Salm 56
Fik, Alla l-Gћoli, jien nittama
“M’huwiex dan fil-ktieb tiegћek?” jfakkar fis-segwenza tal-Liturġija Kristjana “Dies Irae” li kif jingћad kitibha Tommaso da Celano. “F’dak il-ћin jinġieb ktieb wieћed u fih kollox huwa mniż
żel biex minn fuqu l-ћaqq jittieћed.”Hi storja ta’ ruћ miexja, tibki u titkellem weћidha ma’ Alla, hu salm ta’ lamentazzjoni kif ukoll ta’ fiduċja; hu l-mixja ta’ moћћ il-bniedem li jemmen u jafda, jaqta’ qalbu u jistaqsi sa ma jћalli l-biż
a’ u jintelaq f’Alla mqanqal mill-kliem, mill-oraklu tal-qassis fit-Tempju. Fis-salm, il-passi li jwassluh gћand Alla xejn m’huma ċari.Hu gћalhekk lment personali mxaqleb lejn il-fiduċja li jieћu ton ta’ innu ta’ radd il-ћajr; gћandek supplika f’vv 2-10, il-fiduċja hi mifruxa mas-salm kollu, l-aktar f’vv 11-12, u vv 13-14 huma radd il-ћajr. Fis-salm insibu wkoll ћjiel ta’ liturġija f’vv 2-3 u 13-14, uћud aktar jew inqas ċari, insibu supplika vv 6-8 u fl-gћeluq li hu oraklu. Is-salm hu ‘miktam’, kif rajna f’salm 16, 1 jew kitba fuq tavla tal-
ġebel, il-ktieb uffiċċjali ta’ dak iż-żmien. V 8 ta okkażjoni lill-eseġeti biex jaћsbu li nkiteb qabel l-eżilju bћala gћanja fejn is-sultan jitlob il-ћelsien tiegћu u tal-poplu mill-insulti u t-tbatijiet ta’ popli bla Alla ta’ mad-dwar. G. F. Ravasi jaћseb li hu talba ta’ individwu fl-isfond komunitarju: qed jitlob lil Alla jrażżan il-qawwa tal-popli gћedewwa u persekuturi.It-test kif wasal gћandna joffri bosta diffikultajiet lill-eseġeti gћax żgur li ma waslilniex kif ћareġ minn fomm is-salmista. Bosta ipproponew tibdil imma jkun aћjar jekk minn din il-forma li waslilna fih, nisiltu dak kollu li nistgћu: hu ċar li gћandu elementi ta’ qabel kif ukoll ta’ wara l-eż
ilju. Il-Ġudajiżmu gћamel talba minn v 2, u 51, 3: “ Kun ћanin miegћi biex ma naqgћax fit-tiġrib imma jekk dnibt kontrik, kun ћanin ћalli nindem”. San Ġlormu jara f’v 5 l-gћeruq ta’ Mt. 10, 28: “Tibżgћux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgћu joqtlu r-ruћ…”. Minn v 7, li fih simbolu tal-kaċċa, Missirijiet il-Knisja, joћorġu x-xbieha tal-Knisja, Eva l-ġdida u x-xitan li jgћasses gћal gћarqubha, biex iwaqqagћha (Ġen. 3, 15). U fil-frażi ta’ l-gћeluq, ‘dawl tal-ћajjin’, San Ġlormu jikkummenta: “Id-dawl tal-ћajjin hu Kristu”.Dimensjoni letterarja.
Hekk kif tibda taqra mill-ewwel tara li hu ta
lba gћall-ћniena lil Dak Alla li jista’ jeћilsu mill-gћadu gћax fih jittama, Jidhru gћalhekk it-tlett persunaġġi tal-ilment, jiena, Alla u l-gћadu. Il-verbi huma ‘jagћmlu gћalija’,’ikasbruni’ u ’jagћfsu fuqi’; dawn iwaqqgћuh fil-biża’ imma qalbu qawwija fit-tama. Jagћlaq b’innu żgћir ta’ radd il-ћajr fejn jissemma’ riġel, ‘ћlistli ’l ћajti u ’l riġli mill-waqgћa’ v 14, u wara l-ћelsien tiġi d-daћla mill-ġdid fil-komunjoni ma’ Alla. Dawn iż-żewġ antifoni, vv 4-5, u 11-12 iservu ta’ gwarniċ gћall-kwadru ta’ tbatija li minnha gћaddej min qed jitlob.Il-popli gћedewwa ‘jqassu fuqi’, ‘ћsiebhom kif jagћmluli l-ћsara’ u ‘jgћassu l-mixi tiegћi’ . Imma hemm Alla li jiddomina x-xena u li fl-gћadab tiegћu jġibhom fix-xejn. Fis-salm ћaġa waћda tidher ċara, il-presenza ta’ Alla u l-livell teoloġiku mogћti lill-ismu; jidher 9 darbiet Elohim u darba JHWH. Is-salm jasal fl-aqwa tiegћu, gћal dawl u sliem, wara li jgћaddi mit-tbatija gћal radd il-ћajr b’atti ta’ fidi f’vv 4-5 u 11-12.
Jinqasam hekk:
Is-supplika klassi
ka: daћla gћal xena drammatika (vv 2-3)Kwadru militari ta’ persekuzzjoni.
Antifona ta’ fiduċja fil-kelma (dabar) ta’ Alla (vv 4-5)
Il-kliem ‘tafda’ (batah) u ‘kelma’ , (dabar).
Il-qalba tas-supplika (vv 6-10) żewġ strofi:
Kwadru ta’ persekuzzjoni: huma – jiena (vv 6-7)
Kwadru ta’ tama: huma -- Alla. (vv 8-10)
Antifona ta’ fiduċja fil-Kelma ta’ Alla (vv 11-12)
Bil-kliem fiduċja u Kelma.
Ir-radd il-ћajr klassiku : Gћeluq b’xena ferriћija (vv 13-14)
Kwadru ta’ dawl u ferћ.
Is-simboli
L-azzjoni tiġri kollha matul il-jum (jom) li jfisser l-eternità ta’ tbatija fiż
-żmien u fl-eternitŕ, jekk mhux ukoll fil- ‘Jum ta’ JHWH’ meta fl-aћћar jiddi gћall-ġust d-dawl tal-ћajja u t-tama: Jom insibuha tlett darbiet. Fil-kamp tal-batalja li hi l-istorja hemm żewġ persunaġġi, Alla u l-gћadu li jisfidah. F’din il-battalja nsibu żewġ simboli, dak teoloġiku u dak antropoloġiku.Is-simboli teoloġiċi huma metafori bћal, Alla jmil lejn il-bniedem meta jћenn, (v 2), il-kenn (vv 4.5.12), Alla jidћol fix-xena tal-battalja u fil-qilla tiegћu jxerred l-gћedewwa, (vv 5.8.10.12) jeћles min-nases b’tixbiha tal-kaċċa, u fl-aћћar jidher wiċċu, gћajn ta’ dawl u ћajja. Imma dan il-ћsieb insibuh f’v 9 bi tlett xbihat ћajjin, Alla jikteb, jgћodd u jirreġistr
