Salm 46

L-Gћanja ta’ l-gћanjiet ta’ fiduċja

Hu l-ewwel wieћed minn sitt salmi lil-Sijon, hu salm ta’ fiduċja u fidi bla tlaqlieq, fidi erojka. San Ġwann Kriżostmu jikkummenta:”Dak Alla li jinsab kullimkien, u li hu mgћolli kullimkien, hu l-istess Alla li hu magћna. Tibżgћux mela, titћawwdux, gћax magћkom gћandkom Mulej li m’hu qatt mirbuћ.”

Il-preżenza ta’ Alla - Alla magћna fost il-poplu u mal-poplu, hu mhux biss ċertezza imma kenn, b’mod li jispira sigurtà li ma tiġix nieqsa; hi gћal kollox differenti minn dik il-qima u l-imћabba fiergћa li l-poplu ta’ żmien Ġeremija qiegћed fit-tempju. (Ġer 7). Salm 46 b’teoloġija ċara u sbuћija letterarja li ћafna raw fih mhux biss fidi fil-ћarsien ta’ Alla imma wkoll in-nisġa ta’ l-istorja u l-eskatoloġija, bejn preżenza ta’ Alla f’Ġerusalemm kif ukoll fl-univers, bejn natura u Sijon, bejn fidi u tama, bejn rebћa preżenti u dik ta’ l-aћћar.

Gћanja lil Sijon, jew aћjar, l-ewwel minn sitt gћanjiet (SS 48, 76, 84, 87, 122 u parti minn 132) li ngћaqqduhom ma’ Is 2, 2-5 u t-Tielet Isaija 60. Mill-ibgћad truf ta’ l-art ta’ Iżrael, kulћadd jiġbed lejn din l-gћolja, xmajjar ta’ nies jimxu lejn Sijon fejn jgћammar Alla, pellegrinaġġ ma jaqta’ xejn tiela’, tiela’ ’l fuq lejn il-ġejjieni, lejn Alla nnifsu. Sijon gћalhekk tagћti lill-bniedem mixja lejn il-gustizzja, paċi mingћajr armi tal-gwerra. Hemm tinћoloq dinja ġdida, dinja ta’ sliem u ftehim. Gћalhekk hawn gћandna bosta simboli tal-belt ta’ Alla v 5, l-gћolja mqaddsa, v 2, l-gћamara ta’ l-gћoli, v 5, tmiem il-pellegrinaġġ, v 9, l-gћaxqa ta’ l-art kollha, v 11, ċentru ta’ l-art u tmiem il-kaos, vv 3, 4, 7.

L-ewwel u l-aqwa simbolu hu ta’ Sijon-Omm kif spiss jitkellem Isaija, Sijon waqt li twelled, (Is 49, 21; 54, 1; 51, 18), dik li tagћti l-isem (48, 2) u titlef ’l uliedha (49, 20; 51, 18-20). Filun jgћid li l-Lhud imxerrdin (tad-diaspora) kienu jqisu ’l Ġerusalemm bћala l-belt-omm tagћhom mqar jekk l-patria tagћhom kienet il-belt fejn jgћammru; din kienet dejjem miftuћa biex tilqa’ u tmantni lil uliedha. Kienu jqisuha bћala l-ġuf li minnha twieldu u li jerġgћu lura fiha biex isibu s-serћan u l-kenn. Kienet ‘ġardin magћluq’, v 5, fejn jiġru nixxigћat ta’ ilma li jaqtgћu l-gћatx, Gћeden ieћor. Sijon bћala omm tilqa’, tmantni, tћares u tiddefendi mill-attakki (vv 3, 4-7).

Pawlu f’Gal 4, 27 u wara jitkellem fuq Sijon f’sens ekklesjoloġiku kif wara jagћmlu l-Missirijiet tal-Knisja. Luqa wkoll f’kap. 1 u 2 jagћtiha sens marjoloġiku; Marija hi ikona ћajja tal-knisja, hi li tnissel lil Kristu u li fih ћutu huma salvi. Sijon hi wkoll belt-gћarusa (Is 49, 18; 54, 5; 61, 10-62.5) u S 46 fl-appell antifonali gћall-gћaqda jqajjem dan il-ћsieb fis-sens ta’ fiduċja u abbandun li tagћti l-preżenza ta’ Alla.

Dawn is-somboli kollha ta’ Sijon belt ta’ Alla wasslu ћafna eżeġeti jgћidu li hu Salm liturġiku, innu gћall-festa ta’ l-intronizzazzjoni ta’ JHWH sultan. Il-verbi ‘Ejjew, araw v 9 , sejћa lil dar Gakob juru dan. Minn kwadru kożmiku, v 4, jgћaddi gћal dak storiku, v, 7, li wieћed jista’ jfisser gћall-ġlieda bejn il-kaos tal-bidu; imma l-bosta riferenzi gћall-istorja jġiegћluna naћsbuha mod ieћor.

Mill-kwadru wiesa’ tad-dinja gћal Sijon belt ċkejkna, s-salm jiżviluppa s-simbolu tal-gwerra u JHWH gwerrier, riferenza gћall-Arka tal-Patt u gћall-gwerra qaddisa, li waqqaf il-kamp tiegћu fit-tempju. Hu blata, li tagћti kenn u fortizza qatt mirbuћa. Huma simboli tal-fidi soda li tilqa’ gћat-tempesti ta’ l-istorja. V 2 jista’ jirreferi gћal xi assedju kif ukoll gћal xi kriżi spiritwali ta’ bniedem wieћed jew tal-poplu. “Jekk qatt tgћid f’qalbek: ‘Akbar minni huma dawn il-ġnus kif qatt nista’ naqlagћhom ’il barra?’ La tibżax minnhom: ftakar sewwa x’gћamel il-Mulej, Alla tiegћek lill-Fargћun u lill-Eġittu kollu.” Dt 7, 17. “Il-Mulej Alla tiegћek, qiegћed f’nofsok, gwerrier li jsalva.” Sof 3, 17. Meta Alla jidћol gћall-poplu, ikisser l-armi kollha li fuqhom iserrћu l-gћedewwa. Hekk jitfissru l-vv 6-7, u r-riżultat ta’ vv 10-11.

Xi wћud jagћtu lis-Salm tifsira storika minћabba din is-simboloġija ta’ gwerra u jmorru fis-seklu 9, fi żmien Ġosafat (2 Kron 20) waqt li oћrajn gћall-epoka davidika mћabba t-titli Jahweh Sabaot u ‘Eljon v 5. Oћrajn gћal żmien Alessandru l-kbir (seklu 4-3) u Kraus gћal żmien il-Makkabin (seklu 2). Imma l-akbar numru ta’ interpreti jirreferu gћall-kampanja ta’ Sanћerib kontra Ġerusalemm fis-sena 701 u gћalhekk ir-rabta ta’ dan is-salm ma’ Isaija 33, 36-37. Rabtiet oћra letterarji u ideoloġiċi jeżistu bejn salm 46 u Isaija. Imma jekk noqogћdu fuq 2 Slat 19, 35-37, dan l-assedju ġie fi tmiemu bil-qawwa ta’ l-anġlu li ġieb ћerba fil-kamp, aktarx bil- marda tal-pesta jekk nilqgћu dak li jikteb Erodotu.

Imma barra dan, meta wieћed iqis vv 3-4, id-dehra ta’ Alla fl-univers, il-qasma fil-medda ta’ l-art li fuqha hi mibnija d-dinja bibblika, u x-xmajjar ta’ ilma ћiereġ, wieћed jaћseb f’xi ġrajja bћad-dilluvju li jiftaћ qasma fl-art gћal ġox-Xe’ol; terremot hu dejjem sinjal tal-ġudizzju ta’ Alla (Gћam 9, 5; Is 54, 10).

Imma Sijon tibqa’ wieqfa hemm, ma tistax taqa’ v 6 (S 48, 9; 87, 125); din it-taqliba tad-dinja ma tmissx il-ġenna ta’ Sijon. Hemm titwieled l-interpretazzjoni eskatoloġika – apokalittika jew jekk trid messjanika tas-Salm 46. Il-ġlieda bejn Gog u Magog u l-magћżulin (Eżek. 38-39), it-taqbida bejn it-Tajjeb u l-Ħażin iseћћu madwar Sijon li ssir gћalhekk sinjal tar-rebћa ta’ Ġerusalemm tas-sema.

Nistgћu ngћaqqdu dawn l-interpretazzjonijiet mogћtija f’waћda? N. Airoldi, meta jqis il-vokabularju u l-ideoloġija ta’ vv 9-11 jaћseb li “s-Salm hu innu korali ta’ fiduċja tal-poplu sћiћ (vv 2-4, 8.12) imfissra minn kantur (vv 5-7, 9-11) li mhux biss oraklu ta’ salvazzjoni imma żvolġiment sћiћ ta’ oraklu profetiku ta’ gwerra qaddisa li jqajjem fiduċja…fir-rit tal-kult u l-ideoloġija tal-gwerra qaddisa gћandna nisġa ta’ storja, kult u profezija.” L-istedina ‘Ejjew u araw x’gћamel il-Mulej...’ v 9 hi biex wieћed jagћraf lil Alla, ‘kunu afu li jien Alla’ v 11. Fl-aqwa mument ta’ l-Esodu Mosи jgћid lill-poplu: “Żommu sћiћ u taraw is-salvazzjoni li se jġibilkom illum il-Mulej” 14, 13.

Mela hu ‘kantiku ta’ Sijon’, innu liturġiku, hu gћanja mimlija ansjetà ta’ aktar minn mument wieћed fl-istorja ta’ Iżrael meta ћajtu kienet mhedda imma kif jgћid Deissler, il-periklu u t-tama tal-preżent huma mkebba f’eskatoloġija li tista’ tћossha fil-mod kif min jemmen iћares lejn il-ġejjieni b’tama u paċi interjuri. Gћalhekk juri li hemm tensjoni bejn il-preżent u l-ġejjieni, bejn storja u eskatoloġija, gћaliex fis-salvazzjoni li tidher hemm il-bidu tal-ћelsien sћiћ u veru bћal f’żerriegћa. L-oraklu tal-gwerra qaddisa ћalla sinjali li jidhru fis-salm f’dan il-kuntrast bejn fidi u tama, bejn storja u eskatoloġija, bejn garanzija u twettiq ta’ salvazzjoni sћiћa.

Minћabba l-istedina gћat-tifћir li nsibu f’vv 4b, 8 u 12 kien hemm min qasam is-Salm fi tlieta – daћla, vv 2-3, riflessjoni, vv 4-8, proklamazzjoni vv 9-11, u gћeluq v 12. Hemm xi ftit ta’ tћassib dwar l-antifona li tinsab fit-tieni part ta’ v 4. G.F. Ravasi jżomm is-salm kif wasal gћandna fit-test Masoretiku (TM) u jaqsam is-salm hekk:

1. Id-dittiku ta’ Sijon vv 2-7

a. Il-qerda dinjija – il-kaos u x-xejn jeћodha kontra l-ġmiel ta’ Sijon, imma hemm Alla li jћarisha. (vv 2-4)

b. Il-kobor ta’ Sijon – il-qerda tad-dinja u ta’ l-istorja ma jmissux il-‘belt ta’ Alla". (vv 5-7).

2. L-gћanja tas-sliem dinji (vv.8-12)

a. Antifona u stedina gћat-tifћir (vv 8-9)

b. Is-sliem (v 10)

c. Stedina u antifona ta’ l-gћeluq (vv 11-12).

Eżiġesi.

Hi bћal splużjoni ta’ tama u serћan il-moћћ; jistgћu jaћbtu gћal Sijon tempesti u ġrajjiet ta’ diżastru mill-agћar, jistgћu jiġu fuqna kemm iridu battalji, il-fiduċja tagћna ma tiċċaqlaqx. “F’Ġerusalemm il-lhudi jћossu d-dar ġeografikament u storikament, hemm jgћix fl-istorja. Kull fejn il-bniedem jixtieq jgћix fis-sliem, qiegћed f’Ġerusalemm, kull fejn jinfetaћ gћat-talb, gћat-tifћir, u l-imћabba.” E. Weisel.

Nibdew bl-isqtarrija ta’ fidi ta’ vv. 8 u 12 – Alla ћarsien u salvatur -- żewġ definizzjonijiet militari ‘kenn’ u ‘fortizza’, li kontrihom l-gћadu maћluf, il-mewt, ma tista’ tagћmel xejn u tqajjem s-sejћa gћall-gћajnuna. V 2 juri li s-salmista gћamel esperjenza ta’ Alla bћala qawwi, qrib u ma jonqosx u juża l-kelma me’od, li naћsbu li hu titlu divin ‘Kbir’ skond id-dawl li jitfgћu xi skoperti f’Ebla fis-Sirja, gћen biex wieћed jifhem dan it-titlu fis-salm. gћalhekk Dahood jipproponi dan il-qari: “il-Mulej hu gћalina kenn u qawwa, jeћles mill-assedji, sibnieh ‘Kbir’…”

Madwar din il-figura grandjuża tiżviluppa xena ta’ tmiem id-dinja vv 3-4 , xena apokalittika, li taћbat gћal Sijon mibnija fis-sod u qagћda fil-kwiet u s-sliem. Imma gћalxejn. Bћal ma ġara fil-bidu tal-ћolqien (Ġen 1, 1-2) fuq il-kaos u l-baћћ tal-bidu, JHWH jidћol u taqa’ l-kalma, l-ordni u s-sliem.

Mhux biss wiċċ l-art u l-baћar jiċċaqilqu, imma l-muntanji wkoll, meqjusa fil-Bibbja bћala dawk il-kreaturi (sic) l-aktar stabbli; issa qishom ramel se jittieklu mill-ilmijiet qerrieda tal-baћar u d-dinja donnha qed tiċċaqlaq u taqa’ biċċa biċċa. Fil-Bibbja, madankollu, l-istess armati resqin lejn belt huma mxebbhin ma’ mewġ tal-baћar waћda tilћaq fuq l-oћra li bilkemm tћalli wieћed jieћu n-nifs. (nefes hu l-ћajja). (Is. 5, 30; 8, 6-8; 17, 12; SS. 83, 3; 89, 10). Hekk dan jorbot kemm mal-vers 4 ta’ qabel mimli simboli militari, kemm ma’ dak ta’ wara li hu xena ta’ popli mwerwrin, v 7.

Il-kwadru ta’ l-ilma v 3 jitwessa’ f’v 4 b’ilmijiet kotrana li jagћalqu l-gћoljiet mheżża minn ċaqliq l-art. F’nofs dan hemm Ġeruslemm mћarsa mill-Mulej ta’ l-eżerċti. V 5 jfakkrek f’Ġen 2, 10-14 “u kien hemm xmara ћierġa mill-Gћeden u ssaqqi l-ġnien”. Flok l-ilma qerriedi jidћol ilma li jsaqqi, flok l-ilma mqanqal, l-ilma nieżel ћelu ћelu, flok il-mewt, il-ћajja. “Ladarba dan il-poplu stmerr l-ilma ta’ Silwam, li jgћaddi ћelu ћelu u nћall bil-biża’ quddiem Resin u bin Remalija, gћalhekk, araw, Sidi jtella’ gћal fuqhom l-ilma tax-Xmara kotran u qawwi, is-Sultan ta’ l-Assirja u l-qawwa tiegћu kollha, u togћla ’l fuq mis-swieqi kollha tagћha u taqbeż xtutha kollha; u tixtered fuq art Ġuda, tgћarraq u tfawwar sa ma jilћaq l-gћonq.” (Is 8, 6-8). Silwam hu t-tempju, simbolu tat-toroq tal-Mulej, imma Ġuda gћażlet l-Assirja, qawwa li hi gћadu ta’ Alla.

Il-glorja ta’ Sijon vv 5-7 (ara Is 2 u Tob 13, 11-18), il-kotra ta’ l-ilma hi f’sens teoloġiku, Alla gћajn ta’ ilma ћaj (Ġer 2, 13), hi simbolu tal-preżenza ta’ Alla li mit-tempju jifrex madwaru sliem u ġid. Ġerusalemm hi mdawwra minn art niexfa u gћerja, imma hi l-fidi li tagћti l-ћajja; hi figura ta’ Ġerusalemm tas-sema fejn hemm ‘is-siġra tal-ћajja’ Ap 22, 1. Filun jistaqsi kif inhi din meta Ġerusalemm hi ’l bogћod mill-baћar?

V 5 Belt ta’ Alla (ara Slat 8). Traxxendenza u immanenza, Alla lil hinn mill-ћolqien li jgћammar ġo Tempju mibni bl-idejn. Hemm ukoll il-qdusija ta’ Alla li tfisser ukoll maqtugћ mill-bnedmin bћala midinbin... Alla jgћammar fl-Arka, fit-Tinda, fit-Tempju l-gћamara tax-Xekinа, poplu jiġġerra minn post gћall-ieћor u l-istess Alla hu nomadu. Tidher ukoll l-ideoloġija militari, il-gwerra qaddisa li tћares il-qdusija tat-Tempju, tal-belt u t-Tempju fejn jgћammar il-Qaddis u Ġerusalemm issir żona ta’ salvazzjoni.

V 6 Hi l-belt ta’ l-Immanu ‘el, Alla magћna. Eżekjel 48, 38 JHWH sammah – JHWH ‘qiegћed hemm’ gћalhekk hi mibnija fis-sod, ma titћarrikx. Hi l-bażi tat-teoloġija li Alla jgћix fil-bniedem, tant gћażiża gћal Gwanni u l-istess Marjoloġija ta’ Luqa 1, 31. Din hi l-gћajn tal-fiduċja tal-bniedem ta’ Alla fit-Testment l-Antik u fil-Ġdid.

L-gћodwa hu l-ћin f’waqtu gћal teofanija (S 5, 4; Eż 25-27) wara lejl talb fit-Tempju. Il-lejl hu tqil bћall-provi tal-ћajja u kif jidћol il-jum bid-dawl tiegћu, jidћol il-ћelsien u l-ferћ. Il-ћolqien joћroġ mid-dlam (Ġen. 1, 2-5) , maż-żerniq l-Iżraelin jilmћu l-iġsma ta’ l-Eġizzjani mejta fl-ilma. Sbiћ il-jum hu l-ћin li fih wieћed jisma’ leћen il-Mulej u jagћraf li ‘Alla hu f’nofsna’ v 6. F’konnessjoni mas-Salm ġieli jinqara 2 Slat 19, 35-36 , il-qerda ta’ l-armata ta’ Sanћerib u tmiem l-Assedju ta’ Ġerusalemm.

Ix-xena tintemm b’ċaqliq ieћor ta’ l-art, v 7, gћax Alla jidher u jsamma’ leћnu – sinjal tat-traxxendenza u l-preżenza tal-biża’ ta’ Alla. “Aqwa mill-ћsejjes ta’ l-ilma kotran, aqwa mill-imwieġ il-baћar, qawwi l-Mulej fil-gћoli” S 93, 4. Wara d-dehra tad-dinja ta’ vv 3-4, issa tidћol l-istorja; barra Ġerusalemm l-art titriegћed u ssir kaos, gewwa hemm JHWH, hemm il-ћajja. Sijon hi bћal bieb li jifred barra minn ġewwa.

L-Gћanja tas-sliem dinji (S 8-12)

Magћluqa bejn l-antifoni vv 8.12, insibu kwadru sabiћ tal-ġenna li jiżviluppa t-teoloġija tas-salm: ma’ JHWH wieћed hu fiż-żgur jekk jafda fih bis-sћiћ. Gћandna hawn erba’ appellativi ta’ Alla, JHWH Seba’ot li nsibuh aktar minn 50 darba f’Isaija u fis-salmi ta’ żmien il-monarkija (44, 2-10; 48, 9; 80, 5.20). Alla jmexxi l-eżerċtu tal-kwiekeb u tal-qtajja’ ta’ Iżrael permezz ta’ l-Arka. Immanu’el – Alla magћna, gћażiż ukoll gћal Isaija fil-ktejjeb ta’ Gћimmanu’el. It-tielet hu fortizza – l-gћolja qatt mirbuћa ta’ Sijon li tћares lil kull min ifittex il-kenn fiha. Hi t-traxxendenza ta’ Alla li tћares lill-bniedem, u fl-aћћar “Alla ta’ Ġakobb” (Is 2, 3) u l-poplu ta’ Gakobb (Is 2, 3-4) skond l-istess teoloġija tal-Patt.

“Ejjew, araw x’gћamel il-Mulej” v 9. Alla tal-Bibbja mhux definizzjoni teoloġika imma Alla jaћdem fl-istorja. L-istess kult hu ‘memorjal’ ta’ l-gћemejjel ta’ salvazzjoni b’riżq il-poplu tiegћu. Hi gћalhekk stedina gћall-poplu ta’ Iżrael bћal ma jagћmel Isaija 2, 5, “Ejja dar Gakob, ћalli nimxu fid-dawl tal-Mulej”. Hi stedina wkoll gћall-pagani biex jaraw x’gћamel u jagћarfu ’l Alla ta’ Iżrael. Bћal ma ġara fl-Eżodu, l-gћemejjel ta’ Alla fl-istorja huma kbar u tal-biża’, huma ġudizzju u salvazzjoni, juru lil Alla gћoli u magћna, traxxendenti u immanenti.

V 10 jiftaћ fi sliem, Ġerusalemm belt is-sliem u l-ġustizzja – disarm sћiћ. Hu tip ta’ sliem messjaniku, Alla rebbieћ ta’ l-istorja li ma jġorrx warajh nies imċekkna u priża tal-gwerra, imma ћelsien u sliem, bћal ma titlob Ġuditta “… ma jagћrfux li inti s-Sid, il-qerried tal-gwerer" (Ġdt 9, 7).

Qabel jagћmel l-aћћar stedina gћat-talb, jagћmel stedina lil Iżrael fejn Alla jitkellem: “Biżżejjed! Kunu afu!” v 11. ‘Jien Alla’ u ‘jien il-Mulej ta’ l-istorja’. Jekk it-tieni tiġbor fi ftit kliem is-salm, l-ewwel hi l-formula tal-Patt, ‘Jien Alla tagћkom , intom il-poplu tiegћi’; ‘Gћoli’ turi t-traxxendenza, ‘fuq l-art’ Alla magћna, immanenza. Fundamentali fl-esperjenza tal-fidi hi, mhux tkun taf fuq Alla imma tagћraf ’l Alla, bћal ma nsibu f’Ġeremija :

“Gћalhekk gћad nurihom jien,

Nurihom din id-darba,

Idi u l-qawwa tiegћi,

U jkunu jafu li ismi hu Jahweh!" Ġer 16, 21.

Din l-esperjenza gћandha ċ-ċentru tagћha f’Ġerusalemm: “Bћalma omm tfarraġ lil binha, hekk jiena nfarraġ lilkom u f’Ġerusalemm titfarrġu”. (Is 66, 13) Imma Ġeremija jwissi: “Isserћux raskom bi kliem qarrieq, u tgћidu: hawn hu t-tempju tal-Mulej, it-tempju tal-Mulej, it-tempju tal-Mulej..”, Ġer. 7, 4, gћax il-preżenza ta’ Alla titlob li ,

“ttejjbu l-imġiba tagћkom u gћemilkom,

jekk tassew tagћmlu l-ġustizzja bejn bniedem u sieћbu,

jekk ma taћqrux lill-barrani, l-iltim u l-armla

u ma xxerdux demm bla ћtija f’dan il-post

u ma tmorrux wara allat oћra bi ћsara gћalikom stess.” 7, 6.

Gћalhekk, gћal Gwanni, ‘toqgћod’ ifisser ‘tgћammar’; hekk kif il-kelma fil-bniedem li jemmen meta jilqagћha jwieġeb gћaliha u jagћmilha. B’hekk nifhmu kif Ġesu’ Kristu hu t-tempju l-ġdid ta’ Alla fost il-bnedmin – Alla Kelma li saret bniedem Ġw 1, 14, u waqqaf it-tinda tiegћu fostna, biex b’dan il-mod jibqa’ magћna sa l-aћћar taż-żmien, Mt 28, 20, b’mod li jqaddes l-ispazju u ż-żmien: “Din hi l-gћamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgћammar magћhom, Alla tagћhom. “Ap 21, 3. Bil-qawwa ta’ din il-preżenza nћabbtu wiċċna ma’ problemi u mewt bla ma nibżgћu gћax hu ir-rebbieћ (Ap 5, 5; 17, 14) li ћareġ biex jirbaћ, u gћalhekk ma nibżax .

Ma’ Pawlu ngћidu: “Min se jifridna mill-imћabba ta’ Kristu? It-taћbit, id-dwejjaq, il-persekuzzjoni, il-ġuћ, l-gћera, it-tiġrib, ix-xabla? Bћalma hu miktub: Minћabba fik il-jum kollu jikkundannawna gћall-mewt, jgћodduna bћal nagћaġ gћall-qatla. Imma f’dan kollu aћna aktar rebbieћa bis-saћћa ta’ dak li ћabbna.” Rum 8, 35-37.

Dun Ġorġ Mangion, illum 5 ta’ Ġunju 2008

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

 

Hosted by www.Geocities.ws

1