Salm 45
Gћanja gћat-tieġ tal-Messija-Sultan
– L-Gћanja ta’ l-Gћanjiet fiċ-ċokonDan hu wieћed mis-salmi l-aktar kummentati tas-salterju kollu, mhux biss, imma kemm il-Lhud fissruh fis-sens messjaniku,
kemm l-Insara interpretatawh fis-sens messjaniku u ekklesjali. Teodoru ta’ Mopswestja kien l-ewwel li interpretah f’dan is-sens u bil-ћidma tal-Benedittin Paskasju Radbertu (790-865?) daћal fil-liturġija marjana u matrimonjali tal-liturġija Lhudija Jemenita, bћala innu ta’ ferћ. A.Weiser iqisu bћala innu profan, innu mimli tifћir lil sultan żagћżugћ f’jum it-tieġ ma’ prinċipessa minn Tir v 3, u gћalhekk pagana, fl-okkażjoni tat-tieġ tagћhom. Ma jonqosx min fiż-żagћżugћ jara lil Salamun li żżewweġ bosta nisa pagani fosthom lil bint il-Fargћun. Minn hawn, mindu daћal fis-Salterju, is-salm beda jinqara fis-sens mistiku u spiritwali, iż-żwieġ ta’ Alla mal-komunità ta’ Iżrael.Hu salm solenni, nobbli u mirqum: id-definizzjoni "Maskil" hu terminu sapjenzjali li jqajjem simboli, allegorija u tensjoni li ma ji
nstabux fit-test u li wieћed ifittixhom lil hinn mit-test. Imma f’dan is-salm ikun aћjar li wieћed jidћol fil-fond fit-test milli jmur ’l hinn ifittex xi ћaġa oћra, gћax hemm rikkezza kbira moћbija. Il-forma li fiha s-salm wasal gћandna jixhed it-tifsir li ngћata mill-bidu. It-Talmud jorbtu ma’ Gen. 49, 10:"
u
l-ћatar minn bejn riġlejh sakemm iġibulu l-ћaraġ,u minnu jisimgћu l-ġnus”.
Fost il-kontroll tal-ћajja monastika tal-Qumran insibu kitba ta’ tifћir lil Sara bћala persuna sabiћa, gћarusa b’ġisem perfett hekk li ebda gћarusa jew verġni ma tinstab isbaћ minnha li jisћoqqilha tidћol fl-gћamara ta’ l-gћarus. S.
Ġwann Griżostmu, S. Ġlormu u S. Wistin ilkoll ifissruh fis-sens Kristoliġiku, l-gћarus hi l-Knisja. Vv 7-8 insibuhom ikkwotati fl-ittra lil-Lhud.“Il-kittieb ћafif” fil-fantasija pittoreska gћaraf jikkontrolla l-immaġinazzjoni tiegћu u dak li seta’ jkun l-innu waћdieni profan tas-salterju indirizzat lil bniedem sultan, jagћtih atmosfera spiritwali. Ma jist
ax ma jfakkarniex fil-poema ta’ l-Gћanja ta’ l-Gћanjiet.Dimensjoni letterarja.
It-Talmud ifakkar li S
45 jagћlaq ir-rit tal-Barka tal-miżżewġin u jwissi lill-gћarejjes biex jaqrawh spiss fis-sebat ijiem ta’ wara t-tieġ. Fl-istorja ta’ l-interpretazzjoni tas-salm, it-tradizzjoni li huwa innu gћall-festa ta’ tieġ ta’ prinċep lhudi, hi kostanti. Fiċ-ċerimonjal taż-żwieġ tal-bedwini wieћed jista’ jinnota li l-istess gћarejjes huma indirizzati bћal koppja ta’ slaten u prinċpijiet.L-interpretazzjoni tidher sem
pliċi ma’ l-ewwel daqqa ta’ gћajn, imma komplikata wkoll. It-test gћandu binja qawwija u xi drabi diffiċli tfissru. Mhux lok li nagћti dak kollu li Ravasi jagћti bћala storja ta’ l-interpretazzjoni tas-salm. Nikkonkludi li hu salm regali, (epitalamju), li fil-konkret ċerti elementi ma jћalluniex naraw fih salm messjaniku u spiritwali li jkanta ż-żwieġ mistiku ta’ JHWH mal-poplu. Hu mela fl-ewwel post salm storiku, ta’ żmien ir-rejiet u liturġiku. Ravasi hu tal-fehma li nkiteb gћat-tieġ tas-sultan Aћab ta’ Iżrael ma’ Ġeżabel minn Sidon (874-852 Q.K.). Beauchamp jagћti dawn l-elementi: palazzi ta’ l-avorju, v 9, il-parata ta’ gwerra vv 4-6, bint re, vv 10,14, u n-nies ta’ Tir v 13.Wara din l-ewwel dehra is-salm jew Sitz im Leben (ambjent ta’ kitba), hemm
ћjiel oћra li jagћtu lis-salm dehra ta’ test ta’ kult: hi l-akklamazzjoni ta’ v 18b. L-aћћar interpretazzjoni tas-salm wara l-eżilju issir aktar messjanika. Jekk inћallu barra l-fatt li l-koppja Aћab-Ġeżabel kienet koppja ta’ renjanti mill-aktar akkanita kontra l-qima ta’ JHWH, quddiem il-fatt li kull tama ta’ dinastija Davidika kienet sfumat mal-waqgћa tas-saltna fis-sena 586 Q.K., it-tama tixxettel mill-ġdid u t-tmexxija ta’ Alla (Teokrazija) issir aktar ideali. Gћalhekk fis-salm insibu, ‘sabiћ bћal David,’ v 3, eroj rebbieћ, vv 4, 6, il-wegћda li saret lil David titwettaq v 7, u s-sultan hu bin Alla gћax hu l-midluk, jew iben adottiv v 17.Minn hawn tibda l-interpretazzjoni messjanika tar-rabbini, ibda mit-Targum li jitkellem mis-sbuћija ta’ All
a u tar-re messija isbaћ minn dik tal-bnedmin, u l-ispirtu tal-profezija fuq fommu …. Ir-Rabbi Kimchi fil-v 10 jara l-gћarusa bћala ‘bint Iżrael’, u l-figura tas-sovrani lhud sfumat biex tagћti postha lill-messija sultan. Hekk ukoll l-interpretazzjoni nisranija skond Lhud 1, 8-9, u S. Pawl, ‘dan il-misteru, qiegћed ngћid gћal Kristu u l-Knisja hu kbir’ Ef. 5, 32, u 2 Kor. 11,2, ‘gћax jien gћarrastkom lil gћarus wieћed, bћallikieku kontu xebba safja biex inressaqkom quddiem Kristu’, u l-gћeluq ta’ l-Apok. 21, 2; 22,17, "u l-belt il-qaddisa, Gerusalemm il-ġdida, rajtha nieżla mis-sema minn gћand Alla, imhejjija bћal gћarusa imżejjna gћall-gћarus tagћha.” “L-Ispirtu u l-gћarusa jgћidu: "Ejja".Il-Binja tas-salm.