a. Gћar-rabbini r-riferenza hi gћal David li jaћrab l-gћira ta’ Sawl (1 Sam 19,20), jew Iżrael kollu eżiljat minn Sijon. Is-salmista jesprimi dak li jћoss il-bniedem li qed jaћrab ’il bogћod fid-dwejjaq tiegћu b’dan il-ġiri ’l hawn u ’l hinn: Alla hu ћsiebu fih f’dan il-ġiri kollu tiegћu maћrub fuq l-art.Alla jgћodd id-dmugћ b’imћabba. Is-simbolu aktarx ġej mill-bedwini li fil-ћorġa kienu jġorru ћalib, ilma u nbid, tlett oġġetti meћtieġa gћall-gћajxien. Wara sejba f’Nużi ingћatat tifsira oћra; il-bedwin ki
en iżomm borża mimlija b’tant ċagћak daqskemm ikollu nagћaġ. Alla jirreġistra kull tbatija tal-bniedem biex ma tintesiex, u jћallas tajjeb.Il-ktieb tal-ћajja hu dak fejn Alla jikteb id-dabarim, il-kliem u l-gћemil tal-bnedmin. Fil-ktieb jitniż
żlu l-ismijiet ta’ ћbieb intimi, il-ġusti kif ukoll tal-mifrudin, ta’ dawk li jaћqru lill-oћrajn u persekuturi, Id-dmugћ li jixxerred huma l-proġetti sigrieti ta’ Alla, il-miżerji u l-glorji, jew id-destin definittiv u perfett (Ġer 17, 1; Apok 20, 12; Is 4, 3; Lq 10, 20). “Żewġ gћasafar tal-bejt m’hux b’ћabba jinbiegћu? U b’danakollu anqas wieћed minhom ma jaqa’ fl-art mingћajr ir-rieda ta’ Missierkom” (Mt 10, 29 ).Is-simboli antropoloġiċi skond dak li titlob it-tradizzjoni tas-supplika, huma seba’: "enos – il-bnie
dem fraġli u debbli, aktar qrib l-annimal u gћalhekk jaћqar il-ġust.basar – v 5, laћam, fraġiltа
morali (Is 31, 3). Hi n-natura umana kontra dik divina.adam – bniedem ta’ l-art v 12. uman,
nefes – l-gћedewwa jattentaw ћajtu, nefes; Alla jeћles il-ћajja
‘nefes’ mill-mewt.mewt - v 14, is-salmista jinћeles minn ћalq il-mewt.
ћajja - Alla hu l-gћajn tal-ћajja, iġibu lura v 14d.
riġel – biex ma jaqax gћall-malizzja tal-bniedem.
Dan hu d-dramm kollu ta’ l-eżistenza tal-bniedem. Gћ
emil il-ћażin iqanqal l-gћadab ta’ Alla li ma jistax ma jidћolx fuq in-naћa tal-ġust li jsejjaћlu. B’nifs xufftejh Alla jeqred minn quddiemu l-gћedewwa tal-ġust u tiegћu bћallikieku kienu eżerċtu li qed jinqered u tiddi gћall-ġust is-siegћa tal-ћelsien. V 14.Esiġeżi
Qabel nibdew il-qari esiġetiku tas-salm naraw ftit it-titlu: lill-mexxej tal-kor, ta’ David, Miktam. L-ewwel taqra, “fuq ‘jonat’ li nġarr ’il bogћod mill-ibliet tiegћu”: hu l-poplu ta’ Iżrael, il-ћamiema siekta (Hos 7, 11; 11, 11) Ara wkoll Gћan 2, 10.14 u S 68, 14. Hi ċara r-riferenza gћall-eżilju kif jixhed ukoll t-Targum. It-tieni “ta’ David meta nqabad mill-filistin f’Gatt”. L-episodju ta’ 1 Sam 21, 11-16 gћandu xebh ma’ S 56: infaћћar kelmtu vv 5,11 tinsab f’Sam 21, 14 fejn mћabba l-biża’ David gћamel ta’ birruћu iblah, 1 Sam 21, 13 u l-istess ћajja ta’ David jiġġerra tinsab fl-isfond kif ukoll f’v 9 u fit-tqanqil tas-salmista milqut mill-persekuzzjoni.
Daћla gћas-supplika (vv 2-3)
Ħenn gћalija…v 2. Jappella gћal ‘hesed’, tjubija ta’ Alla u jagћti żvog gћall-ansj
età; jitlaq xi ftit mis-supplika klassika u gћalhekk huma versi mћawwda. L-gћedewwa huma bnedmin fraġli imma kontra l-ġust jġibu ruћhom qawwija u vjolenti; gћalkemm huma enos, adam u basar, bnedmin li jmutu, ta’ l-art, huma mhejjija gћat-taqbida.Il-jum k
ollu v 3 bla waqfien isusu warajh; ‘laham’ (S 35, 1; 109, 3) hi l-battalja fejn jheddu li jeqirduh. Il-Bibbja ta’ Ġerusalemm tqegћdu fil-kwadru ta’ l-assedju tas-sena 701 bћal S 76, 11-12. (Xi testi gћandhom ‘mill-gћoli’ jew mill-gћoljiet li jdawwru l-belt).Vv 4-5. It-tradizzjoni lhudija rat fil-kelmiet “ma jkollix gћal xiex nibż
a’”, il-mument meta David beża’ quddiem il-qaddejja ta’ Akis (1 Sam 21, 13). Hawn hu l-mument waћdieni meta David jistqarr il-biża’ tiegћu. (Tourney). Gћal dan iwieġeb v 12, ”m’gћandix gћax nibża’” frott it-tama ta’ min jintelaq fil-Mulej u fih jafda quddiem il-bnedmin, quddiem l-gћedewwa. Ma’ dan jingћaqad it-tifћir, (hallel) u l-irfigћ tas-salmista gћax jafda fil-kelma qawwija ta’ Alla.Min qed jitlob iwieġeb gћall-kelma ta’ Alla v 6 li se jћarsu mill-ћżiena, gћax min jeћodha kontra l-ġust, jeћodha kontra Alla. Quddiem Alla l-ћażin juri ruћu ‘enos’ u ‘basar’, bniedem tad-demm u l-laћam, ma jiswa’ xejn, jintemm fix-xejn. Hi l-istess antifona ta’ vv 11-12. D. Bonhoeffer fit-talba ta’ filgћodu jitlob: “Ġo fija hemm dlam, imma fik dawl; mhux biss imma int ma titlaqnix; m’gћandix kuraġġ, imma inti tgћinni; jien inkwetat, imma fik hemm il-paċi; fija dwejjaq, fik is-sabar; triqatek ma nifhimhomx imma inti taf triqti.”
Il-qalba tas-supplika (vv 6-10)
Tiftaћ bil-persekuzzjoni. Huma, l-gћedewwa jinġemgћu kontrija, kontra l-kelma tiegћi: tidher li hi kalunnja gћax iћares il-kelma ġusta ta’ Alla waqa’ vittma tal-ћżiena, sar vittma ta’ theddid, ‘il-jum kollu jqassu u jgћidu fuqi’, v 6. Wara tiġi xena tal-kaċċa/nsib: kaċċatur/nassab jew xi bhima selvaġġa gћassa biex taћtaf u tiżbrana l-vittma, l-annimal. (S 59, 1; 71, 10; Ġer 20, 10) Imma l-istess presenza ta’ Alla tiddfendih, vv 8-10, kontra l-gћedewwa. ‘Eћlisni mill-ћażen tagћhom’, mela hemm tama fis-salvazzjoni ta’ Alla, l-imћallef ġust.
L-imprekazzjoni, (t-talba tas-saћta) titwessa u ssir nazzjonali; f’Iżrael hi ћaġa ћafifa tgћaddi mis-singular gћall-plural, mill-personal gћall-komunitarju, fejn problema ta’ bniedem wieћed issir tal-poplu kollu, gћax wieћed hu dejjem f’relazzjoni mal-komunitа, wieћed li jagћmel parti mill-alleanza bejn Alla u Iżrael. Hekk l-gћadu/ gћedewwa ta’ wieћed isiru gћedewwa tal-poplu kollu, dawk li jumiljaw lil Iż
rael. Alla ma jibqax indifferenti u jumiljahom, fil-korla tiegћu “ ixejjinhom”.F’v 9 jgћaddi gћal-lirika b’simboli li ma tistax tinsihom. Alla jikteb fil-ktieb tiegћu kull ċaqliqa tal-bniedem maћrub, waћdu u persegwitat u jiġbor kull demgћa u ‘jixxottha minn fuq kull wiċċ’. (Is 25, 8; Ap 7, 17). Gћal kuntrarju ta’ Ġob li jara lil Alla jimxi warajh bћal min qed jiġbor it-taxxa jew bћal wieћed bl-ark biex iwaddab il-vleġġa, (Ġb 17, 17-20; 10, 5-8; 13, 25-27) hawn jgћid li Alla jiġbor id-dmugћ bћallikieku kienu perli. Il-ġiri hu “nod”, waqt li l-barż
akka hi “no’d”, l-istess ћoss. U kif il-bedwin iġorr iċ-ċagћak, waћda gћal kull nagћġa, jew dak meћtieġ biex jgћix fil-barżakk, hekk Alla jgћożż kull demgћa ta’ l-ippersegwitat u jiktibha fil-ktieb tiegћu. Hekk nafu li aћna maћbuba.Issa li Alla taћ prova ta’ mћabba, jaf li l-gћedewwa qed jaћarbu, v 10. Hu skema militari meta Alla jieћu f’idejh il-kawża ġusta tas-salmista. ‘Dan jien naf’, tagћti bidu gћall-istqarrija tal-fidi, jara lil Alla li diġа qed jaћdem, u l-ћelsien hu fil-qrib, “Elohim li”, Alla hu miegћi. “Jekk Alla hu magћna, min jista’ jkun kontra tagћna?” (Rum 8, 31).
Antifona ta’ fiduċja fil-kelma ta’ Alla (vv 11-12)
Hi hallel, l-istess v 5, gћall-kelma ta’ Alla li hi salvazzjoni gћas-salmista. Din timlieh bit-tama u twasslu biex jintelaq f’ Alla
żgur li ebda qawwa ta’ l-gћadu mhi se tirbћu. It-tifћir hu mtenni f’v 11 u jssaћћaћ f’Elohim 11a, u JHWH 11b, iż-żewġ ismijiet ta’ Alla. Differenza oћra hi f’v 12 ‘basar’, laћam flok ‘adam’ bniedem meћud mill-art ma jista’ qatt jeћodha ma’ Alla l-ћallieq li jћarsu. (S 49, 3; 118, 6-7; 124, 1, 2)Vv 13-14 huma todah
, ‘inroddlok ћajr’ gћax smajtni. Minn vv 8-10 is-salm jitlaq lejn it-tama, tibda b’ilment u tgћaddi gћall-ћelsien, lejn it-tama u l-fiduċja, linja dritta u mexxejja. L-awtur jaf li se jispiċċa fit-tempju u ġa’ jћossu dan (S 7, 11; 10.14) ‘jien marbut bil-wegћdiet tiegћek’. Ara Pawlu u l-erba’ rġiel f’Atti 21, 23.V 14 ifisser il-gћala tat-tifћir u r-radd il-ћajr, “int ћlistli ’l ћajti....” Il-mostru hi l-mewt, periklu konkret li kien fih, ix-Xe’ol, dlam u skiet, imma gћadda gћad-dawl u miexi lejn it-tempju fid-dawl tax-Xekina’. Il-mixja hi dejjem simbolu ta’ ћajja eżistenzjali, ћajja tajba f’mixja lejn l-eskatoloġija (Ġn 5, 22; 6, 9; 17, 1; 24, 40). “Ħenok kien jimxi sewwa ma’ Alla; u ma deherx aktar, gћax ћadu Alla.” (Ġen 5, 24). Il-ћajr ta’ S 56 gћandu qawwa spiritwali gћolja kollha tama li tiftaћ fil-liturġija eterna tas-sema. Id-dawl tat-tempju hu d-dawl etern ta’ Alla, it-tama li tirbaћ il-biż
a’ tal-mewt, hi diġà tgawdija tad-dawl tal-ћajja. (Ara S 16, 10).Dun Gorġ Mangion, illum 5 ta’ Mejju, 2009
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa