Salm 50
Fidi u Reliġjon
Meditazzjoni profetika fuq il-Kult
“L-ebda gћanja klassika griega jew latina qatt ma laћqet il-gћoli ta’dak is-salm li jibda ‘Tkellem JHWH, Alla fuq l-allat’; imur ’il bogћod minn kull immaġinazzjoni tal-bniedem”. Fenelon tkellem dwar S 50 li gћandu bћala tema t-teoloġija profetika li l-kult mingћajr il-qalb safja ta’ min qed joffri hu farsa u maġija. Samwel quddiem l-arroganza tal-poter (Sawl) ma jibżax iwieġeb: “Jaqaw il-Mulej jogћġbuh il-vittmi tal-ћruq u s-sagrifiċċji aktar mis-smigћ tal-kelma tal-Mulej? Ara l-ubbidjenza aqwa mis-sagrifiċċji, is-smigћ aћjar mix-xaћam tal-muntun” (1 Sam 15, 22).
Dan il-ћsieb ta’ ċaћda djalettika u negattiva tal-kult narawh matul il-profezija tas-seklu 8. “Gћaliex jiena tjieba rrid mhux sagrifiċċju; li tagћrfu lil Alla rrid , u mhux vittmi maћruqa” (Ħos 6, 6). Mikea jgћid, “Il-Mulej se jogћġbuh l-eluf ta’ mtaten, u l-gћaxriet ta’ eluf ta’ widien ta’ żejt? …li tagћmel dak li hu ġust, li tћobb u tkun ћanin, u li tkun umli fl-imġiba tiegћek ma’ Alla tiegћek” (6, 7-8). Isaija f’kap 1 jitkellem fuq dak li S 50 jgћallem b’mod liturġiku.“Isaija jgћid fit-triq dak li S 50 jgћid fit-tempju” (Maiillot).
L-istess jgћidu l-profeti ta’ wara l-eż
ilju, Isaija 58, 6-7 "Jaqaw mhux dan is-sawm li jiena rrid, jiġifieri tћoll l-irbit tal-ћażen u tqaċċat ix-xkiel tal-madmad, li tibgћat ћielsa lill-maћqurin, u tkisser kull madmad? M’hux li taqsam ћobżok ma’ min hu bil-ġuћ, u ddaћћal f’darek lill-imsejken bla saqaf?” Ġuditta 16, 16, “Ftit jiswa’ s-sagrifiċċju jfuћ quddiemek; u ftit li xejn hu x-xaћam tal-vittmi maћruqa; imma kbir hu gћal dejjem min jibża’ mill-Mulej.” Il-letteratura sapjenzjali mhix differenti: “Il-Mulej jistkerrah is-sagrifiċċji tal-ћżiena, imma jitgћaxxaq bit-talb tat-tajbin” Prov 15, 8. (Ara Sir 34, 18-35).S.Wistin, meta jikkummenta fuq dan is-salm jikteb: “Jekk nidћol fija nnifsi, hemm insib x’gћandi noffri…il-kuxjenza tkun l-altar. M’gћandix gћalfejn immur nixtri dak li gћandi noffri gћax dan diġа
tajtuli". Ankè statista Iżraelit, Abba Eban fehem l-ideoloġija profetika meta qal: “Dak li Alla jitlob hu fl-ordni morali mhux fil-kult, hi t-tjieba tal-bniedem li twettaq ir-rieda ta’ Alla. Alla jћobb l-‘ewkaristija totali’ meta l-bniedem joffri ġismu, l-eżistenza tiegћu. “Nitlobkom, ћuti,… offru ġisimkom b’sagrifiċċju ћaj, qaddis, jogћġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali” (Rum 12,1). Fit-teoloġija dewteronomika l-preċetti ma jitolbux gћarfien intellettwali u rabta superfiċjali; jeћtieġ li jinżlu fir-rieda u fl-gћemil, “Żommhom f’qalbek.., torbothom ma’ idejk…" (Dt 6, 6-7).Kif tagћraf il-fidi vera mir-reliġjoż
ità ta’ barra u tat-tradizzjoni? Il-fidi hi gratwità, mogћtija b’xejn, don ta’ Alla. Salm 50 jiċћad b’mod ironiku l-idea popolari ta’ min jaћseb li se joffri lil Alla xi ћaġa li jeћtieġ. Il-popli pagani ta’ madwar kienu jaћsbu dan. Hu l-bniedem li jeћtieġ lil Alla biex jeżisti ‘sejjaћli u jien neћilsek’ v 15. C.G. Montefiore, lhudi magћruf, jgћid: “Il-grazzja tal-gћażla fl-istorja tal-Ġudajiżmu, kienet fil-qerda tat-Tempju li ġiebet magћha t-tmiem ta’ l-offerti tas-sagrifiċċji ta’ l-annimali. B’din id-desagralizzazzjoni gћarafna l-qdusija ta’ Alla salvatur”.Imma fit-tieni post wieћed jifhem li t-tweġiba waћdanija li Alla jistenna mill-bniedem hu ‘s-sagrifiċċju ta’ tifћir’, v 14, ċeleb
razzjoni safja tal-maestà ta’ Alla, nieqsa minn kull manipolazzjoni, imma impenn ta’ rabta, libertà ferћ u ћajja. Il-kult hu mitlub imma dan jitwieled minn qalb safja, mill-imћabba li tagћti u tingћata, li mhix interessata.Dimensjoni letterarja.
