmista li qed jitlob u jrodd ћajr, imma dan ġieli jisfuma fix-xejn u jidћol fl-univers; il-wieћed u l-ieћor jidћlu f’xulxin jew wieћed jidћol fl-ieћor. Alla u l-bniedem jins
abu f’żewġ postijiet, Alla fit-tempju u l-bniedem gћall-kenn ta’ ġwenћajh Waqt li l-bniedem jilmenta li jimtedd ma’ l-iljuni, it-talba tiegћu titla’ lejn is-sema tfittex lil Alla kollu ћniena u tjieba, jittama u jemmen. Meta Alla jeћilsu, s-salmista jkanta fost il-popli l-imћabba ta’ Alla li hi ogћla mis-smewwiet, sema u art jibdlu r-rwol tagћhom: l-istess art hi mimlija bil-glorja ta’ Alla li hu fl-ogћla smewwiet.It-tempju hu msemmi f’v 9 f’din il-liturġija ta’ filgћaxija bl-istrumenti tad-daqq li tiftaћ
minn inżul ix-xemx sa nżul ix-xemx ta’ jum ta’ wara. Il-leviti kienu jagћmlu rit li bih iqajjmu sbiћ il-jum. (Ara S 130, 6 u 72, 16)Simboli oћra huma marbutin mal-kaċċa u nsib u gwerra. L-iljun lest biex jaћtaf u jiżbrana u t-tfigћ man-naћa gћall-oћra ta’ vleġeġ u tixjir ta’ lanez. Il-persekuturi tas-salmista huma bћal bhejjem li jaћtfu u jqattgћu bi snienhom – il-kalunnji huma l-vleġeġ u l-ilsien hu xabla. Quddiem dan kollu hu jibqa’ kalm gћax Alla jћarsu gћall-ћniena u t-tjieba tiegћu - ћarsien tassew
qawwi.Madwar it-tempju u s-salmista jduru simboli ta’ żmien u spazju: is-sema gћ
ajn ta’ tama u ћajja, is-sћab v 11, simbolu ta’ presenza ta’ Alla mћabba, art vv 6, 12, fejn il-battalja tal-ћajja hi miġġielda u fejn tidher ukoll il-glorja ta’ Alla. Popli u ġnus v 10 jimtlew b’din ti-teofanija. Sbiћ il-jum v 9 hu xbieha ta’ żerniq li t-talb tas-salmista jqajjem (Salmi 139, 9; Ġob 38, 12-13), hu żerniq ta’ jum ġdid, ta’ era ta’ salvazzjoni. Hi t-twettiq ta’ xewqa li t-talba mtawwla matul il-lejl kollu taqla, Alla jqum u juri l-glorja tiegћu. Is-salmista wkoll iqum gћal jum ta’ paċi u ferћ bid-daqq ta’ gћana ta’ tifћir.L-istrumenti vv 8-11 huma tnejn, l-arpa u ċ-ċetra, il-verbi huma tlieta, tkanta, tfaћћar u tinseġ gћanja. L-innu jintiseġ liż
-żewġ virtujiet ta’ l-alleanza, tjieba u fedeltà (hesed w ‘emet). Tnejn ukoll huma l-kuntesti tas-salm, biża’ u kant ta’ ferћ f’liturġija, gћajn ta’ ferћ u festa dejjiema.Il-bniedem (‘adam) fraġli u mbeżża’ quddiem il-qerda v 5 jara l-gћ
adu jeqred lilu nnifsu u ћajtu li kienet mhedda meћlusa. Qalbu sћiћa v 8 ma’ żerniq il-jum, jinseġ gћanja ta’ tifћir; (Kebedi v 8 hi l-fwied, gћajn ta’ passjoni, ferћ u tbatija).
Esiġeżi
Is-salm jiftaћ b’riferenza li l-eseġeżi lhudija rat gћaż
-żewġ episodji fil-ћajja ta’ David meta fil-Gћar ta’ Gћadullam “ġabar id-dar kollha ta’ missieru…u ngћaqad miegћu kull min kien magћkus, kull min kellu d-dejn, u kulll min kien imdejjaq..”(1 Sam 22, 1-2) u l-ieћor fil-gћar ta’ Gћajn-geddi fejn “Sawl daћal biex jaqdi l-bżonnijiet tiegћu u David u n-nies tiegћu kienu ’l ġewwanett ta’ l-gћar…” (1 Sam 24, 4) u wera ġenerożità kbira ma’ l-gћadu u ma qatlux. Hi rabta li mhi rabta xejn.Miktam hi biss indikazzjoni ta’ kif gћandu jitkanta u biex is-salm ma jitqassarx u ‘la teqridx’ li xi eseġeti jorbtu
ha mat-talba ta’ Mosè (Dt. 9) meta dan jitlob lil Alla biex ma jeqridx il-poplu midneb li Hu ћeles mill-jasar b’id qawwija u driegћ mifrux.Supplika (vv 2-5)
Hi karba ta’ bniedem li qed ibati imma fiduċjuż li Alla se jisimgћ
u u jeћilsu. “Ħenn gћalija” (hnn) hi sejћa gћall-ћniena kollha mћabba ta’ Alla. Ħniena u kenn jinstabu fit-tempju fejn it-tempesti jikkalmaw, l-hemm jgћaddi gћax imkennen taћt ġwienћajk. Il-ġwienaћ huma simbolu – l-arka mћarsa minn ġwienaћ il-kerubini, fl-Eżodu l-poplu inġarr taћt ġwienaћ l-ajkli, u l-lhudi kellu dritt ta’ kenn fit-tempju. Hi l-imћabba kollha ћniena ta’ Alla tћares lil min ifittex il-kenn, “bћalma l-qroqqa tiġbor il-flieles tagћha taћt ġwenћajha”(Lq 13, 34). Sema u art jiltaqgћu, id-divin jidћol biex isalva l-uman.Min qed jitlob isejjaћ lil Alla Eljon, l-aktar gћoli, isem Alla fil-kult ta’ Ġerusalemm: hu Alla li mill-gћoli tas-smewwiet jaћkem l-istorja u l-esseri u issa hu mitlub juri ruћu mћallef (gomer) bejnu u bejn l-gћadu, Alla ћellies u ġust. “Hu jibgћat mis-s
ema u jsalvani”, jibgћat is-salvazzjoni lill-ġust. Din hi tema tat-teoloġija tas-salmi li Alla jagћmel ћaqq lill-ġust gћax hu “ћanin u fidil”. Hu l-eżerċtu spiritwali ta’ Alla li jiġi qabel l-anġli bis-salvazzjoni. Mela s-salvazzjoni hi grazzja.V 4 ‘Jitfa
’ l-gћajb..’ Xi eseġeti jgћidu li hu t-test waћdieni fl-A. T. fejn Alla jinsulta lil dawk li jeћduha kontrih u kontra l-ġust. Alla jġib fix-xejn kull gћemil ћażin tal-ћżiena.‘Ninsab mimdud’ jew rieqed, mistrieћ, tidher riferenza ċara gћal Dan 3, 24. Il-verb jagћti idea ta’ kwiet u mistrieћ: din tiġi mill-fiduċja li biha s-salmista ntelaq f’Alla imqar fl-akbar inkwiet u biża’ gћal ћajtu. Tagћti sens ta’ kuntrast qawwi bejn il-biża’ tal-bniedem quddiem bnedmin li bћal iljun lesti biex jiż
branawh waqt li hu jorqod kalm u fiduċjuż. U mhux inqas gћax il-mistrieћ hu frott tat-talb li talab minn filgћaxija , matul il-lejl sa sbiћ il-jum. V 9Antifona appell vv 6.12
L-istess antifona f’qagћda differenti bi ћsieb differenti. V 6 Is-salmista magћfus bil-persekuzzjoni jagћmel sejћa, supplika gћal dehra ta’ Alla bћala mћallef biex jeћilsu gћax bla ћtija; jitlob lil Alla gћax jaf li ma jistax jibqa’ indifferenti quddiem it-tbatija tal-ġust innoċenti u d-dehra tkun bћal dawl li jdawwal l-imkejjen l-aktar moћbija. V 1
2 hi antifona li tagћlaq din id-dehra ta’ Alla li bћala mћallef salva l-ġust. Hi dehra bћal Isaija 40, 5: “U tfiġġ il-glorja tal-Mulej u l-bnedmin jarawha lkoll f’daqqa, gћax fomm il-Mulej tkellem.”
Ir-radd il-ћajr (vv 8-11)
V 7 jagћti stampa eż
istenzjali tal-periklu, l-aћћar ћarsa lejn is-supplika qabel ir-radd il-ћajr. Skont il-liġi tat-taljun id-dnub gћandu fih iż-żerriegћa tal-qerda, iћaffru ћofra gћall-ġust u jaqgћu fiha huma. It-tama li jfisser il-poeta hi l-istess bћal dik ta’ Bildad fil-ktieb ta’ Ġob 18, 7-10.
Vv 8-11 huma todah mill-isbaћ, bћal żerniq mimli dawl; ir-raqda fit-tempju li minnha jqum timla’ s-salm b’dawl ta’ mћabba u fidi li bihom imtela’. Iż
-żewġ movimenti ta’ l-innu huma min-naћa l-waћda l-paċi tal-qalb u l-istabbilta’ tal-poeta u mill-oћra il-virtujiet ta’ l-allejanza, it-tjieba u l-ћniena ta’ Alla. Imma l-qofol jintlaћaq f’v 11, l-innu li jkanta ma’ sbiћ il-jum, l-antifona ta’ l-innu, v 6, li jkanta meta t-talba tiegћu tkun mismugћa.Sћiћa qalbi v 8. Jekk Jekk snien, lanez
u vleġeġ kienu armi ta’ biża’, qalbu hi soda, il-kuxjenza hi fil-kwiet. Bl-arpa f’idu qabel ma jżernaq, diġŕ d-dawl mdieheb ta’ l-gћodwa hu rifless fil-qalb tiegћu li esperjenzat lil Alla ta’ l-istorja. “L-imћabba tiegћu hi gћal dejjem”. Hu jqajjem sbiћ il-jum bћal oraklu mimli tama. L-istess strumenti tad-daqq li kienu mkebbin u mistrieћa f’xi rokna moћbija tat-tempju (S 137), issa jneћћu l-liżar tal-mewt u d-dell tax-xe’ol: huma mistiedna jqumu ћa jqajjmu sbiћ il-jum.Mhux biżżejjed li t-tifћ
ir jidwi fit-tempju jew f’Ġerusalemm, jinћtieġ li l-popli kollha jkunu jafu u l-ġnus kollha jisimgћu din l-gћanja li se jgћanni lit-tjieba u l-fedeltа ta’ Alla. Hu innu bћall-Hallel il-kbir, S 136 “gћax gћal dejjem hi l-imћabba tiegћu”. Hu innu lit-traxxendenza ta’ Alla: Alla hu bogћod u hu qrib, jaћdem is-salvazzjoni.L-antifona ta’ l-aћћar, li kif gћedna diġа tieћu tonalitа differenti, tissiġilla l-ferћ u tfakkar li l-istorja hi mmarkata mill-glorja ta’ Alla. Jekk fil-bidu s-salmista kien qed jibki u magћkus, issa hu mimli ferћ; hekk hi l-ћajja, ferћ u niket minsuġin fil-biċċa drapp ta’ ћejjet il-bniedem. Xi ћadd kiteb: “Xi wћud jgћidu, ‘il-ferћ hu akbar min-niket’. Oћrajn jgћidu:’ In-niket hu akbar mill-ferћ’. Jien ngћidilkom, ferћ u niket ma jinfirdux. U jekk in
-niket hu fuq il-mejda miegћek, il-ferћ hu fuq is-sodda.”Dun Gorġ Mangion illum 22 ta’ Mejju, 2009
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa