Salm 51

Il-Miserere – L-akbar talba ta’ ndiema

"Kontrik jiena dnibt"

Charles de Foucauld irodd ћajr lil Alla gћal din it-talba divina, it-talba tagћna ta’ kuljum, talba ta’ adorazzjoni, mћabba, offerta, ћajr, indiema u petizzjoni; tibda mid-dnub personali u tispiċċa fil-kontemplazzjoni ta’ Alla. Hi talba tal-komunità nisranija moћbija fil-paġni tal-vanġelu tal-ћniena u l-maћfra ta’ San Luqa: l-iben il-ћali bin il-missier ћali fl-imћabba jgћid ‘Missier, dnibt kontra s-sema u kontra tiegћek,’ 15,18, il-publikan, jitlob, ‘O Alla, ћenn gћalija gћax jien midneb’ 18,13 u lill-midinba magћrufa Ġesщ jgћid ‘dnubietha li kienu ћafna, nћafrulha, gћax ћabbet ћafna’ 7, 47.

Pawlu jikkwota v 6 f’Rum 3,4 u S. Wistin jinqeda bih bћala l-iskema ta’ l-Istqarrijiet. Hu salm studjat u meditat minn bosta fosthom, S. Anselmu, S. Girgor il-kbir, l-istendard tal-battlja ta’ Savonarola u ta’ l-armata ta’ Giovanna d’Arco. Hu s-salm li sieћeb bnedmin kbar bћal Luteru, Dostojevski u oћrajn fil-ћajja ta’ dmugћ sieket tal-qalb maqsuma tagћhom. Il-filosfu Max Sheler jgћid li “aktar ma l-ћtija tikber u titqal, aktar din tinћeba minn gћajnejn il-midneb; imma aktar ma tikber l-umiltа, aktar ir-ruћ issir sensibbli gћall-iċken nuqqas.”

Is-salm 51 hu espressjoni xotta xotta ta’ tbatija u dnub li toћroġ mill-qalb tal-bniedem ta’ kull kultura u żmien magћquda mar-rimors. Hemm katina ma taqta’ xejn u tidher li ћadd ma jista’ jaqsamha, ta’ dnub-indiema-maћfra-dnub li gћandha l-gћeruq tagћha f’Ġen 3. Il-grazzja biss tista’ toffri l-aћћar kelma, dik tal-maћfra u salvazzjoni darba wieћed jikkonverti, tama li l-pessimiżmu ta’ min jara l-bniedem bћala eżistenza bla sens (J.P. Sartre) jiċћad. Salm 51 gћandu tweġiba kollha tama gћal dawk il-mistoqsijiet li matul iż-żmien il-bniedem ta’ kull kultura gћamel kontra s-sema.

Imma l-bniedem jeћtieġlu jidћol fl-oċean ta’ mћabba li hu Alla, jkollu dehra realista u ottimista tiegћu innifsu, basta ma jgћidx ma’ Ippolitu f’Euripide,”ikkommettejt delitt, imma jien safi”. Gћal Nietzsche li jara l-bniedem ‘annimal mhux gћal kollox sћiћ’, il-kwestjoni ta’ ћażen u dnub hi ‘morali ta’ l-ilsiera’ u ‘lill hinn minnha u kontra tagћha hemm il-pjaċir ћieles u mhux mimsus tal-bniedem ‘super bniedem’. Gћall-kuntrarju S 51 hu fil-qalba tal-kuxjenza bibblika, nisranija u universali tad-dnub tal-bniedem u tal-maћfra li Alla jagћti. Kien u gћadu espressjoni tal-fidi lhudija tas-sens ћaj u sћiћ tad-dnub.

Fil-kwadru tal-festa tal-maћfra tal-Jom Kippur, il-jum li l-Mixna tgћid li hu konsagrat gћal din is-solennitа, salm 51 hu s-salm ideali. Skont Lev.16, żewġ riti huma mitluba, rit ta’ tisfija bid-demm tas-sagrifiċċju, ta’ l-istess qassis il-kbir biex jidћol fil-Qaddis tal-Qaddisin u ta’ l-istess post qaddis, kif ukoll tal-bodbod. Wieћed kien jieћu fuqu d-dnub ta’ Iżrael u l-ieћor li kien jitћalla f’idejn Azazel biex jintilef fid-deżert. Ma kienetx biss maћfra tad-dnubiet imma twelid ġdid, jum ta’ tiġdid tal-Patt, jum ta’ djalogu mistiku bejn Alla u l-bniedem, u bejn bniedem u ieћor li nkiser bid-dnub. Il-Kippur hu gћalhekk bћal S 51 ċelebrazzjoni penitenzjali qawwija dominata mis-sens ta’ dnub, eżami tal-kuxjenza u kant tal-qalb imġedda bl-ispirtu l-ġdid tal-maћfra.

Kippur minn kpr li jfisser imћassar, insejtu, S 51 jgћaqqad żewġ gћemejjel, dak ta’ Alla li jaћfer u joћloq mill-ġdid, u dak tal-bniedem li jistqarr id-dnub, ‘kontrik jiena dnibt’. Fil-fatt Alla ma jitlob xejn mill-bniedem ћlief li jagћraf id-dnub tiegћu, jieћdu fuq spallejh u jistqarru: dan hu l-mod waћdieni biex jistmerru u jdur lejn Alla mill-ġdid.

Salm 51 jista’ jitqies bћala talba possibbli gћar-reliġjon ‘oћt’ dik biblika, l-Iżlam b’mod speċjali dak li fit-teoloġija tal-Quran hi l-ћniena divina. Fil-kap tal-ftuћ naqraw: “Fl-isem ta’ Alla, kollu ћniena! Tifћir lil Alla, dak li ћalaq kollox, il-ћanin” u fil-litanija ‘rahmam rahim’ (mill-gћerq bibliku, ‘rhm’, mћabba ta’ omm, vixxerali), gћandha l-ћniena bћala waћda mid-99 sejћa, u fis-sura 55 insibu kant lill-ћniena ta’ Alla jixbah lill-Hallel il-kbir ta’ S 136. Fil-mistika iżlamika, biex insemmu kas wieћed, mistiku persjan Abu l-Khair (967-1049) jitlob hekk: “L-imsejken ġismi hu maqsum taћt il-piż ta’ dnubieti. O Sinjur, gћaliex ma teћodnix f’idejk? Jekk f’gћemili m’hemmx dak li kelli nagћtik, fil-ġenerositа tiegћek hemm dak li jista’ jkun ta’ ġid gћalija”.

Salm 51 l-akbar fost is-seba’ salmi penitenzjali hu l-aktar studjat u kummentat mill-eżeġeti bibliċi. Jixbah lil salmi 6; 32; 38; 40 u 130: jekk S 32 hu s-salm tat-teoloġija tad-dnub, S 51 hu test tat-teoloġija tal-midneb. L-gћadu ewlieni jibqa’ d-dnub, gћajn ta’ mewt u firda/ skomunika minn Alla. Mill-umiltà li wieћed jagћraf id-dnub fil-profonditа eżistenzjali tiegћu, is-salmista jogћla gћall-fidi safja tal-profeti; li tagћraf dnubek hu gћerf li jwassal gћal tiġdid, ferћ u paċi. Il-qalba tas-salm, hi gћalhekk il-kisba mill-ġdid ta’ qdusija mitlufa.

Salm 51, waqt li jinżel fil-fond tal-liberta’ u l-eżistenza, jagћmel analisi reliġjuża profonda tal-bniedem: mhux biss jinżel fejn jinfirdu minn xulxin il-ћajja u l-mewt ontoloġika (id-dnub hu mewt ta’ l-esseri, Ġen 2, 17) imma wkoll jidћol bejn il-mewt u l-‘qalb ġdida’ – elementi teoloġiċi. Antropoloġija, teoloġija morali, messaġġ profetiku, liturġija, amartjoloġija (tal-morr/ dmugћ) u soterjoloġija (tas-salvazzjoni) jintisġu f’salm li hu uniku fis-sens teoloġiku (unicum teologicum).

Awtur u żmien

Immorru gћall-bidu tas-Salm 51: min kien li kitbu u min kien l-ewwel wieћed li kantah? S 51 hu l-ewwel minn sensiela ta’ salmi penitenzjali attribwiti lil David u l-aktar minћabba r-rabta li tidher bejn l-adulterju ta’ David u l-kelma ta’ Natan li m’gћamilx bћan-nies tal-qorti u s-sudditi tas-sultan li gћattew kollox taћt il-gverta tas-skiet u hekk saru kompliċi. Huma kienu jafu li David daћal gћand Batseba u mtedd magћha waqt li Urija kien jitqabad ma’ l-eżerċtu. Bosta versi huma marbuta ma’ 2 Sam 11-12, ‘kontrik biss jiena dnibt u dak li hu ћażin f’gћajnejk gћamilt’ v 6.

Madankollu bosta eżiġeti llum iżommu li mhux ta’ David u dawk li jaћsbu dan ikollhom jagћmlu ћafna riservi u distinzjonijiet. Kif jidher mit-teoloġija tas-salm, hu ta’ xi wara l-eżilju; it-tema tal-kult tas-sagrifiċċju marbut ma’ l-eżistenzjaliżmu tal-bniedem fil-ћtiġijiet tiegћu, hu tema tal-profeti bћal Gћamos kif ukoll Isaija 1, li dehru fis-seklu 8 Q.K. “Bniedem, huwa wriek x’inhu tajjeb u x’jistenna minnek il-Mulej: li tagћmel dak li hu ġust, li tћobb u tkun ћanin, u li tkun umli fl-imġieba tiegћek ma’ Alla tiegћek. ” (Mi 6, 8). Tema oћra tal-profetiżmu ta’ l-eżilju hi “oћloq fija qalb safja”, gћażiża tant gћal Ġeremija (24,7; 31,33; 32,39), kif ukoll gћal Eżekjel (36, 26-27; 11, 19;16, 59-63; 45,18; 7,23; 9,9; 29.36).

Is-Sitz im Leben hu t-tempju, lejn xiex hu dirett is-salm, jew il-bini tat-tempju li nbena fi żmien Esdra u Neћemija. Il-ћitan ta’ Ġerusalemm ma nbnewx qabel l-444. (Ne 3, 16).

Gћalhekk nistgћu nikkonkludu b’mod negattiv, jew minkejja li ilu żmien twil attribwit lil David, l-eżiġeti ma jaqblux ma’ dan; “Ma nistax nara li nkiteb fi żmien David”, Jikteb Kraus. B’mod pożittiv ngћidu li hu ċar li l-elementi profetiċi huma tas-sitt seklu, ankè t-talb gћall-maћfra huma ta’ żmien l-eżilju. Veru li hemm elementi ta’ karba personali, imma jista’ jservi gћal kull min jemmen u jieћu dnubietu fit-tempju jew fis-skiet ta’ kamartu u jqegћdhom f’riġlejn JHWH.

Kif jinqasam

L-istqarrija tad-dnub la teћtieġ u anqas ma toqgћod gћal xi skema kiesћa kiesћa imma l-istess awtentiċitа tal-kuxjenza tal-midneb titlob li tkun ћielsa minn kull irbit letterarju. Bosta eseġeti ipproponew skemi gћal din l-istqarrija fl-isfond tal-fraġilitа radikali tal-bniedemi u t-talba gћal qalb ġdida. Se nagћtu din l-iskema marbuta mas-simboli u t-tagћlim meqjus bћala t-talba tal-fqir, jew paleo-testamentarja.(J.Schmitt).

  1. I-oskurità tad-dnub vv 3-11: delitt u maћfra. L-istqarrija titћallat ma’ l-indafa u l-maћfra. Fil-qalba ta’ v 6b hemm il-ġustizzja ta’ Alla li ssalva.
  2. A) Sejћa biex inaddfu mill-ћtija (vv 3-4)

    B) Stqarrija tad-dnub (jada) u maћfra (sedeq) (vv 5-8)

    A’ Sejћa gћat-tisfija (vv 9-11)

    II. Id-dawl tal-grazzja (vv 12-19): spirtu u ruћ. Huma ż-żewġ trufijiet tal-kwadru (vv 12.19) li ma tistax tqegћdhom ma’ v 15, aktar marbutin ma’ vv 12-14 u f’dak li hu ћsieb ma’ vv 16-19. Se nqisuhom gћalihom.

    A) L-ispirtu tal-bniedem. vv 12-14

    B) Il-qalb hi sagrifiċċju li jogћġob lil Alla. vv 15/16-19

    III. Żjieda liturġika nazzjonali.

    A. Schoekel ippropona li salmi 50-51 jingћaqdu f’salm wieћed gћax qishom żewġ kwadri ta’ liturġija penitenzjali, u gћandhom l-istess teorija sagrifikali tal-profeti, l-istmerrija tal-kult u l-enfasi fuq il-qalb niedma. Hemm xebh anke fil-kliem u jagћti testi paralleli interessanti (Num. 12,6-14;21,4-9; 22,32-35; 1 Sam 15,14-26; 2 Sam. 24,1-12): hi probabbli imma mhix obbligata. Wieћed wasal gћandna bћala salm ta’ Asaf u l-ieћor ta’ David; kull wieћed hu komplut fih innifsu.

    Simboli

    Simboli u ћsieb teoloġiku mhux biss huma marbutin ћaġa waћda imma jiffurmaw il-ћsieb ta’ bosta innijiet liturġiċi lhud f’kitbiet apokrifi u talb ta’ rћieb bћal dawk ta’ Qumran; kollha jagћmlu sintesi ta’ versi 23-25 ta’ S 51.

    Is-simbolu Amartjoloġiku (tal-ћtija) hu mfisser bi tlett kelmiet, awon, pesa, u hatta.

    Hatta jfisser ћruġ mit-triq it-tajba, id-dritta li twassal fil-post fejn trid tmur; gћalhekk toћroġ mit-triq jew taqla’ ’l barra, tgћawweġ, iz-zopp li ma jimxix dritt. Hi ksur tal-liġi, żball li bih wieћed jitbiegћed mill-komunitа f’rapport teoloġiku żbaljat, gћalhekk jimplika tonqos fl-imћabba u fil-veritа, tiżbalja l-mira. F’dan is-sens insibuh 34 darba fis-Salterju u 595 darba fil-Bibbja. Imћallfin 20, 16 jitkellem minn 700 Benjamita, ‘magћżulin, xellugin, u kull wieћed kellu l-ћila jwaddab ġebla bl-iżbandola gћal xagћra u ma jfallilux”. Prov 19,2: ”M’hix tajba l-ћeġġa mingћajr il-ћsieb; u min jimxi bl-gћaġla jitlef triqtu”.

    Ht hu terminu teoloġiku biex ifisser il-ћsieb teloġiku tad-dnub. Meta Alla permezz tal-profeta jwiddeb lil min hu ћati (ht) dan jistqarr, dnibt 30 darba fl-A.T., dnibna, 24 darba. Il-profeti jakkużaw il-poplu/ il-bniedem li qed jiġġerra ’l bogћod minn Alla/ ћuh.

    Awon li nsibuh 227 darba jfisser tgћawweġ xi ћaġa, ћadida, tgћaddi minn triq isserrep, triq kontra dik li kellek timxi fiha lejn il-mira tiegћek biex tasal fejn trid tmur. Hi ћtija akbar gћax m’intix fir-rieda ta’ Alla (Kohler); tgћid tajjeb, sabiћ dak li hu ћażin, ikreh. (Delitzsch). Gћalhekk il-konverżjoni hi ‘tiġi lura’, (sub), tibdel ir-rotta, li timplika deċiżjoni personali ta’ min jagћraf li tbiegћed minn Alla ‘telaq minn beltu’ (Lq 15, 13) u jerġa’ lura,’ qam u telaq gћal gћand missieru’ (Lq 15, 15.19.20).

    Pesa’ hu agћar gћax ifisser tqum kontra xi ћadd, (2 Sl 3, 4-5), ir-ribelljoni tat-‘Titan nanu’ (V. Hugo) kontra Alla (Eż 21, 8; Ġer. 3, 20; Is. 1, 20). Ifisser tkisser l-ordni li ћalaq Alla bix-Xema’, u shalom tinbidel f’disordni bћal Babel,’ nitla’ sa fuq qċaċet is-sћab, insir nixbah lil Alla l-Gћoli’ (Is. 14, 14), hu d-dnub ta’ Adam, ‘issiru bћal allat, li jafu t-tajjeb mill-ћażin’ (Ġen 3, 5). (Bћala verb jidher 41 darba u bћala nom 92 fl-A.T.).

    Mis-simbolu tad-dnub u l-ћtija joћroġ dak tat-tindif li gћandu żewġt uċuh: dak kummerċjali-nutarili u dak tal-ћassiela u ż-żebgћa. L-ewwel wieћed ‘mahah’ jfisser tћassar xi kitba (obliterare, Vulg.), qisu Alla jżomm xi ktieb fejn hemm miktuba dnubiet id-dinja u dawn jiġu mћassra, jintesew qishom qatt ma kienu. (Is. 43, 25; Eż. 17, 14) It-tieni verb hu ‘kasab’, taћsel li jeћodna fid-dinja tal-ћassiela ta’ ћwejjeġ u fidda, u ta’ dawk li jiżbgћu l-ћwejjeġ, sengћa famuża fl-orjent. Jekk xi qatra demm tas-sagrifiċċju taqa’ fuq l-ilbies, dawn jitnaddfu gћalihom u jkunu purifikati. (Lev. 6, 20-22) . Il-fidda titnaddaf bl-ilma u s-soder (Mik. 3, 2-3). U hekk jidћol il-verb ‘taher’ tnaddaf, tippurifika fis-sens spiritwali, ‘aћsilni u aktar mis-silġ nibjad’ (Is. vv 4.9).

    Meta oġġett jitnaddaf isir ileqq, toћroġ is-sbuћija ta’ qabel; din hi l-idea li jagћti l-verb thr. U din il-purifikazzjoni kien jeћtieġ issir wara l-ћlas (Lev 12,7), fil-mard tal-lebbra (Lev 13;14), fl-inġiesa tax-xahar (Lev 15; Dt 23, 11) meta tmiss jew titћallat ma’ annimali impuri (Lev 11, 32; 17, 15) tmiss mejtin (Lev 21, 1-4; Num 6, 6-9; Eż 22.24). Fil-każ tal-lebbra kien jimplika l-mewt ċivili, gћax il-marid kien jinqata’ mis-soċjetà ċivili u reliġjuża, kienet skomunika u meta jitnaddaf jikseb postu fis-soċjetà ċivili u reliġjuża. Hekk il-purifikazzjoni kienet interjuri u eżistenzjali bћal dik ċelebrata fis-salm 51 jew fil-profeti ta’ wara l-eżilju. (Ġer 13, 27; Eżek 24, 13; 36, 35.33.) u tiġi biss mingћand Alla li jaћfer u jrodd lura l-innoċenza. Dan is-salmista jitlob. v 12.

    Biex dan isir jidћlu żewġ simboli oћra, l-issopu u s-silġ. L-issopu, l-oreganu jew xi xitla li kienet itkber mal-ћitan tal-belt gћandha rabta mad-demm tal-ћaruf ta’ l-Gћid imraxxax fil-Patt (Es 24, 8). Meta lil Ġesщ offrewlu l-isponża bil-ћall, skond S. Ġw 19, 29 din kienet imwaћћla ma’ qasba ta’ l-issopu u l-ittra lil-Lhud 9, 19-22 tkompli taqra fis-sens Kristoloġiku d-demm imraxxax, id-demm tal-Patt.

    Is-silġ iqajjem il-ћsieb ta’ Is 1, 18, “mqar jekk dnubietkom ikunu ћomor bћall-iskarlatt isiru bojod bћas-silġ”. L-abitanti tal-Palestina kienu jћarsu lejn il-Ħermon miksija bis-silġ minn arthom maћruqa bix-xemx jew lejn ix-xitwa meta tinżel il-borra bћas-suf (S 147, 16). Dan kien simbolu ta’ purifikazzjoni (Num 8,7; 19,7) li tnaddaf il-ġisem lebbruż u troddlu s-safa tar-ruћ u tal-ġisem, l-indafa ta’ qabel u d-dћul fis-soċjetà. Hi purifikazzjoni ta’ v 15 ma’ dak 12, jew tal-midneb mitluf li jerġa’ lura u jikkonverti, jћalli l-ћajja ta’ qabel u jerġa’ gћallikien fid-dar ta’ Alla missieru. (Lq. 15, 32).

    Skond it-teorija tar-retribuzzjoni, id-dnub iћalli fil-bniedem ћjiel ta’ kundanna u kastig u billi l-antropoloġija biblika tћares lejn il-bniedem sћiћ, ġisem ћaj, mhux ġisem u ruћ, il-ћolqien ġdid jitlob is-simboliżmu tal-ġisem jew somatiku, antropomorfiku dak ta’ Alla u tal-bniedem. Hu żbaljat tgћid li S 51 hu talba ta’ marid. F’S 6 li hu talba ta’ marid jiddomina l-ġisem marid, imma S 51, li hu salm penitenzjali, jiddomina r-ruah, element deċisiv ta’ l-antropoloġija biblika u ta’ Alla ћallieq li jonfoћ nifs il-ћajja fil-bniedem u fl-annimal. Ir-ruah hi ta’ Alla u qegћda fil-bniedem u ssir ‘leb’ qalb ġdida, qalb tal-laћam mhux tal-ġebel. (Eżek 36, 26 ).

    Gћalhekk is-salvazzjoni u l-konverżjoni hi twelid ġdid v 7, hi ћruġ bћall-Eżodu (Eż 34, 10; Ġer. 31, 22) mill-ġuf tad-dnub biex wieћed jidћol fis-salvazzjoni. Hu twelid ġdid li jitlob li “bћal trabi tat-twelid, ixxenqu gћall-ћalib safi, il-ћalib tar-ruћ, biex bih tikbru gћas-salvazzjoni”, (1 Pt 2,2) u Pawlu, li jitkellem minn ћolqien ġdid, ћlejqa ġdida jikteb li, “gћandkom twarrbu l-ћajja tagћkom ta’ qabel u tinżgћu l-bniedem il-qadim…u li gћandkom tiġġeddu…u tilbsu l-bniedem il-ġdid maћluq skond Alla fil-ġustizzja u l-qdusija tassew. “ (Ef 4, 22-24; 2 Kor 5,17).

    Ħolqien ġdid hu ġisem imġedded gћodda ta’ tifћir lil Alla.’Gћadmi v.10, jew il-binja ta’ ġisem il-bniedem li jћossu ћieles mill-ћakma tad-dnub li gћammar fih u mir-rimors, u gћalhekk tferfira ta’ ferћ tiġri ma’ ġismu; il-grazzja ta’ Alla li tferrћu. Id-demm v 16 hu simbolu ta’ l-impuritа u tat-tiġdid, l-ilsien v 16 u xufftejja v 17, u fommi v 17, jgћannu bla jieqfu Halleluja, it-tifћir lil Alla li issa juri wiċċu li kien jixtieq jara imma kien moћbi mћabba d-dnub (Ġen. 3, 8-9) u issa sar mill-ġdid maћbub, ћżunitu tћassret. v 11.

    Is-simbolu tal-liturġija bil-kerigma profetika hi qabel kollox f’sens eżistenzjali: it-tiġdid tal-qalb aktar milli s-sagrifiċċju. Is-salmista ћabbar l-iskop kateketiku-kerigmatiku v 15, ‘ngћallem triqatek’ billi jxandar l-gћemejjel salvifiċi ta’ Alla bit-tifћir fil-ġemgћa tal-poplu li jkanta Halleluja. Erba’ xorta ta’ sagrifiċċji jissemmew fv 18, sagrifiċċji ritwali mhumiex biżżejjed, imma s-sagrifiċċju perfett ta’ ‘qalb maqsuma u sogћbiena’ v 19, sagrifiċċju skond il-liġi, v 21, fuq l-altar f’Ġerusalemm mibnija mill-ġdid wara l-eżilju, u l-olah, l-olokawst ta’ gћoġiela mitmuma gћal kollox v 21.

    Esiġeżi

    Savonarola, f’mument kruċjali f’ћajtu jgћid: “issa nћoss il-biża’ tad-dnub jiddisprani, imbagћad issaћћaћni t-tama fil-ћniena tiegћek. Imma billi l-ћniena tiegћek hi akbar minn dnubieti, ma nieqafx nittama.” It-Talmud isejjaћ lil Iżrael, "il-poplu tal-ћniena ta’ Alla”. F’S 51 jiltaqgћu l-ћniena ta’ Alla u l-indiema tal-bniedem, żwieġ li jiled il-maћfra sagramentali u l-bniedem il-ġdid.

    L-oskurità tad-dnub : delitt u maћfra (vv.3-11)

    Fil-qalba ta’ l-istqarrija tad-dnub hemm Alla li jagћti rivelazzjoni eċċezjonali tiegћu innifsu f’Eż.34, 6-7 :”Jaћweh, Jaћweh ! Alla li jagћder u jћenn; tqil biex jagћdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltа. Iћares it-tjieba gћal elf nisel u jaћfer il-ћażen, id-dnub u l-ћtija...” F’din l-invokazzjoni insibu żewġ realtajiet opposti, id-dnub u Alla; id-dnub li hu ribelljoni, ћażen profond, ћruġ mit-triq bћal nagћġa mitlufa (Is 53, 6) jew mill-imћabba ta’ l-alleanza, ksur tal-pjan ta’ Alla. Alla li jaћfer id-dejn, id-dnub, Alla li jfejjaq u jagћmel il-bniedem sћiћ, jaћsel, inaddaf u jippurifika b’mod li jagћti twelid ġdid. Kontra t-tlett definizzjonijiet tad-dnub hemm tlett attributi ta’ Alla, il-ћniena (hanan, karis, grazzja), il-fedeltа,(hesed, ġustizzja), u l-imћabba ta’ omm (rehem).

    “Ikollok ћniena” (hanan) hu l-verb li jitlob lis-sovran imil lejn il-fqir, Alla lejn il-midneb, l-imsejken. Alla mimli ћniena u mћabba jimla’ bil-grazzja lil min idur lejh, jgћollih mill-miżerja u jagћmlu iben, (xi ftit l-etimoloġija ta’ l-isem Ġwanni). Hu verb li nsibuh 78 darba, 30 fis-salterju li s-70 jittraduċi charis, grazzja. Il-ћniena kollha mћabba ta’ Alla tgћolli l-bniedem mill-miżerja kbira tiegћu ta’ dnub. Ma’ din tissieћeb il-hesed li nsibuh imżewweġ ma ‘emet, hesed w ‘emet, li hi l-gћajn tat-tiġdid u r-relazzjoni bejn Alla u l-bniedem. Insibu wkoll ‘rahamin’ li minn ‘rehem’, (vixxri), hi l-imћabba ta’ l-omm: “Naћfrilhom, gћad li xxewxu kontrija, minn qalbi nћobbhom” (Ħos.14,5). Il-ћniena u l-imћabba ta’ Alla huma l-gћajn tal-maћfra, tant li ћanin hu isem alternattiv ta’ Alla, it-tema ta’ l-Evanġelju ta’ Luqa u Pawlu jgћid “Alla gћani fil-ћniena” (Ef 2, 4).

    Vv 5-8. Wara li jsejjaћ it-tjubija ta’ Alla li ssalva, “Gћax jiena nagћrafhom ћtijieti”, jagћraf li hu midneb, li gћamel il-kontra ta’ dak li qallu Alla. L-istqarrija hi esperjenza ta’ fidi li tiftaћ il-qalb lejn Alla, S 32, 5, esperjenza umana ta’ libertа u responsabbiltà, esperjenza li biha l-midneb jifhem li kisirha ma’ Alla u mal-komunità. Didakè – kitba li tmur lura gћal żmien l-appostli – tirrikmanda l-qrar qabel is-sehem fl-ewkaristija. Meta wieћed jistqarr dnubietu, Alla jidћol fir-ruћ imkissra u jerġa’ jibniha.

    V 5b, id-dnub hu bћal pjaga li ma tfieqx, hu bћal assedju, ‘id-dnub bћal xitan jissajja wara biebek’. (Ġen 4, 7). Mela l-agћar ћażen u gћadu tiegћek mhix xi marda jew xi kalunnja, imma d-dnub li jherrik minn ġewwa, gћax iqum, jimxi u jorqod miegћek.

    “Kontrik biss jiena dnibt” v 6. Fil-Bibbja d-dnub hu dejjem kontra Alla, jew gћemil teoloġiku, mhux xi gћamil personali imma kontra Alla. U s-salmista juri sensibbiltà morali u psikoloġika kbira. Jekk semmejna tlett kwalità ta’ dnub, awon, pesa, hatt, ir-raba’ hi, ’dak li hu ћażin f’gћajnejk gћamilt’, frażi dewteronomika. Il-bniedem hu l-uniku li jazzarda jeћodha kontra Alla u jeћodha kontra l-patt ta’ mћabba li jorbtu ma’ Alla. Gћalhekk f’Ħos 2, u Eżek 16 id-dnub hu adulterju, jikser patt ta’ mћabba. Ankи d-dnub kontra l-proxxmu hu dnub kontra Alla gћax Alla hu il-go’el, li jћares il-fqir. Pawlu jikteb, ”Meta intom tidinbu b’dan il-mod kontra ћukom u tfieru l-kuxjenza dgћajfa tagћhom, kontra Kristu tkunu tidinbu” (1Kor 8, 12). Is-salm jorbot teoloġija u morali, drittijiet ta’ Alla u tal-bniedem b’mod li kull dnub hu ‘ћażin f’gћajnejn Alla’.

    V 6cd “Hekk jingћaraf is-sewwa…” qajjem dibattitu sћiћ mћabba konsegwenzi teoloġiċi. Is-sedeq, il-ћaqq ta’ Alla hi fl-istess ћin l-istess persuna ta’ Alla u tfisser salvazzjoni u mћabba v 16. Alla hu ‘innoċenti’ meta jagћti s-sentenza, gћandu raġun fil-ġudizzju, madankollu l-midneb waqt li jagћraf l-innoċenza ta’ Alla jappella gћall-ћaqq . “Mhux il-ġustizzja ta’ l-imћallef, imma l-innoċenza ta’ Alla hi dikjarata; is-salmista ma jappellax gћall-ћaqq li jikkundanna l-ћati, imma gћall-ћniena li taћfer il-midneb”, jgћid Schoekel. Il-midneb jaf li ћaqqu l-kastig, imma jaf ukoll li Alla hu innoċenti u ġust u quddiem qalb niedma hu salvatur.

    Pawlu f’Rum 1-3 jitkellem mill-ћaqq li jsir lil-lhud li ma emmnux u l-pagani u jikteb, “X’jimporta jekk xi wћud minnhom ma emmnux? Jaqaw l-infedeltа tagћhom sa ġġib fix-xejn il-fedeltа ta’ Alla? Ma jkun qatt ! Ħa jkun jaf kulћadd li Alla hu sinċier u kull bniedem giddieb. Hekk hemm miktub: “Sabiex int tkun ġustifikat fi kliemek, u tirbaћ meta tkun iġġudikat”. (3, 3-4). Alla jżomm kelmtu mqar quddiem id-dnub. Din hi wkoll l-interpretazzjoni tal-Padres u t-Targum ta’ S 51 jgћid “ Int tnaddafni meta tkun tkellimt, tippurifikani meta tkun iġġudikajtni”. Anzi Pawlu mill-konfront bejn Alla u l-bniedem joћroġ il-fedeltа-veraċità-innoċenza ta’ Alla, u l-infedeltà tal-midneb.

    V 7. "Ara jiena ssawwart…” Hi t-tieni stqarrija, hi radikali, eżistenza midinba: hi konvinzjoni kostanti biblika ibda minn Ġen. 2-3. “Qalb il-bniedem miġbuda gћall-ћażen sa minn ċkunitu" (Ġen 8, 21). "Kif jista’ jkun safi l-imwieled minn mara? Jistaqsi Ġob 25, 4. Salm 51 iwieġeb b’innu ta’ tifћir u Rum 7,24 “Niżżi ћajr lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu Sidna!"

    Il-konċepiment/ twelid li hi l-eżistenza sћiћa kollha kemm hi markata mid-dnub tal-bniedem, hi l-gћeruq eżistenzjali midinba, “id-dnub bћal xitan jissajja wara biebek” (Ġen. 4, 7). Din l-istqarrija profonda tad-dnub tinġieb mhux biss bћala raġuni li tnaqqas il-ћtija imma wkoll biex il-grazzja tinżel fuq il-bniedem bћala gћajn ta’ barka li tpatti gћas-saћta. (Ġen. 3, 17; 4, 11).

    V 8 jikkonkludi l-istqarrija bl-istennija ta’ Alla, ċelebrazzjoni ta’ l-innoċenza ta’ Alla li gћalhekk il-bniedem m’gћandux mniex jibza’ imma kollox jittama. Dak li Alla jistenna u jixtieq hi deċiżjoni ћierġa minn qalb umli li jimlieha bl-gћerf wara li tkun tnaddfet mid-dnub. Din il-bidla ta’ “qalb il-bniedem kollha qerq u mћassra. Min jifhimha?”. (Ġer. 17, 9) tidher impossibbli imma Eżek 36, 26, jitttama li tidћol “qalb tal-laћam flok il-qalb tal-ġebel”. L-istqarrija li tiftaћ bil-verb ‘tagћraf’ tal-midneb li jagћraf ћtijietu, tagћlaq b’Alla li ‘jagћraf’ u joffri lill-bniedem sinċier u niedem l-gћerf li hu l-gћajn tal-ћajja u l-qdusija.

    Vv 9-11 huma sejћa oћra gћall-purifikazzjoni bћal vv 3-4, b’verbi li jfissru ћasil, puritа u tћassir tal-ћtija, b’v 10 jћabbar it-tieni parti tas-salm. Il-maћfra ta’ Alla tbiegћed mill-imgћoddi u d-dnub. It-traxxix bl-isoppu ifakkar fid-demm tal-ћaruf (Eż 12, 22) u fil-Patt tas-Sinaj (Eż 24, 8) gћax “bla tixrid ta’ demm mhemmx maћfra” (Lh 9, 22); il-bniedem jiġġedded u jsir abjad bћas-silġ. (Is 1,19 ) Il-wiċċ hu sinjal ta’ presenza li timlieh ferћ u hena gћax Alla jobgћod id-dnub imma jћobb il-midneb, l-aktar meta dan jerġa’ lura niedem. V 11 u 13 huma kontra xulxin: mhux li kien Alla ma jћarisx lejn dnubieti, mhux li kien idaћћal il-midneb niedem fil-presenza tiegћu.

    V. 10. Twarrad fil-fond tal-bniedem il-hena li thejji l-ћlejqa l-ġdida: “Taraw u tifraћ qalbkom u gћadamkom bћal ћaxix iћaddar.” (Is 66,14). Isaija juża ‘taraw’, S 51 ‘tisma’ ’ l-oraklu tal-maћfra, Il-ferћ u l-hena huma frott ir-rikonċiljazzjoni; issa jista’ jerġa’ lura fit-tempju, f’dar il-Missier, maћfur (Lq 15, 18). Dan il-hena jћossu fl-gћadam – il-persuna sћiћa- mhux ta’ xi marid, imma tal-bniedem li qed iћoss ћlejqa ġdida titwieled fih v 12; ġisem u ruћ li kienu mkissrin bid-dnub, jieћdu ћajja ġdida.

  3. Id-dawl tal-Grazzja (12-19)

V 12-19. “Oћloq…ġedded”. Hu ћolqien ġdid tassew, “kien mejjet u qam, kien mitluf u nstab” Lq 15, 24.32). Dan jixhed gћat-teoloġija ta’ wara l-eżilju - ћolqien ġdid, qalb u spirtu - ћidma ta’ l-ispirtu ta’ Alla. Sawl jilqa’ dan l-ispirtu wara d-dilka biż-żejt. (1Sam 10, 9-10). Hi l-alleanza l-ġdida mћabbra minn Ġeremija 24.7.’ qalb li tagћrafni’ u Eżekjel, 36, 26, ‘qalb ġdida u ruћ ġdida’ . Meta l-bniedem jirrikonċilja ruћu ma’ Alla, dak ikun iż-żmien definittiv u eskatoloġiku. “Ħudu l-Ispirtu s-Santu” (Ġw 20, 22-23), dan li kien imћabbar, seћћ fil-Qawmien ta’ Ġesщ, bћalma ‘l-ispirtu jittajjar fuq l-ilmijiet’ Ġen 1, 2, kien il-bidu tal-ћolqien.

Fil-Ġudajiżmu, il-festa ta’ Ros-ha-xanah tiftaћ bid-daqq tax-xofar (qarn) u wara jiġi l-Jom Kippur, ћolqien, spirtu ġdid, ġudizzju u maћfra, skont ma jingћad, “Penitenza, umiltа u sawm minn Ros-ha-xanah sal-Kippur u jien naћfrilkom”.

L-ispirtu ta’ Alla jsir gћalhekk dik il-qawwa interjuri li ssostni l-eżistenza l-ġdida u tagћti lill-bniedem spirtu ġdid ubbidjenti lejn l-alleanza ma’ Alla. Tibda hawnhekk epiklesi, talba lill-Ispirtu biex jinżel, maqsuma fi tlieta, tlett sejћat.

1. V 12 Spirtu qawwi jidher maġenb qalb safja: Alla ġedded il-qalb biex iqawwiha u b‘kuxjenza safja u rieda soda tћares it-Torah (SS 108, 2; 119, 5.12). Il-bniedem hu dgћajjef lest gћall-kompromessi, hu instabbli; bil-qawwa ta’ l-Ispirtu qawwi ta’ Alla ma jiksirx il-kelma li ta lil Alla fl-alleanza.

2. Spirtu qaddis: Is 63, 10 “Iżda huma ћaduha kontrieh. Nikktu l-ispirtu qaddis tiegћu, u sar gћadu gћalihom u tqabad kontriehom”. Bl-Ispirtu qaddis is-salmista jittama li jerġa’ lura gћall-fedeltа tal-poplu fiż-żmien meta kien immexxi minn idu minn Mosč kariżmatiku. Qaddis jissopponi dik id-dilka ta’ l-ispirtu li biha jsir qaddis, maqtugћ mill-bqija tal-midinbin u mdaћћal fix-xirka ta’ Alla, l-aktar fil-qima tat-tempju.

Spirtu u wiċċ imorru flimkien, jibża’ li jkun imwarrab minn Alla: jekk Alla jwarrbna, jekk iwarrab wiċċu minna, jekk ix-Xekina’ titbiegћed minna, nispiċċaw fix-xejn. (S 81, 13; 102, 11). Id-dnub jaqtgћu minn Alla, mill-qima fit-tempju jsir bla ћajja. (Ġen 2, 7; 7, 22). Issa li reġa’ lura jinћoloq djalogu ma’ Alla li hu grazzja u tweġiba tal-bniedem li hi gratwitа ta’ Alla fdata f’idejh u li mgћandux jitlef kif gћamel Kajin, Ġen 4, 4),Sawl (1Sam 28, 16), Iżrael (2Sl 17) Ġuda (2Sl 24, 20). F’Eżekjel 11, 22-25 meta l-glorja ta’ Alla warrbet minn Sijon, it-tempju ta’ Ġerusalemm spiċċa fix-xejn.

3. V 14. “Spirtu ta’ ġenerożitŕ jew ubbidjenza hu bћal dimamiżmu ġdid intern li bla ebda imbuttatura minn barra jasal biex jagћmel mhux gћemejjel żgћar imma kbar . (A. Schoekel). ‘Wettaqni’ bћallikieku l-ispirtu kien is-sinsla tal-ћajja spiritwali; hi l-alleanza l-ġdida li jitkellmu fuqha Ġeremija u Eżekjel. Spirtu tajjeb hu bћal anġlu li jmexxi l-konvertit fit-triq id-dritta. (S 143, 10) Hekk ikollu dik l-hena mixtieqa ta’ v 10. Ir-ruah iqawwi l-qalb (leb) fejn il-bniedem jilqa’ l-Ispirtu ta’ Alla.

Vv 15-19. Min daq l-imћabba kollha ћniena ta’ Alla isir evanġelizzatur fost il-midinbin, isir missjunarju u ketekista, l-esperjenza li ġarrab issir gћerf miksub fil-maћfra v 8 u min sab it-triq jgћallimha lil min tilifha. Dawn huma żewġ xorta ta’ dnubiet ћtija u titlef it-triq li semmejna. Ilsien, xofftejn u fomm ixandru t-tifћir tal-konvertit lil Alla li hu Alla li jsalva u mhux li jikkastiga v 16b. Pawlu l-konvertit li sar appostlu hu l-isbaћ eżempju. Gћax Alla jqanqal fih it-tifћir ta’ qalb miftuћa biex waqt li xxandar is-salvazzjoni, tistieden gћall-konverżjoni; tema frekwenti ta’ Is 57, 19; 61, 11.

V 16, “Eћlisni ‘middamim’” (mid-demm) is-salmista jitlob li jkun meћlus mill-kastig li ћaqqu d-dnub skont it-teorija tar-retribuzzjoni, qabel ma jiftaћ fommu biex ifaћћar lil Alla gћaliex bћala midneb, maqtugћ mill-ġemgћa u mkeċċi mit-tempju, ma jistax jiftaћ fommu u jxandar is-salvazzjoni. Il-ћelsien mid-dnub hu ћelsien mill-mewt ontika. (Ġen,2,17). “Min ifaћћrek f’art il-mejtin? Fix-xe’ol? (SS 6, 6; 88, 11-13; Is 38, 18. It-tieni xewqa missjunarja u kerigmatika ta’ vv 15-17 tinsab f’vv 18-19: dak li jogћġob lil Alla hu s-sagrifiċċju veru tal-qalb u tal-ћajja, li wieћed “iżżomm idu ’il bogћod mill-ћażin, jagћżel dak li jogћġob lilu, u jżomm sћiћ fil-patt.”(Is 56, 2.4). Is-sagrifiċċju mhux ћiereġ minn qalb niedma hu farsa u maġija gћall-profeta, imqar jekk ikun olah olokawst, vittmi tal-ћruq. Xi wћud jgћidu li billi dak iż-żmien ma kienx hemm it-tempju, Alla ma obbligax li jsir sagrifiċċju imma biss qalb niedma u sogћbiena. It-tradizzjoni biblika hi ‘xamm ir-riћa ћelwa u gћoġbitu’ Ġen 8, 21 u Pawlu jitkellem minn ‘offru ġisimkom b’sagrifiċju ћaj u qaddis,…il-qima spiritwali tagћkom’. (Rum 12, 1).

Konklużjoni (vv.20-21)

Diġa’ Teodoretu ta’ ~iru ћaseb li huma żjieda; kien wara l-eżilju li jbiddlu salm ta’ bniedem individwali f’wieћed nazzjonali. Dan l-aћћar fl-1963, Emmanuel, kittieb lhudi, kiteb li huma żjieda wara l-eżilju fejn salm li jfisser l-gћali ta’ bniedem wieћed jikseb tifsira aktar wiesa’ ta’ poplu jitlob lil Alla jaћfer il-ћtija biex jista’ mill-ġdid imexxi l-bnedmin kollha fit-triq tal-qdusija. Hekk ukoll taћseb il-linja rabbina ta’ Ibn Ezra.

G.F.Ravasi jћoss li vv 20-21 huma t-twettiq tal-kelma ta’ Alla f’kuntest ġdid b’mistoqsijiet ġodda. Iżrael, wara li “ћadet darbtejn gћal dnubietha kollha,” (Is.40,2), terġa’ lura biex tibni t-Tempju u l-belt qaddisa, Sijon fi żmien Neћemija. (2Neћ, 17-20). Jekk fl-eżilju setgћet biss toffri sagrifiċċju ta’ dmugћ, S 137, issa fit-Tempju mibni mill-ġdid setgћet toffri sagrifiċċju ta’ qalb niedma u mnaddfa mill-provi iebsa tal-jasar.

Dak li jeћodha kontra s-salmista mhux xi gћadu jew persekutur kien min kien, mhux xi midneb bћal f’SS 6,8.11;38,12-13,le, mhu ћadd ћlief id-dnub, l-gћadu kiefer tal-bniedem. Is-sens tad-dnub fis-salm hu kbir daqskemm kbira hi l-kuxjenza li r-rikonċiljazzjoni hi rigal ta’ Alla u mhix fil-possibbiltà tal-bniedem. Id-dlam tal-prova jinbidel fi stqarrija tad-dnub, it-talba gћall-gћajnuna ssir talba ta’ maћfra, ix-xewqa li jeћles mill-gћadu tinbidel f’talba li jitћassar id-dnub u li jerġa’ lura gћall-grazzja, il-wegћda li joffri sagrifiċċju fit-Tempju, ssir impenn ta’ evanġelizzazzjoni kerigmatika.

Biss meta wieћed jifhem il-kobor tal-ћniena ta’ Alla jasal biex iћoss il-kruha u l-ћażen tad-dnub. Meta wieћed ikollu dan is-sens ta’ dnub, ma jistax ma jifhimx il-ferћ u l-hena tal-bniedem maћfur. It-triq il-perfetta u deċisiva biex wieћed jagћraf x’inhu d-dnub tinsab filli wieћed jagћraf l-imћabba ta’ Alla li jsalvana f’Ibnu li sar wieћed minna u ћuna, u gћadda ’l hemm mill-fruntieri li ћadd ma seta’ jaqsam tal-firda tagћna mill-Missier, dawk tat-tbatija u l-mewt: “Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla gћamlu dnub gћalina sabiex aћna nsiru fih ġustizzja ta’ Alla”. (2 Kor 5, 21).

Ġwanni Pawlu II fl-Enċiklika ‘Gћani fil-ћniena’ jikteb: “ Permezz tas-salib Alla jitbaxxa u jiċċekken gћall-bniedem u gћal dak li l-bniedem – l-aktar fi żminijiet iebsin u mwegћra ta’ llum – isejjaћ ix-xorti ћażina tiegћu. Is-Salib qisu jmiss b’imћabba ta’ dejjem kollha ћlewwa l-ġergћat kiefra tal-bniedem fuq l-art; hu t-tmiem sa l-aћћar tal-missjoni tal-Messija li Kristu ћabbar fis-sinagoga ta’ Nażaret”. (Lq 4, 18-19). (8) “Gћax Alla hekk ћabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waћdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ћajja ta’ dejjem” (Ġw 3, 16). U tabilћaqq Alla mhux biss jaћfer u jinsa’ d-dnub imma jћabbeb u jagћti mill-ġdid il-milja tal-grazzja li tqaddes.

Dan it-trijonf ta’ l-imћabba hu l-Gћid tal-Qawmien ta’ Kristu li jћabbar iż-żmien eskatoloġiku meta “Alla jkun kollox f’kulћadd" (1Kor 15, 28), dinja rikonċiljata fi Kristu.

Nota dwar l-offerta tas-sagrifiċċji li jogћġbu lil Alla

F’v 21 is-sistema sagrifikali tgћaddi minn ‘sagrifiċċji legali’, awtentiċi u uffiċjali gћas-sagrifiċċju l-kbir tal-ћruq jew olokawst. F’dan il-kwadru S 51 jinbidel fliturġija penitenzjali li ż-żmien ta’ wara l-eżilju ћallielna b’wirt. Ser nagћmlu ġirja ma’ l-istorja ta’ Iżrael minn qabel l-eżilju biex nistudjaw dan ir-rit ta’ penitenza.

Is-sens ta’ dnub jakkumpanja l-istorja kollha ta’ Iżrael kif jixhed l-Antik testment. Wara l-ewwel dnub ta’ l-ewwel ġenituri (Ġen. 3,6), jitwessa ċ-ċirku u Kajin joqtol lil Abel (Ġen. 4,8) wara li Alla wissieh, u l-ћażen issokta jikber fuq l-art (6, 5-7) u dan kien imnaddaf mill-ilma tad-dilluvju (Ġen. 7,12). Babel kien u jibqa’ xhieda ta’ ћażen il-bniedem gћal tul l-istorja ta’ Iżrael u tal-poplu salvat sa l-Apokalissi.

Abraham jinterċedi ma’ Alla gћal Sodoma u Gomorra: “U int se teqred it-tajjeb mal-ћażin?" (Ġen. 18, 23). Mosè ukoll jinterċedi gћall-poplu fid-dnub (Eż 32, 30) il-kbir tiegћu meta ċaћad lil Alla li ћarġu mill-jasar u gћamel gћalih gћoġol tad-deheb u qiemu. “Mosи mbagћad talab bil-ћniena quddiem il-Mulej, Alla tiegћu u qal: “Gћaliex, Mulej, tixgћel bil-korla tiegћek gћall-poplu tiegћek, li int, b’ћila kbira u b’id qawwija, ћriġtu mill-art ta’ l-Eġittu?...”(Eż 32, 11).

Fil-ktieb ta’ Gożwč 7, 7-9, quddiem it-telfa li l-Iżraelin ġarrbu quddiem il-belt ta’ Gћaj u l-interdett li waqgћu fih meta dinbu v 1, “Gożwè ċarrat ћwejġu u nxteћet wiċċu fl-art quddiem l-arka tal-Mulej sa filgћaxija hu u x-xjuћ ta’ Iżrael, u xeћtu l-irmied fuq rashom. U Gożwè qal:"Ah! Sidi Mulej, gћaliex ġiegћalt lil dan il-poplu jaqsam il-Ġordan biex titlaqna f’idejn l-Amurrin biex jerqirduna?...mbagћad x’tagћmel int gall-kobor ta’ ismek?”.

F’Misfà Benjamin (Imћ. 21, 1-4) bћala poplu, bla interċessur, jibki xortih ћażina mhedded bil-qerda, “L-gћada l-poplu bakkar, u bnew artal, u offrew sagrifiċċji tal-ћruq u sagrifiċċji tas-sliem”. F’Misfa Samwel jippresjedi liturġija penitenzjali tal-poplu ‘u sar imћallef fuq Iżrael’ (1Sam 7, 6), “Imlew l-ilma u sawwbuh quddiem il-Mulej; u dak inhar samu u qalu: Dnibna quddiem il-Mulej”. L-ilma mraxxax hu simbolu ta’ purifikazzjoni u twelid ġdid. (ara S 51, 6).F’Hosegћa nsibu ћjiel ta’ żewġ riti penitenzjali, 6, 1-2 u 14, 3-4. Ankè Ġer. 3, 1-4 u aktar 3, 23-25 waqt li kap 3 gћandu l-konverżjoni bћala ċavetta ta’ interpretazzjoni.

Eżekjel 20 jieћu l-kredu storiku ta’ Iżrael (Dt 26, 5-9 u Ġż. 24, 1-3) mill-punt ta’ viżta tad-dnub tal-poplu bћala tweġiba gћall-gћemejjel ta’ Alla; hu anti-kredu li l-profeta jqiegћed quddiem il-poplu, “Hemm tiftakru fl-imġieba tagћkom u fl-gћemejjel kollha li bihom tniġġistu u tiddardru bikom infuskom, minћabba l-ћażen kollu tagћkom. V 43.

Imma fuq kollox fl-eżilju, it-traġedja ta’ Iżrael, it-talb gћall-maћfra jieћu xejra eċċezzjonali. It-tielet Isaija joffri żewġ salmi penitenzjali, aktarx li nqew bihom waral-eżilju, l-ewwel 59, 9-15, “Gћax dnubietna kotru quddiemek; u ћtijietna jixhdu kontrina. Gћax dnubietna magћna u ћżunijietna nafuhom." Fit-tieni salm (63, 7- 64, 11), jidher kemm hemm rabta mal-kredu storiku ta’ Iżrael, “Irrid infakkar il-grazzji tal-Mulej...” Imma gћal dawn l-gћamejjel ta’ missier, il-poplu jwieġeb b’sensiela ta’ atti ribellużi, “nikktu l-ispirtu qaddis tiegћu” v 10 u Alla jsir gћadu tagћhom. Imma ankи din l-imġieba ta’ Alla mal-poplu midneb hi tattika ta’ Alla missier li jћobb. (63, 15-64, 4). Tћoss il-qalb ta’ l-itturrufnati tћabbat b’indiema huma u jerġgћu lura u jaraw il-belt imqaddsa ћerba, u Sijon xagћra, kollox maћruq bin-nar u jitolbu, “Mulej, se tibqa’ sieket u tgћakkisna sa l-aћћar?” 64, 11.

Huma l-kotba tal-bini mill-ġdid ta’ Sijon – Esdra u Neћemija – li jagћtuna suppliki komunitarji mill-aqwa. Esdra 9 fil-kuntest ta’ żwiġijiet imћallta ta’ kbarat u poplu ma’ barranin, jew nies l-art, li hu jћoll bla ћniena ta’ xejn, iqiegћed lil Iżrael quddiem id-dnub tiegћu. “Kif smajt dal-kliem, ċarratt ћwejġi u l-mantar tiegћi, qattajt xagћri u l-leћja tiegћi, u qagћadt bilqegћda nkwetat ћafna…inżilt gћarkubbtejja u ftaћt idejja lejn il-Mulej Alla tiegћi u gћedt: Alla tiegћi, jien inћossni nistћi…dnubietna tant kotru…ћtijietna gћolew m’ogћla s-smewwiet..” Hi stqarrija ta’ dnubiet u ta’ fidi f’Alla li ġieb ruћu b’ġustizzja ma’ poplu midneb u wera ћniena kbira li ћelsu mill-jasar. Iż-żwiġijiet imћallta, simbolu ta’ impurità dewteronomika, jinћallu u kulћadd jimpenja ruћu biex iћares il-liġi mћeġġeġ kif kien gћat-tisfija u l-ћarsien tal-fedeltа lejn il-Patt.

Neћemija 1,4, persunaġġ ieћor tal-bini mill-ġdid tat-Tempju u tal-poplu ta’ Iżrael jitlob: “O Mulej int Alla kbir u tal-biża’, int iżżomm il-patt u turi ћniena ma’ dawk li jћobbuk u jћarsu l-preċetti tiegћek. Nistqarr id-dnubiet li gћamlu wlied Iżrael kontrik; jien ukoll u dar missieri dnibna" . Fil-kuntest ta’ ċerimonja publika, Neћemija l-qassis jara l-indiema bћal qawwa li tinfed il-qalb tal-poplu miġbur quddiem Alla bl-istorja ta’ infedeltа tiegћu, bir-ribelljoni tiegћu u bћal mewġa wara l-oћra jidhru dnub, grazzja, indiema, konverżjoni, u maћfra. Il-ћniena ta’ Alla hi bla tarf: “Int kont ġust f’dak kollu li ġie fuqna, gћax int żammejt kelmtek, waqt li aћna gћamilna dak li hu ћażin." 9.33.

Danjel hu test apokalittiku fl-isfond tar-rivoluzzjoni tal-Makkabin bejn 167-164 Q.K. li joffri talba penitenzjali ta’ Gћażarija fil-forn, (3, 26-45), wieћed mill-objetturi tal-kuxjenza jagћraf id-dnub tal-poplu u r-reponsabbiltа kollettiva: “Gћax dnibna u gћamilna ћażin meta tlaqna lilek; dnibna wisq, ma smajniex mil-liġi u l-kmandamenti tiegћek...” v 29. Jappella biex Alla ma jwarrabx il-ћniena tiegћu minћabba f’Abraham, il-maћbub, Iżakk il-qaddej u Iżrael, il-qaddis, li kisbu l-wegћdiet. vv 35-36. F’Danjel 9 insibu talba oћra qawwija u kbira gћall-maћfra skont il-formula tas-soltu: “ Gћajb gћal wiċċna...li dnibna kontrik. Mingћand Alla Sidna l-ћniena u l-maћfra, gћax qomna kontrih…Dan l-gћawġ waqa’ fuqna, kif inhu miktub fil-liġi ta’ Mosи” 8.13. Danjel jappella lil Alla biex “iraġġa’ lura l-korla minn fuq Ġerusalemm, il-belt tiegћek, il-muntanja qaddisa tiegћek…mhux gћax aћna tajbin, imma gћax inti kbir fil-ћniena” 18.

Baruk ukoll jagћtina talba twila tal-poplu niedem gћall-ћelsien li setgћet kienet użata f’Jom Kippur: “biex tagћmlu l-istqarrija tagћkom fid-dar tal-Mulej f’jum ta’ festa u fil-ġranet tal-laqgћat solenni” 1, 14. “Il-ġustizzja hi min-naћa tal-Mulej...min-naћa tagћna aћna gћandna l-gћajb ma’ wiċċna..Gћax dnibna..ma tajniex widen… biex inġibu ruћna skond il-kmandamenti li tana, ma smajniex minnu.” 17.18.

Fil-ktieb ta’ Ester k.4, Mordekaj u Ester jagћmlu talba gћall-poplu mhedded bil-mewt u jsejjћu l-ћniena ta’ Alla waqt li jfakkru l-kredu storiku ta’ Iżrael: benefiċċji ta’ Alla – dnub – kastig - talba gћall-ћelsien. Ester titlob: “Sa minn ċkuniti, fi ћdan il-familja ta’ missirijieti, jien kont nisma’ li int, Mulej gћażilt lil Iżrael… Aћna dnibna quddiemek, u int tlaqtna f’idejn l-gћedewwa…Ftakar fina…eћlisna bil-qawwa ta’ jdejk…isma’ l-gћajta ta’ dawk li qatgћu jieshom u eћlisna minn idejn il-ћżiena. “ U Alla sieket, ’il bogћod, imnikket minћabba fid-dnub tal-bniedem, jagћti widen u jsalva. Iżrael iduq il-ġustizzja u l-imћabba ta’ Alla, iduq mhux biss il-morr, il-prezz tad-dnub, imma wkoll it-tama li Alla, missier ћanin inissel f’uliedu.

 

Dun Ġorġ Mangion, 20 ta’ Jannar 2009.

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1