Salm
50 hu l-ewwel mill-ġabra ta’ salmi ta’ Asaf, salm qawwi u fih JHWH jidћol f’polemika mal-poplu. Hu diffiċli nkunu nafu x’rabta hemm bejn il-kap tal-kor fl-epoka ta’ David (1 Kr 16,7; 25, 1-2; 2 Kr 29,30), u l-iskola li żammet tul il-monarkija (2 Kr 5,12; 29, 13-15; 35, 15) u reġgћet qamet wara l-eżilju fi żmien Neћemija u Esdra. ~ert hu li nsibu bosta salmi liturġiċi li ġejjin minn din l-iskola skont l-istil u t-teżi teoloġika.
Fi kwadru liturġiku gћandna proċess profetiku, proċess ta’ awla, ‘rib’ ta’ qor
ti fejn il-profeta f’isem Alla jixli l-poplu mċappas b’formaliżmu reliġjuż. Titћabbar il-kerigma profetika u t-teoloġija ta’ l-alleanza. J. Harvey l-akbar studjuż tar-‘rib’ jaqsmu hekk:-- jissejћu xhieda storiċi. v 5
ma neћtieġhomx vv 9-13.
e. Digriet dwar is-sagrifiċċji u ћajr lil Alla Salvatur. Vv 14-15.
III, Qasma fit-test biex jgћaddi gћat-tieni parti… v 16a.
Rib veru u propju kontra l-ћż
iena, dawk li jiksru l-Patt. Vv 16-22.a. mistoqsija v 16 b-17.
b. Akkuża. vv 18 – 20 (Eż 20, 15-16)
c. Dikjarati ћatja. v 21
d. Theddida v 22.
V. Konklużjoni. v 23.
Hemm qbil dwar li hu salm Liturġiku, profetiku u jesponi l-fidi Jahwista dwar is-sagrifiċċju li ma jkunx im
sieћeb minn sentimenti ta’ fedeltа f’min joffri. G.F. Ravasi jaqbel dwar dan, imma ma jista’ jara ebda festa partikulari jew rit preċiż gћalih; billi gћandu relazzjoni qawwija ma’ Isaija 1, hu tal-fehma li nkiteb qabel l-eżilju.L-ewwelnett v 16, “lill-ћ
ażin, imma, Alla jgћidlu”, hi frażi li taqsam is-salm fi tnejn; wara tiġi l-akkuża li ssir aktar iebsa kontra l-ipokrisija fl-imġieba tal-poplu. Vv 1-15. JHWH jitkellem (dbr) v 1 li fil-fatt jibda’ f’v 7, “Isma’, poplu tiegћi, gћax se nitkellem” u jibqa’ sa v.15. “Alla jsejjaћ l-art u s-smewwiet” v 4, u f’v 15 “sejjaћli u neћilsek”. Vv 1-6 Alla jsejjaћ u vv 7-15, jitkellem u l-poplu jisma’. Vv 1-6 hi teofanija li bћala xhieda gћandha, bћal dejjem, s-sema u l-art; Alla jidћol b’nar quddiemu u tempesta madwaru, bil-korteo storiku li huma l-alleanza u l-ġustizzja (berit u sedeq).L-ewwel akkuża (rib) vv 7-15. Il-kwadru vv 8-14 hu ffurmat mis-sagrifiċċji (zebah) l-aktar l-olokawst (‘alah) li jitla’ ’l fuq gћ
ax jinћaraq u dak ta’ radd il-ћajr indirizzat lill-Gћoli (eljon). Jissemmew seba’ annimali ta’ seba’ sagrifiċċji tal-ћruq u jagћlaq, “Li kont bil-ġuћ, m’hux se ngћid lilek…”v 12. It-tieni akkuża vv 16-23, hi aktar iebsa, hi kontra l-ћżiena u tibda bil-vokabularju tal-Patt, kmandamenti (berit) u kelma. V 23 hu bћal v 14 ta’ l-ewwel akkuża, ‘sagrifiċċju ta’ radd il-ћajr’ u t-tnejn ikabbru l-glorja ta’ Alla waqt li jġibu s-salvazzjoni gћall-bniedem. It-teofanija u ż-żewġ fażi tar-rib huma mifhuma bћala eżami tal-kuxjenza tal-poplu magћżul infidil gћall-Patt.Simboli
Billi Salm 50 hu aktar teoriku u teoloġiku, ma nsibux tant simboli. S’issa ltqajna ma’ wieћed ġuridiku-morali, il-proċess tal-qorti fejn Alla hu dak li hu offiż u quddiemu il-profeta jiġbor il-poplu ta’ wiċċ b’ieћor u infidil li kiser il-Patt ‘il-poplu tiegћi’ u ‘l-ћażin’ (vv 7 u 16). Skont Dahood, verbi u suffissi huma fit-tielet persuna u jirreferu gћall-profeta li jagћmilha ta’ akkużatur. Ma jonqsux kliem ġuridiċi bћal din - tiġġudika, berit-patt, todah-att liturġiku, sedeq-imћallef, preċetti u
kmandament.Is-simbolu kosmiku hu dehra bћal dik tas-Sinaj (Eż. 19), Alla msieћeb minn nar u sajjetti, Alla traxxendenti, qrib bil-kelma imma bin-nar u t-tempesta madwaru. Huma żewġt uċuћ ta’ Alla, mћallef u salvatur (ara Gћam 5,18; S 97,3; Is 29,6) Ukol
l wara l-eżilju, Żakkarija jagћti Teofanija li hi ћarsien u salvazzjoni, Alla trexxendenti, Alla li jsalva. F’v 2 tidher Sijon il-ġdida, kollha ġmiel u dija, hi dawl ġdid fid-dlam tad-dinja. (Is 2, 2-5).Jidhru wkoll annimali tas-sagrifiċċju vv 9-12 li jfakkruk f’Ġen. 1 u S 104.Gћandna wkoll kliem ta’ akkuża u ta’ protesti: il-kelma ta’ Alla tikser is-skiet v 3, Alla jidћol, jitkellem, jiġġudika, jsejjaћ, jixhed, iċanfar, u l-akkuża li jagћmel hi: ”Fommok ftaћt gћall-ћaż
en, ilsienek il-qerq jinseġ. Kontra ћuk toqgћod tpaċpaċ, kontra bin ommok tqassas” (19-20). Alla jeћodha kontra l-moћћ ċkejken tal-bniedem li jaћseb li se jagћmel dan u Alla jibqa’ sieket, qisu ma jeżistix. Alla jidћol fl-istorja, jagћmel ћaqq u jsalva minn idejn il-ћżiena.Esiġeżi
"L-gћana tal-poplu, is-sejћat tal-qassisin u tal-kanturi, soltu jgћattu dak li Alla jrid jgћid; hawn, imma, permezz tal-profeta, Alla jitkellem l-ewwel, jidћol mill-ewwel fix-xena”. (A.Maillot).
It-teofanija. (vv 1-6). Tiftaћ ix-xena bid-dehra ta’ Alla, Alla ta’ l-allat. (‘El ‘Elohim). Bћal f’Ġż
. 22, 22, “Alla fuq l-allat, il-Mulej! Alla fuq l-allat, il-Mulej! Hu jaf u Iżrael jaf ukoll”. Hi figura li tiddomina sema u art: f’Ġożwč Alla hu imћallef f’art barranija, art pagana.U tidher fil-kwadru liturġiku ta’ k
ult, f’Sijon, fit-tempju. Sijon kollha ġmiel u dija aqwa mix-xemx gћax minnha joћroġ dawl minn wiċċ Alla. (Is 60, 1); Sijon u Ġerusalemm jiddawwlu mill-Mulej, u dawn idawwlu d-dinja, “hi l-gћaxqa ta’ l-art kollha” S 48,3. Wara d-dehra taqa’ kalma biex mill-ġdid jidher Alla bћala mћallef, jikser is-skiet. V 3, hu skiet ta’ sabar u ћniena, ta’ stennija biex il-poplu jikkonverti u jidћol bil-qawwa ta’ tempesta u s-sajjetti li juru li hi dehra grandjuża imma deċisiva. (Dt 32, 22; S 18, 8-14).It-tieni xena mi
mlija ћidma ta Alla li jsejjaћ is-smewwiet u l-art biex jixhdu dak li se jgћid lill-poplu, il-hasidim li ntrabtu ma’ Alla bil-Patt tas-Sinaj, (berit). L-akkuża hi l-ksur tal-Patt v 5, u hesed hawn tfisser l-obbligi ta’ parti lejn l-oћra, Alla u l-poplu li huma alleati. Il-Patt ta’ Alla ma’ Abram (Ġen, 15, 7 u wara) , kif jidher minn twavel li nstabu f’Mari, l-belt ta’ Abram, kien jikkonsisti f’annimali maqsumin fi tnejn, imdendlin f’linja u t-tnejn li jidћlu f’patt jgћaddu minn bejnhom waqt li jgћidu, “hekk jiġrili jekk ma nћarisx il-patt”. F’Ġen 15, Alla biss gћadda f’nar li qered il-parti tiegћu waqt li Abram baqa’ jћares. F’dak tas-Sinaj jidher li hemm żewġ riti (Eż.24), skond it-tradizzjoni Jahwista, (vv 1-2; 9-11), saret ikla ta’ komunjoni, waqt li skond dik Elohista, (vv 3-8) kien imraxxax id-demm tas-sagrifiċċju.Jekk is-salm hu rib, l-iskop kien li jqanqal lill-poplu gћall-konverżjoni u t-tiġdid ta’ l-alleanza. Jekk hu mifhum gћal xi festa ta’ l-alleanza, l-iskop kien li r-relazzjoni ssir aktar v
era u eżistenzjali, ta’ fedeltŕ u ġustizzja skond ma jfisser il-Patt. (S 97,6; 135, 14; Dt 32, 36). Wieћed mix-xhieda, is-sema se xxandar il-ġustizzja ta’ Alla li hu fidil gћall-patt u jakkuża lill-poplu minn wiċċ b’ieћor, ћażen u formaliżmu ritwali.Ir-rib: l-ewwel moviment (vv 7-15)
L-ewwel akkuża hi kontra l-poplu dwar is-sagrifiċċji li jsiru skond ir-rit. Imma qalb il-poplu mhix mogћtija lil Alla b’imġieba interjuri u eżistenzjali; l-istess kif bla fidi ma jistax wieћ
ed jogћġob lil Alla. “Is-sagrifiċċju tiegћi o Alla, hu l-qalb niedma, qalb maqsuma u sogћbiena ma twarrabiex o Alla. (S 51 18-19). Tlett appelli jagћmel Alla: l-ewwel, “Isma’”, il-verb klassiku tad-Dewteronomju, Xema’, li jitlob l-ubbidjenza. Alla jgћid, ‘se nixhed kontrik’ li hu marbut ma’ isma’, (Gћam 3, 13) u “Jiena JHWH’ li jiftaћ id-dekalogu (Eż. 20,2; Dt 5,6), hu leit motiv fil-Bibbja, hi l-firma ta’ Alla.V 8 mhux qawwi daqs Gћamos u Isaija, forsi gћax hi formula liturġika, imma kull sagrifiċċju jitlef is-sens u l-valur tiegћu jekk mhux imsieћeb minn qima interjuri: hu aljenazzjoni tal-bniedem, mhux qima u tifћir lil Alla. Alla ma jeћtieġ xejn minn dak li ta lill-bniedem, xejn ћlief qalbhom, l-imћabba. Ir-reliġjoż
ità naturali li tfittex tikkalma lil Alla bis-sagrifiċċji, dik mhix fidi li ssalva. ”Bl-imrieћel u l-baqar imorru jfittxu lill-Mulej, imma ma jsibuhx, gћax twarrab minnhom”.Ħos. 5, 6).L-ewwel annimal hu l-gћoġol v 9, il-laћam kollu demm, il-grass u l-qawwa tiegћu huma sinjal ta’ offerta ta’ ћruq (Lev 2, 9.12; 17,6). ‘Minn tiegћek’ jrid jgћid minn ‘darek’, mill-ġid tar-raћal u mogћti lil Alla. It-tieni hu l-gidi vv 9,13. offerta oћra. Mbagћad jiġu dawk selvaġġi, bhejjem tax-xagћri, minn fuq l-gћoljiet, v.10. It-tjur u l-annimali tax-xagћri huma f’kategorija oћra.
Vv 12-13.
Fl-aћћar tiġi l-akkuża kontra r-reliġjożitŕ popolari fost in-nies ta’ nofs il-qamar fertili li fis-sagrifiċċju kienu joffru lill-allat l-ikel meћtieġ biex jgћixu u gћalhekk kienu jafuhulhom lil dawk li joffru. Imma Alla li ћalaq id-dinja u kull ma fiha ma jeћtieġ xejn minn dan (Att 17, 24-25; S 24, 1; 104; 147, 9) L-offerta hi biss sinjal li bih il-bniedem jagћraf li kollox ġej minn Alla u lilu jiġi mogћti; Alla ma jinxtara b’ebda sagrifiċċju anqas ma jqis il-fidi tal-bniedem minn kemm joffri; li taћseb li tista’ tibni rapport ma’ Alla b’dan il-mod, hu sagrileġġ.Il-vera reliġjożitŕ
vv 14-15, hi l-offerta ta’ tifћir (todah),jew radd il-ћajr, v 8, dik li Pawlu jsejjaћ, ‘qima spiritwali’ (Rum 12, 1), ‘let thanksgiving be your sacrifice to God’ (Bibbja ta’ Gerusalem), ‘sacrificium laudis’ ta’ Vulg. jew is-sagrifiċċju tal-Ġ.T., l-Ewkaristija. Li tћallas b’offerta ta’ flus flok ‘trodd il-wegћdiet tiegћek’ hi ipokrisija. (Dt. 23, 21-23). Ġesщ ikkundanna bl-ikreh id-drawwa tal-‘qorban’, bidla fi flus mogћtija lit-tempju flok il-ћsieb ta’ ġenituri anzjani. (Mk. 7, 9-13).Kontra l-ћsieb falz li Alla jinћtieġ is-sagrifiċċji tal-bniedem biex jiekol u jixrob, hu l-bniedem li jinћtieġ lil Alla fi żmien id-djieq u t-tbatija, sejjaћli u jien neћilsek. V 15; din hi l-glor
ja li Alla jistenna.It-tieni moviment tar-rib (vv 16-23)
Alla jkellem ‘lill-ћażin’ (v 16a) li fil-letteratura sapjenzjali hu dak li jiċћad lil Alla u juri ċar x’inhi l-essenza ta’ l-imћabba u l-ћajja li jsieћeb il-kult biex ma jkunx biss rit. L-eż
ami jsir skont id-dekalogu – l-imġieba lejn gћajrek (S 15, 26). Issa l-akkuża ssir kontra l-qima minn barra li tingћata u skont ix-Xema’ Iżrael (Dt 6, 7-9); il-liġi kellha tkun miktuba fil-qalb tal-bniedem u mhux fuq it-twavel tal-liġi. Kien gћalhekk li Ġesщ sejjћilhom ‘oqbra mbajjda’ u sejjaћ gћas-sinċeritа tal-predikazzjoni profetika. (Gћos 4, 1-2; Is 29, 13; Ġer 7).Il-qima minn barra spiss taћbi d-disprezz minn ġewwa tat-twiddib, anzi ‘tobgћod’ (Pr 4,13; 5,13; Ġer 2,20). Alla jitlob ubbidjenza, imġieba li taqbel mar-rieda ta’ Alla. Mela l-patt ta’ Alla hu fuq xufftejk imma l-kelma mixћuta ‘wara spallejk’. Mela S 50 gћandu l-ћsieb li jġib lura l-poplu gћall-fedeltа
interjuri u eżistenzjali ta’ l-alleanza. Il-lista morali tibda bis-serq, v 18 a, serq ta’ flus u bnedmin bћala ilsiera (Eż 20,15; Dt 5,19). Ksur ta’ l-awtonomija tal-bniedem maћluq bћala persuna ћielsa u indipendenti.L-adulterju li jmur kontra l-binja soċjali tas-soċjetà, mhuwiex biss dnub sesswali u tkissir ta’ ż
ewġ żwiġijiet, imma joffendi u jkisser l-ordni soċjali u ġuridiku.(Eż 20,14; Dt 5,18). ‘Ilsien qarrieq’ (Eż 20,16; Dt 5,20) hu ћidma moћbija ta’ min m’gћandux wiċċ jisraq jew jadultera, imma bil-moћbi u minn taћt japprofitta ġid u jgawdih bil-qerq. Tkun qed tissieћeb mal-ћalliel b’kull gћemil li jsir fil-moћbi, adulterju, serq u gћemil ta’ wiċċ b’ieћor, ipokrisija. Ara S 1, Is 1, 22; kif ukoll S 26, 4-5 u Ġb.34, 8.V 19 mat-tielet punt jibda’ d-dnub ta’ l-ilsien, importanti ћafna f’poplu ta’ kultura mitkellma. ‘Fommok ftaћt’ , il-verb uż
at (slh) ifisser tuża martell biex taћdem ћadid li ћareġ mill-forġa f’oġġett li ridt, jew inqdejt b’fommok bћal skarpell biex tqatta’ l-ġebel. V 20, b’ilsienek insiġt qerq bћal min joqgћod fuq siġġu ta’ mћallef, jaћseb kif se juża’ lsienu kontra l-ieћor. Hekk fis-sitt u s-seba’ post jitkellem fuq min bi ћsieb meqjus jakkuża lil ћuh veru u lill-ћuh mill-omm biss(uterin).Hekk kif jagћlaq is-seba’ punt (numru perfett) Alla jċanfar lil Iżrael, v 21 u jgћidlu li hu Alla li jitlob imġieba tajba u ma jistax iћalli gћaddejja l-inġustizzja. Hi t-teoloġija tal-Patt. Alla ġust jitlob ġustizzja; imqar jekk s’issa kien sieket u ћalla r-riedni f’idejn min qed jimxi ћażin, mhux se jibqa’ jissaporti lil min jagћmel il-ћaż
in jew jipprova jixtrih b’offerti msemmna jew min jieћu l-ewwel postijiet fis-sinagogi. (Mt. 23, 6).Is-salm jagћlaq bi twissija pożittiva u negattiva li tiġbor il-ћsieb tas-salm kollu: Eloah, isem Alla li jidher 41 darba f’Ġob, u jerġa’ jidher wara l-eż
ilju, jkellem lil dawk li jinsew lil Alla, jew l-apostati b’tixbihat ta’ annimal li jaћtaf u mћallef li ma jeћlishielekx. (Gћam. 1, 2; 3, 4) “Gћax jiena bћal iljun gћal Efrajm, u ferћ ta’ ljun gћal Ġuda” Ħos. 5,14) .Jekk ma jkunx Alla li jeћilsek, min jista’?V 23 b’mod pożittiv jagћ
ti ritratt ta’ min jemmen, joffri sagrifiċċju ta’ radd il-ћajr u jimxi fit-triq il-ġusta. Il-ћajja hi dejjem triq. (Atti 9, 2) Mela hawn gћandna ċ-ċavetta biex nifhmu s-salm: Fidi mniżżla fil-ћajja, fidi konkreta, soċjali u kontemplattiva, waћda ta’ todah, radd il-ћajr. B’din il-milja ta’ mћabba Alla jgћix fina. “Jekk xi jgћid: ’Jiena nћobb lil Alla’, u jobgћod lil ћuh, dan hu giddieb,” jew bla Alla, ateu, skond 1Ġw 4, 20.Dun Ġorġ Mangion, illum 29 ta’ Diċembru 2008
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa