Salm 53
It-tieni g
ћanja tal-bniedem bla Alla:"M’hemmx Alla"
Salm 53 hu verżjoni Elohista ta’ S 14 li hu Jahwista; dan juża’ Mulej waqt li l-ieћor juża’ Alla. H. Schmidt iżomm li dan sar meta l-isem qaddis ta’ Alla bћal JHWH, isem b’erba’ ittri, ma nkitibx kif ma kienx mitkellem. Hekk ukoll dan l-aћћar JHWH ma jistax jintuża’ fil-liturġija b’rispett lejn ‘ћutna l-kbar’, il-Lhud. Dahood jgћid li waqt li S 53 kien is-salm tas-saltna ta’ Iżrael, ta’ fuq, S 14 kien tas-saltna ta’ isfel, ta’ Ġuda: Hekk li v 7 kien skont Eerdmans miżjud biex jitlob gћas-saltna wara l-waqgћa tas-Samarija fis-sena 721 Q.K. gћall-armata Sirjana.
Ma’ l-gћadd kbir ta’ esiġeti, Ravasi jaћseb li hemm rabta bejniethom , tneћћi vv 5-6 u xi tibdil hu ġej mill-fatt li ntuża ћafna kontra nies bla Alla, bћal meta diska li tindaqq ћafna tibda żżarżar. Il-protagonista hu ‘nabal’, isem sapjenzjali gћal bniedem li jiċћad lil Alla preżenti fl-istorja. Kraus jgћid li hu salm ta’ ilment waqt li hemm min jara fih konfront bejn min jemmen u ma jemminx, anzi min jiċћad lil Alla. ‘Maskil’ ifisser li hu salm sapjenzjali u ‘mahalat’, hi nota dwar il-mużika adatta u l-liturġija
Kif jinqasam
1. Ilment fuq l-ateiżmu u l-inġustizzja (vv 2-5).
Il-qagћda b’ton profetiku u sapjenzjali li takkuża l-klassi politika gћolja b’inġustizzja minћabba l-ateiżmu li tћaddan.
2. Oraklu ta’ l-Imћallef Divin (v 6).
Alla jidћol fl-istorja biex jiddefendi d-drittijiet tal-fqar imkasbra mis-setgћana.
3. Antifona ta’ l-aћћar miżjuda. (v 7).
Gћeluq messjaniku-komunitarju. Tmiem pożittiv.
Esiġeżi
Jidћol mill-ewwel l-iblah, wieћed gћall-ћafna, u jiddikjara ‘mhemmx Alla!’ jew Alla ma jeżistix hawn, issa fl-istorja tal-bniedem. Ma jimpurtahx milli jsir hawn. It-Targum diġà kien qal: "M’hemmx is-sinjur divin fuq l-art". Isaija jeћodha mal-kbarat ta’ Ġerusalemm: "Gwaj gћal dawk li jgћidu: ‘Ħa jfittex jagћmel dak li gћandu jagћmel ћalli narawh; ћa joqrob u jseћћ ћsieb il-Qaddis ta’ Iżrael, ћalli nagћarfuh!’ ". (5, 19). U jagћtina ritratt tal-ateu bla morali; tkun inġust hu l-istess bћal tkun idolatra u ateu.
Wara l-protagonista, l-ateu, jidher il-ġust vittma u fl-aћћar Alla li l-ateu qiesu assenti u indifferenti: Hu it-trijanglu tas-supplika, Alla – jiena - huma. L-imћallef jittawwal mis-sema fejn il-ћażin gћalqu, u jara l-qagћda tal-biki tal-bnedmin, bla sens u midinbin gћax m’hemmx min ifittex lil Alla bil-fidi u bil-kult. Tfakkrek f’Rum. 1- 2, ‘il-bnedmin kollha dinbu’ , kollha ћallew it-triq it-tajba; hi apostasija, fidi u morali (mġieba tajba) ma ssibhom imkien. Hi akkuża morra, waћdanija u vera.
V 5, jistaqsi b’mod retoriku u jagћmel akkuża kontra l-ћżiena li jaћtfu l-poplu ta’ Alla billi jisirqu ћobż-il fqir. (S 12, 6) waqt li jwarrbu lil Alla daqslikieku ma jeżistix. Imma Alla hu l-go’el tal-fqir u ma jdumx ma jidћol fl-istorja biex isalvah. Hemm żewġ passi fil-profeti, l-ewwel dak ta’ Ġeremija kontra l-barranin li jaћqru lill-Iżrael: "Iżrael kien ikkonsagrat lill-Mulej, l-ewwel frott tiegћu; dawk kollha li kienu jieklu minnu kienu jiġbdu fuqhom il-kastig: il-ћsara kienet taqa’ fuqhom, oraklu tal-Mulej." (2, 3). Mikea 3, 3: "Dawn huma li jieklu laћam il-poplu tiegћi: iqaxxruhom…u mbagћad jgћajjtu lill-Mulej. Iżda hu ma jweġibhomx…" Li tolqot u tisfrutta l-fqir hu sagrileġġ li Alla ma jћallihx gћaddej bla kastig: ma jibqax sieket gћal dejjem, jidher u jagћmel xi ћaġa.
Oraklu ta’ l-Imћallef Divin (v.6)
Alla jidћol u gћall-ġust tkun sorpriża, waqt li gћall-ћażin iġib biża’. Jibda b’sam’ , Araw! Hekk hu! Din hi differenti minn S 14 fejn Alla joffri kenn, juri li hemm hu waqt li f’S 53 l-aċċent hu fuq il-ġudizzju bla ћniena ta’ Alla kontra l-ћżiena. U jidhru tlett simboli li juru t-telfa tal-ћażin u r-rebћa tal-ġust: l-ewwel il-biża’ (padah) gћax id-dehra ta’ Alla hi gћalarrieda, u flimkien mal-mistћija u t-telfa ġġib il-qerda sћiћa (gћadamhom ikissrilhom) imorru fix-Xe’ol. (ara S 141, 7b). Hemm ukoll l-idea ta’ assedju, ‘dawwruk’, qagћda ta’ periklu u terrur. (S 27, 1-3). Hekk l-oraklu hu proklamazzjoni tal-preżenza ta’ Alla fl-istorja u gћalhekk hi stqarrija ta’ fidi fl-eżistenza ta’ Alla.
Antifona ta’ l-aћћar (v.7)
Din it-talba tixhed it-tama ta’ restawr wara l-eżilju, il-bidla tax-xorti ta’ Sijon, ir-ritorn ta’ l-eżiljati u li Alla jitћallas mill-potenzi atei li umiljaw lill-Iżrael. V 3 jawgura li s-salvazzjoni se tiġi mis-sema, issa se tiġi minn Sijon li hi f’linja mas-sema, bћal kanal li jagћmel lil Alla preżenti fostna. (1Sl 8, 27, 30; S 20, 3.7; 29, 1-2; Lh 12, 22).
Id-differenza waћdanija bejn din u S 14, 7 hi salvazzjoni, jesu’ot li hi fil-plural biex forsi tfakkar l-gћemil kollu ta’ salvazzjoni li Alla wettaq b’risq Iżrael, awgurju ta’ salvazzjoni ġdida. Fil-kantiku ta’ Deborah ir-rebћiet ta’ Iżrael huma ‘sidqot’ gustizzja li ssalva, (Mћ 5, 11). Hu x’inhu, s-salm jagћlaq b’gћajta mimlija tama li tixhed li din mhix l-ewwel anqas l-aћћar salvazzjoni gћax it-tama hi ћajja u friska fil-Bibbja, ma tibżax quddiem il-prepotenti u l-insolenti, quddiem il-ġrajjiet l-aktar koroh : Alla jaf idawwarhom f’rebћa.
Gћal studju aktar profond tista’ tara wkoll Salm 14.
Dun Ġorġ Mangion, illum 11 ta’ Frar 2009
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa