Salm 47

Innu ta’ parata lil JHWH Sultan

Il-Mulej sultan tal-popli kollha

Dan hu l-ewwel salm innu lil JHWH sultan (bћal S 93 u SS 96 -100); hu l-ewwel wieћed tax-xorta tiegћu. Hu marzjali, enerġiku, tip ta’ l-innu nazzjonali Franċiż, tal-poplu lhudi. Florent Schmitt (1870 - 1958) kompożitur franċiż kiteb mużika gћalih fi tlett movimenti. Minn dejjem kien gћażiż gћal-liturġija , dik kattolka tużah gћall-Festa ta’ Tlugћ fis-Sema tal-Mulej u dik lhudija tirreċitah seba’ darbiet qabel ma l-qarn (xofar) iћabbar il-bidu tas-sena l-ġdida (Rox ha xanah) Alla li qiegћed fuq it-tron ifakkrek f’xeni bћal ta’ l-Apokalissi bћal Ap 3, 21; 4, 2.9-10; 6, 16; 7, 10; 19, 3; 21, 5).

L-affresk tas-saltna universali ta’ JHWH li jpinġi l-poeta b’kalma ta’ l-gћaġeb, tat lok gћal studji ta’ problemi teoloġiċi u ermenewtiċi kbar. Jidher li l-Arka ta’ Alla u d-daћla tagћha f’Sijon, id-daqq tal-qarn, l-gћajat tal-poplu f’festa, Alla li jsaltan, Eljon li hu tal-biża’ u l-ћakma tiegћu, ifakkru u jagћmlu ћajja l-ġrajjiet ta’ salvazzjoni mill-Eżodu sa David.

F’waqtiet deċisivi ta’ l-istorja ma setax jonqos li s-salm kien stedina gћat-tama. Salm 46 kien salm ta’ fiduċja f’Sijon, kenn u blata fortizza meta Alla jdher li telaq il-poplu. Salm 47 hu innu korali tal-poplu li jgћaqqad lil Iżrael mad-dinja madwar it-tron glorjuż. Jekk Alla hu sultan fuq l-art kollha, dan ikun ta’ ġid akbar gћall-poplu gћax ikun hu li jibbenefika mill-ћakma divina; jekk Alla hu rebbieћ, ma’ Alla rebbieћ jirbaћ Iżrael.

Il-ġeneru letterarju

X’inhu l-ġeneru letterarju tas-salm? Meta u gћalfejn inkiteb? Jingћataw erba’ modi ta’ qari tas-salm jew sitz im leben – l-ambjent li fih inkiteb biex jista’ jinqara u jiftiehem.

L-ewwel linja hi dik tal-mitoloġija ta’ l-orjent fejn wara li gћaddiet sena bit-taqlib tagћha ‘dak li ġara se jerġa’ jiġri’. Fil-bidu u t-tmiem hemm is-saltna ta’ JHWH, hemm il-ġenna. Is-salmi tas-saltna ta’ JHWH ma jagћmlux ћaġa oћra jekk mhux japplikaw dan il-mudell gћas-sena l-ġdida u gћall-istorja tas-salvazzjoni. Ix-xewqa hi nostalġija tal-ġenna mitlufa.. Fis-salmi tas-saltna ta’ JHWH hemm din in-nostalġija u x-xewqa li jkunu ċelebrati bit-tama li tnissel il-fidi fis-saltna mġedda ta’ JHWH.

Din l-interpretazzjoni sofistikata u romantika tal-mitoloġija żviluppat ruћha f’kuntest ta’ kult. Skond S. Mowinckel l-Iżraelin ilsiera f’Babel kienu jafu bil-festa ta’ kull sena tat-tiġdid tad-dinja. Gћalhekk huma raw r-rebћa ta’ JHWH fuq il-kaos tal-bidu u gћamlu ċelebrazzjoni tal-ћolqien u t-tiġdid tal-ћajja. M’gћandniex ћjiel fil-Bibbja ta’ din il-festa, imma tista’ tkun tifkira tal-Patt tas-Sinaj u wara l-eżilju ta’ Babel (Is 52, 7-10) u d-delużjoni li kellhom, ћalltu kuluri eskatoloġiċi biex jiċċelebraw ir-ritorn ta’ JHWH f’Sijon.

Il-kult minn sena gћal oћra sar skomdu u gћalhekk daћal il-ћsieb eskatoloġiku, “Alla jitla’ fuq it-tron ta’ l-univers bћala sultan” (H. Gunkel). Hekk mill-imgћoddi mitiċu jgћaddi gћall-ġejjieni tal-ġenna. M’hemmx kontradizzjoni f’dan imma dak li jidher wieћed kontra l-ieћor fil-fatt jaqblu biex jagћtu dehra ta’ proġett ideali ta’ tama mixtieqa kontra l-preżent inċert u mudlam.

Interpretazzjoni oћra hi dik storiko-eskatoloġika: il-ġrajjiet storiċi tal-poplu, waћda wara l-oћra huma l-bażi tal-fidi tal-poplu, tant li gћandna diversi stqarrijiet ta’ fidi. (Ġoż. 24.) Huma ġrajjiet minsuġin fl-storja tas-salvazzjoni li kull waћda minnhom tqajjem mistoqsija dwar gћada, dwar l-eskatoloġija u fl-istess waqt ixxettel tama. Ġrajja li gћaddiet twassal gћal dik li qed jgћix il-poplu u tmexxih gћal dik li gћad tiġri u jista’ jkun li qed jistenna; hekk jasal gћat-tama ta’ żmien il-Messija, it-tama messjanika. Żgur li tinћoloq ċerta tensjoni, gћax kull stennija toћloq tensjoni, imma tinћoloq dehra waћda ma taqta’ xejn ta’ l-istorja, ġrajja li gћaddiet tingћaqad ma’ dik li qed tgћix u dik tal-ġejjieni – l-apokalissi.

Din l-istess stennija kienet tiġi ċelebrata wkoll f’liturġija, hekk li s-saltna ta’ JHWH wieћed jgћixha fil-preżent fid-dawl ta’ l-imgћoddi u tal-ġejjieni – preżent u futur tas-salvazzjoniu. Is-salm gћalhekk hu stedina biex wieћed jiċċelebra l-issa tas-saltna wara l-ġrajja li gћaddiet. Wieћed jista’ jaћseb f’bosta ġrajjiet u kollha jidћlu f’dan il-pjan: żmien Salamun u t-tama ta’ Iżrael (2 Sam 6), il-ћerba ta’ l-armata ta’ Sanћerib, Ġosafat u r-rebћa fuq Ammon u Moab, iż-żmien ta’ Esdra wara l-eżilju. Aћseb f’liema trid imma ftakar li l-importanti hu li tkun taf li Iżrael dejjem ћares lejn u ra fl-istorja l-proġett ta’ Alla li qed jaћdem is-salvazzjoni. Fil-ġrajja ra dan u rah mill-ġdid fi ġrajja oћra aktar tard, hekk li ra fihom raġuni gћaliex gћandu jfaћћar ’l Alla u jittama gћax is-saltna ta’ Alla turi ruћha dejjem. Storja u eskatoloġija ma jinfirdu qatt u gћalhekk Ġesu’ jgћid: “Dan ifisser li waslitilkom is-saltna ta’ Alla”. (Lq 11, 20).

Kif jinqasam

V 5 jaqsam is-salm fi tnejn; hu pawsa, wara l-ewwel kwadru u qabel it-tieni. Barra dan, v 2 hu stedina bћal ma hu v 7 waqt li v 3 jgћolli lil JHWH u v 8 jgћolli lil Alla, bћala sultan fuq l-art kollha. V 4 jgћid li l-popli huma maћkuma bћal v 9 fejn it-tron ta’ Alla sultan jitgћolla fuq il-ġnus. V 5 il-kburija ta’ Ġakob taqbel mal-poplu ta’ Alla ta’ Abraham f’v 10.

L-ewwel kwadru

It-tieni kwadru

a. Stedina-ċapċpu, gћajjtu, v 2

a’. Stedina gћal innu, v 7

b. Gћaliex: JHWH hu sultan fuq l-art kollha. v 3

b’. Gћaliex: Alla hu sultan fuq l-art kollha, v 8

c. Il-popli maћkuma taћt riġlejna, v 4

c’. Il-popli maћkuma – tron, v 9

d. Axxensjoni ta’ JHWH, v 6

d’. Axxensjoni ta’ Alla, v 10

Is-Simboli

Issa nistgћu ngћaddu gћas-simboli u l-ewwel wieћed hu t-Teofanija trijonfali tal-verb ‘alah – tela’ vv 6, 8, fejn l-assi art – sema tfisser glorifikazzjoni. L-istess misteru ta’ l-Gћid fi Ġwanni (3, 4; 12, 32; 19, 31-37) u Pawlu (Fil.2, 9-10 u 1 Tim. 3, 16) u l-istess innijiet tal-knisja primttiva hija l-eżaltazzjoni. Is-salib imwaqqaf hu t-tron tal-glorja minn fejn Ġesù jsaltan fuq id-dinja mifdija. Is-salmi proċessjonali ta’ Sijon kienu ‘alah, titla’ ’l fuq lejn Alla. Is-siġill ta’ tmiem il-ћajja ta’ Ġesù, ibda mill-passjoni tkompli bil-qawmien u tispiċċa fl-axxensjoni. JHWH hu ‘eljon l-aktar gћoli u l-istess Iżrael se jkollu popli taћt riġlejh, se jrażżan ġnus v 4, u din il-ћakma tixtered f’qies orizzontali b’mod li taћkem lill-popli kollha. Vv.3, 8.

Minsuġa ma’ din hemm il-mottiv regali – JHWH sultan – vv 3, 8, 9 u s-simboli tron v 9 li hi l-arka, bil-verb ‘jasab’ – joqgћod. Alla li jsalva joqgћod fuq it-tron (S 9, 5; Is 6, 1; 1 Slat 1, 46; 2, 12; 22, 19; 2 Slat 11, 19; 13, 13) Aktarx li Iżrael wiritha mill-Kagћanin li kienu jaћsbu li l-allat joqgћodu f’post imsejjaћ Pantheon mnejn jiddominaw.

Fl-aћћarnett niftakru li s-salm kellu l-akkumpanjament ta’ strumenti mużikali – kif turi teru’ah vv 2, 6 li kien bћal urrah! , jew gћajta ta’ battalja jew ferћ tar-rebћa mibdula f’akklamazzjoni liturġika, ‘gћannulu bis-sengћa’ li aktarx kien kant ta’ tip sapjenzjali, ‘psallite sapienter’ (Vulgata), ‘canite erudite’, S. Ġlormu.

Kien kant li jwassal tagћlima, u l-istess ċapċip v 2, kien ritmat mal-kant, (2 Slat 11, 12) L-istess verb ‘gћannu’ li jidher ћames darbiet f’ vv 7-8, il-verb ‘zmr’, kien kant akkumpanjat minn strumenti. U fl-aћћar ix-xofar, il-qarn jew trombi, v 6 li kien isejjaћ gћall-gwerra, gћall-penitenza u gћal festi kbar bћall-inkurunazzjoni tas-sultan, u l-Festa ta’ l-Gћerejjex.

Eżiġesi.

Fiċ-ċentru ta’ xena mimlija ilћna f’kant ferrieћi hemm JHWH, sultan ta’ Iżrael. Hi xena ta’ axxensjoni ta’ Alla bћala sultan fuq il-poplu magћżul. L-istess slaten ta’ Iżrael huma dejjem rappreżentanti ta’ Alla li jaћkem fuq il-popli kollha u gћandhom sens aktar wiesgћa, dak messjaniku (S 2, 1-2.10) Hemm ferћ u kant bil-qawwa, l-‘urrah’ vv 2 u 6 tipika tal-liturġija lhudija u dik messjanika u kristjana li Luqa jaqbad u jifhem tajjeb meta jikteb “Huma nxteћtu fl-art jagћtuh qima, u mimlijin b’ferћ kbir reġgћu lura lejn Ġerusalemm, u qagћdu l-ћin kollu fit-tempju jbierku lil Alla.” (24, 52-53). Santu Wistin ukoll jikkummenta: “Tikkuntentawx bl-akklamazzjonijiet u tћallu idejkom gћażżiena..idejn u ilћna jingћaqdu, ta’ l-ewwel fl-opri tajba l-oћrajn fit-tifћir.”

Gћaliex? Gћax JHWH jsaltan. Fil-jum tal-glorja tas-sultan, ma jistgћux jonqsu t-titli kollha, ‘sultan kbir’, ‘l-gћoli’, ‘sultan fuq il-ġnus’ li quddiemu jinġabru ‘l-kbarat tal-popli’ gћax ‘hu gћoli fuq kulћadd’. Eljon hu titlu ċar tal-qima ta’ Ġerusalemm (S 46, 5) imma wkoll insibuh fuq fomm Melkisedek (Ġen. 14, 18-20). Hu tal-biża’ v 2 juri t-traxxendenza tad-divinitŕ, barra milli tfakkar fl-esodu meta JHWH wera l-kobor tiegћu fl-opri tal-biża’ li wettaq b’riżq ulied Iżrael. It-titlu l-ieћor hu ‘fuq l-art kollha’, (ara Dt. 10, 17). Mattew 28, 18. “Lili ingћatat kull setgћa fis-sema u fl-art...” Kristofanija grandjuża li tagћlaq il-misteru ta’ l-Gћid.

It-Teofanija ssir fatt meta Alla jittrijonfa fuq il-ġnus, v 4, u jagћżel lil Iżrael v 5. Il-ġnus mirbuћa huma l-popli ta’ Kangћan u l-aqwa rebћa li ġieb David fuq il-Ġebusin u waqqaf fuq l-gћolja Sijon, il-belt ta’ Ġerusalemm, il-kapitali ta’ Alla. Minn hawn Alla jsaltan fuq l-art kollha, saltna universali, u f’isem JHWH is-sultan ta’ Iżrael isaltan u gћandu ‘l-gћedewwa mirfes taћt riġlejh’ (S 110, 1). Il-verbi ta’ v 4 huma fl-imperfett (azzjoni kontinwa fl-imgћoddi) li juri li l-azzjoni ta’ Alla li jsalva u jeћles ma taqta’ qatt u xejn.

Il-wirt ta’ Alla, v 5 hu l-Palestina, l-art magћżula minn Alla bћala wirt (Es 19, 5-6). Hu t-tielet artiklu tal-Kredu ta’ Iżrael wara l-gћażla tal-Patrijarki u l-ћelsien mill-Egittu (ara Es 15, 17; Dt 4, 21.38; 15,4, 19, 10; 1 Sam 10,1; 2 Sam 26, 19; Is 14, 1-2; 43, 1-4; Ġer. 3, 19; 10, 16; 12, 7; S 79, 1). Iżrael ma jokkupahiex bi dritt personali imma bћal użufrutt, biex tibqa’ bћala sinjal ta’ l-imћabba ta’ Alla. Hi l-isbaћ fost l-artijiet kollha u sinjal minn qabel tas-saltna tal-ġusti. Fiha li hi l-wirt, Iżrael hu wirt (S 28, 9) u ssir ‘il-kburija ta’ Ġakobb’. Din il-frażi, f’Gћam 8, 7 u 1 Sam 15, 29 hi attribut divin, f’Gћam 6, 8 hu Iżrael, is-saltna ta’ fuq, f’Eż. 24, 21 hu t-tempju. Hekk kif il-poplu magћżul hu ‘l-isbaћ fost il-ġnus’ (Ġer 3, 19), l-art hi l-akbar sinjal ta’ l-gћażla, l-akbar imћabba murija lill-poplu. U l-aћћar ћsieb tal-v 5 hi din l-imћabba ta’ Alla gћal Gakob, ‘il-maћbub tiegћi’ v 5.

V 6 “Tela’ Alla b’gћajat ta’ ferћ”. Hi akklamazzjoni ta’ l-axxensjoni ta’ JHWH wara l-eżodu u d-don ta’ l-art fil-Kredu ta’ Iżrael. Il-Knisja tinqeda’ b’dan il-vers u takklama lil Kristu gћall-glorifikazzjoni tiegћu fl-Axxensjoni. L-Apokalissi jagћtina ћjiel ta’ din l-eżaltazzjoni universali ta’ Kristu (4, 2; 9, 10; 5, 1; 6, 16; 7, 10.17; 19, 4; 21, 5). Hawn gћandna verbi li aktar jirreferu gћad-dћul ta’ l-arka fil-belt ta’ David u fit-Tempju , il-proċessjoni, l-akklamazzjoni u d-daqq tal-kornu. “David ..beda jiżfen b’ћiltu kollha quddiem il-Mulej. U hekk David u d-dar kollha ta’ Iżrael wasslu l-arka tal-Mulej b’gћajat ta’ ferћ u daqq tat-trombi”. (Sam 6, 14-15). Hemm ukoll xi ћjiel ta’ l-intronizzazzjoni tas-sultan (1 Slat 1, 39). Salm 47 jibqa’ salm li jiċċelebra lill-Mulej li minn Sijon jaћkem fuq l-art kollha.

“Kotra ta’ popli gћad jiġu u jgћidu:

‘Ħalli morru u nitilgћu fuq l-gћolja tal-Mulej .

lejn id-dar ta’ Alla ta’ Gakob…

Ejja, dar Gakob,

ћalli nimxu fid-dawl tal-Mulej!’ Is. 2, 3.5.

It-tieni kwadru, vv 7-10

It-tieni kwadru hu bћall-ewwel u jibda bi stedina gћat-tifћir. Billi s-salm hu deskritt bћala ‘maskil’ – terminu mużikali b’xejra sapjenzjali, fit-tradizzjoni kristjana gћandu kliem ta’ gћerf u tagћlim bћalma kellna minn S. Wistin gћal v 2. L-istess S. Wistin u S. Ġwann Kriżostmu jgћidu li biex tfaћћar b’gћerf jeћtieġ issieћeb l-gћemil it-tajjeb u tagћmel ir-rieda ta’ Alla – il-veru gћerf. U r-raġuni tingћata f’v 8a, gћax Alla sultan ta’ l-art kollha. Diġà kellna akklamazzjoini kbira f’v 7, issa se tiġi żviluppata fil-versi li ġejjin.

Is-saltna issa hi universali u madwar il-poplu ta’ Abraham vv 9-10a. Fil-qalba hemm ‘it-tron imqaddes tiegћu’ espressjoni biblika unika fil-Bibbja. F’S 11, 7 nsibu tron u qdusija, imma separati. Billi l-arka hi t-tron u din tinsab fit-tempju fuq l-gћolja ta’ Sijon, hu ċar li t-tron fuq l-art jinsab f’linja vertikali ma’ dak fis-sema. Hekk, malak Elohim v 9a, tingћaqad mas-simbolu l-arka u tagћtina raffigurazzjoni li nsibu wkoll f’Apok 3, 21; 4, 9-10; 5, 1.7.13; 6, 16; 7, 10.15; 21, 5.

B’hekk naslu gћal v10a – Alla sovran fuq Iżrael u l-popli kollha. Il-kbarat tal-popli huma l-popli ta’ madwar, qaddejja ta’ Iżrael bћalma naraw f’2 Sam 5, 3, “ u x-xjuћ kollha ta’ Iżrael ġew gћand is-sultan f’Ħebron, u s-sultan David gћamel patt magћhom…” Żgur li hi dehra universali tas-sovranità ta’ JHWH, gћax f’dawn il-popli naraw simbolu tal-ћakma ta’ Alla fuq id-dinja.

"Mal-poplu ta’ Alla ta’ Abraham" v 10b: ‘im ‘am – mal-poplu magћżul jingћaqdu popli oћra, u n-nazzjonijiet kollha jkunu s-saltna universali ta’ JHWH. Iżrael hu fil-qalba – il-poplu ta’ Alla ta’ Abraham, titlu li juri l-qedem tas-salm. U r-raġunijiet li jingћataw, huma tlieta: Biex il-kapitali l-ġdida ta’ David, Ġerusalemm, tkun magћrufa minn kulћadd. It-tieni gћax is-salm gћandu tradizzjoni kbira marbuta ma’ Abraham u Melkisedek, sultan ta’ Salem (Ġen 14, 18-20), li ћareġ jilqa’ lil Abraham u offra sagrifiċċju. It-tielet gћax f’Abraham il-popli kollha huma mbierka jew aћjar hu medjatur tal-barka lill-umanitа kollha. (Ġen 12, 3).

Fil-popli li qed jassistu gћall-Axxensjoni ta’ JHWH hemm żerriegћa ta’ tama ta’ saltna eskatoloġika ta’ JHWH. Tant hu hekk li fl-gћeluq tas-salm, v 10b jinsisti ‘Gћax ta’ Alla huma l-kapijiet ta’ l-art : kapijiet jew ‘fortizzi’ ‘setgћana’ simboli ta’ sultan. Il-kapijiet huma bћal kurazza, fortizza li tћares is-sultan u tagћti dehra tas-setgћa tiegћu. B’hekk is-setgћa ta’ Alla fuq l-art kollha m’gћandhiex limiti, u ebda qawwa ma teqfilha. F’sens veru spiritwali, hu traxxendenti, hu fil-gћoli fuq kulћadd 10b. L-istess dikjarazzjoni naqrawha f’Isaija 55, 4-5:

“Ara jiena qegћdtu xhud fost il-popli,

Prinċep u leġislatur fuq il-popli.

Int ġens li ma tafx bih issejjaћ;

ġnus li ma jafukx jiġru lejk,

minћabba fil-Mulej, Alla tiegћek,

il-Qaddis ta’ Iżrael,

gћax lilek żejjen bil-ġieћ.

Hemm tagћlaq din l-epifanija ferrieћa u ta’ l-gћaġeb ta’ JHWH; paġni ta’ fidi, tama u entużjażmu. “Kollox idur madwar ġrajja li qed tiżvolġi ruћha issa stess u diġà nofsha mitmuma, gћad ma seћћitx gћal kollox, imma hemm sinjali ċari ta’ kif se tkun meta sseћћ”. (G Von Rad). Hu diġа issa gћalina l-insara, it-tћabbira kerigmatika ta’ Ġesщ: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet: indmu u emmnu fl-Evanġelju” (Mk 1, 15).

Gћajnejna jibqgћu msammrin fuq Ġerusalemm (bl-ispirtu), minn fejn Ġesщ tela’ fil-glorja. “Iva, ћa nżommu fl-ispirtu din l-gћaqda ma’ Ġerusalemm u naћsbu fuqha bla waqfien. Inżommu quddiem gћajnejna s-sbuћija tagћha, fejn xejn ma jitћassar, xejn ma jgћaddi u kollox jibqa’. Hi l-belt kapitali tas-sultan taż-żminijiet. Ħa naћsbu fiha u f’ћutna bi ћsibijiet sbieћ biex jum wieћed jkollna magћhom il-wirt imwiegћed, is-saltna tas-sema” (S. Ġwann Kriżostmu).

 

Dun Ġorġ Mangion, illum 28 ta’ Ġunju 2008

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1