L-gћanja lis-sultan tiż
volġi fil-kwadru mpinġi mill-pinna ta’ kittieb ћafif v 2 u l-barka ta’ Alla msieћba minn akklamazzjoni, ‘int l-isbaћ’ v 3. Mal-kittieb tingћaqad ġemgћa lejn tmiem il-gћanja li tilqa’ l-koppja b’gћajat ta’ ferћ u joffru rigali, waqt li tfajliet jwasslu lill-prinċipessa sal-palazz tas-sultan.Fil-qalba ta’ l-gћanja nsibu akklamazzjoni l-ewwel lis-sultan li hu mistieden jitћaż
żem, jirkeb gћar-rebћa u jieћu x-xettru tas-saltna gћax iћobb il-ġustizzja u jobgћod il-ћażen, vv 4-10 (żewġ kwalitajiet mitluba mill-istess uffiċċju). Id-dilka tagћmel mis-sultan ‘iben’ ta’ Alla, fost sћabu hu gћandu dan l-unur kbir. F’vv 11-16 jindirizza lis-sultana u jolqtuk il-kliem, isma’, agћti widen u insa ’l ġensek u ’l dar missierek, v 11 (milqutin fil-kas li hi Geżabel). Filwaqt li s-sultan jitgћaxxaq bi ġmielha, hi, sieћba tal-midluk, tingћata dinjità, jingћatalwha xebbiet li jwassluha sal-palazz tas-sultan b’gћana ta’ ferћ, u jagћtuha rigali prezzjużi. Mhux biss, imma se tkun imbierka f’uliedha li tqegћdhom kapijiet fuq l-art.
Is-simboli.
Is-salm, minn fuq s’isfel, ifawwar bi kliem sabiћ ‘Tob’ li tfisser sabiћ u tajjeb, u gћalhekk mimli ferћ, hena u ћlewwa
, mћabba ‘żejt il-hena’ li bih hu midluk is-sultan-gћarus. Tistћajjel qed tinћoloq dehra ta’ Ġenesi qabel il-waqgћa meta Alla ra li kollox kien tajjeb ‘tov’ jew ‘tob’, tajjeb ћafna. (Ġen. 1,31).Hu Salm mimli gћana ta’ kant ferrieћi, riћa ta’ fwejjaћ aromatiċi, u l-gћarusa-sultana mżejjna b’deheb ta’ Ofir, kollha ġmiel, ilbiesha bil-ġawhar u msieћba minn korteo ta’ tfajliet ikantaw gћana ferrieћi.Is-sultan hu sabiћ f’surtu w imżejjen bi kwalitajiet sbieћ, ‘iћobb il-ġustizzja u jobgћod il-ћaż
en’; kollha huma sinjal ta’ barka min-naћa ta’ Alla. Sawl kien ‘żagћżugћ sabiћ…jgћaddi lil kulћadd minn spallejh ’il fuq’ (1 Sam 9, 2), David kien "Żagћżugћ ruxxan, gћajnejh ћelwin u sabiћ fis-sura tiegћu” (1 Sam. 16, 12) u saћansitra Absalom, ix-xewwiexi, ‘ma kienx hemm f’Iżrael kollu raġel ieћor sabiћ xi tfaћћar daqsu’ (2, Sam 14, 25). It-Targum jikkummenta f’ton messjaniku l-barka ta’ Ġuda f’Ġen. 49, 10-12 u jgћid: "Kemm hu sabiћ is-sultan messija li se jqum minn Ġuda! Gћajnejh isbaћ mill-imbid pur, xofftejh aktar bojod mill-ћalib".Xufftejn is-sultan imsawwba ћlewwa – mimlija bil-grazzja gћax magћżul u midluk. Ifakkruk fir-ritratt ta’ l-gћarus u l-gћarusa tal-Gћanja ta’ l-Gћanjiet, kapi 4-5, fejn gћarus u gћarusa huma eku tas-sbuћija ta’ Alla v
4. ‘Hod u hadar ‘ - ġmiel u maestà – koppja teofanika, huma bћal mantell li bih jitkebbeb Alla (SS 145, 5,12; 21, 6; 96, 6). L-ittra lil-Lhud, gћal Kristu tgћid, "hu dija tal-glorja ta’ Alla, xbieha ta’ l-essenza tiegћu” 1,3. Gћalhekk tifhem gћaliex il-Patres japplikaw S 45 gћal Kristu, is-Sabiћ. S.Wistin jikteb: “Sabiћ fis-sema bћala Verb, sabiћ fuq l-art bћala bniedem, sabiћ fil-ġuf, sabiћ fuq dirgћjan il-ġenituri, sabiћ meta jagћti l-ћajja, sabiћ meta ma jistmerrx li jmut, sabiћ meta jagћti ћajtu u meta jeћodha lura; sabiћ meta mislub, sabiћ mimdud fil-qabar, sabiћ meta jerġa’ lura fis-sema. (PL 36,495)L-istess is-sultana hi sabiћa v.12, sabiћ ilbiesha. Id-dehra, dehra ta’ gћarusa mżejjna gћall-gћarus tagћha nhar it-tieġ. Deheb fin ta’ Ofir, fwejjaћ aromatiċi, u kant u ż
fin tat-tfajliet iwassluha sal-palazz tas-sultan li hu ‘hekal’. Is-sultan hu liebes ilbies militari, is-sultana ilbies ta’ gћarusa. Imma fuq kollox il-qawwa ta’ l-imћabba hi mfissra f’dawn is-simboli kollha, li huma parti mill-kwadru folkloristiku tat-tieġ orjentali, imma jagћtu dehra tassew kbira ta’ l-gћarus u l-okkażjoni, li ma tistax ma taћsibx fit-tieġ tal-messija-sultan. Gћal min refa’ Alla ‘żejt il-hena’ biex bih jidlek sultan li jkun aqwa minn sћabu,v 8?Minn Tir is-sultana ġejja fis-Samarija, jissemma darbtejn, vv 11,16, u hemm rifer
enza ċara gћall-palazz ta’ Ahab,1 Slat. 22, 39, ‘djar ta’ l-avorju’; Gћamos jikkundannahom fi 3,15 bћala lussu estrem.Eseġeżi.
“Dak li hu tassew sabiћ hu Alla, u jekk hemm xi ћaġa sabiћa u ћelwa fid-dinja, hi
t-turija tas-sbuћija ta’ Alla…” jgћid Al-Kasciani, mistiku persjan li miet 1330 c. Jgћoddu ћafna kliem Isaija 62, 5:“Bћalma gћarus jitgћarras xebba,
hekk jigћarrsek il-Bennej tiegћek;
u bћalma l-gћarus jitgћaxxaq b’gћarustu,
hekk jitgћaxxaq bik Alla tiegћek. Is.6
2, 5.L-istess imћabba, il-ferћ u l-ġibda li wieћed iћoss huma toroq li Alla fetaћ biex wieћed jagћraf imћabbtu: jekk teżisti l-imћabba, jeżisti Alla, “gћax Alla hu mћabba”, (1
Ġw. 4, 8), u l-imћabba turih lill-bnedmin. Din hi t-triq li jћażżeż is-Salm; l-imћabba taż-żwieġ twassal gћand Alla.Il-kittieb jintroduċi ruћu bћala ћafif. Fl-Iskrittura gћandna ћafna skribi
; Baruk kien segretarju ta’ Ġeremija li ġie mistoqsi: "Gћidilna kif ktibt dan il-kliem?" ...U Baruk weġibhom: "Hu beda jgћidli dan il-kliem b’fommu, u jiena nikteb bil-linka fuq dan il-ktieb" (Ġer. 36, 17-18). Esdra "kien skriba jaf tajjeb il-Liġi ta’ Mosè li kienet ġiet mogћtija mill-Mulej, Alla ta’ Iżrael." (Esd. 7, 6). F’v 2 gћandna l-verb, ‘mahir’ li jfisser jinqala’, ћafif, bћal ilsienu hekk idu. Hemm studju interessanti ta’ O.Roller fuq l-ittri ta’ S. Pawl, li jikkonkludi li l-aktar li l-kittieb seta’ jikteb waqt li Pawlu iddetta kienu 72 kelma fis-siegћa.“Bi kliem sabiћ” v 2, jew ‘tob’ kelma sabiћa-tajba, melodija ћelwa, tiġbdek, rikka u nobb
li. Quddiem Mosè jgћaddi Alla bil-glorja tiegћu, Es. 33, 19, “Jiena ngћaddi tjubiti (tob) kollha minn quddiemek” . Kull tjubija-sbuћija hi eku tal-glorja ta’ Alla.Is-salm hu ‘sir’, kantiku bћall-Gћanja ta’ l-Gћanjiet: l-arti tal-kitba tgћinu jitlob u jfaћћ
ar lil Alla gћax hekk ikun ta’ klassi u mhux medjokri, ikun xieraq, gћax Alla jixraqlu l-isbaћ u l-aqwa. Tista’ tgћid l-Iskrittura kollha, l-aktar il-kitbiet poetiċi li gћandhom din il-forma letterarja, fihom żerriegћa ta’ poeżija u sbuћija li tibqa’ tinћass anke fit-traduzzjonijiet u jkellmu lil kull bniedem ta’ kull żmien u kultura. Is-salmista jagћraf dan u jifhem iqajjem poeżija u fidi u gћalhekk ‘ngћanni’ jgћid v 2, jew ‘rahas’ verb mhux tas-soltu li jesprimi l-qalb tbaqbaq tal-kittieb u tfawwar bi kliem sabiћ quddiem sultan-messija, sabiћ u qawwi, li se jiltaqa’ ma’ gћarustu sabiћa u bi lbiesha sabiћ u kollu ġawhar, li se jdaћћalha biex tgћammar fil-palazz ta’ l-avorju.Il-Vulgata tittraduċi ‘eructavit’ – jew splu
żjoni ta’ kliem ћelu u ferrieћi: il-poeta jћoss li s-salm se jkun espressjoni poetika qawwija. Fil-fatt flimkien ma’ SS 49 u 78, dawn huma tlett salmi li gћandhom auto-preżentazzjoni ċara ta’ l-awtur.V 3 hu ritratt tal-prinċep, ritratt ta’ sultan ide
ali b’karatteristiċi teokratiċi bћal Is. 11, 4-5:“Iżda jiġġudika
lill-imsejknin skond il-ġustizzja,u jagћti sentenza skond is-sewwa lill-fqajrin ta’ l-art
.Isawwat il-kiefra bix-xettru ta’ fommu,
U b’nifs xufftejh joqtol lill-ћaż
in".Is-sbuћija fiż
ika hi karatteristika tas-slaten, ‘jafo jafita’, isbaћ mill-istess sbuћija, hi bћal dik ta’ David u oћrajn, gћax gћandhom rifless mill-istess sbuћija ta’ Alla.Imżejjen b’kelma sabiћ
a ‘hen’, grazzja fuq xufftejh; il-kelma tas-sultan semitiku hi swat gћall-vjolenti u żiffa li toqtol (Is. 11, 4; Apok. 19, 11). Mhux biss, imma tibdel lil min jafda fih u dan ‘gћaliex’ v 3 u v 8, ‘gћalhekk’, tidher l-id ta’ Alla fid-doni tas-Sultan li Alla bierek, gћalhekk sabiћ, ġust eċċ. U din il-barka hi gћal dejjem, v 3, skond il-patt ta’ Alla ma’ David, li ma jinkisirx, (2 Sam. 7) u f’S 72 hu mfakkar il-patt ma’ Abraham ‘ u inti ikun barka’ (Ġen. 12, 3).Ritratt tas-sultan.
Minn hawn jgћaddi gћal dak li gћandu x’jgћid dwar is-sultan-gћarus, kwadru rikk b’kuluri militari u fwieћa ta’ ż
ejt-il hena. Hu kwadru li gћall-oċċidentali jidher kulurit iżżejjed. Is-sultan imlibbes ilbies militari u mgћolli fuq tron, ‘b’sejfek fuq ġenbek’, v 4, hu l-ġeneral ta’ l-eżerċtu u s-sejf hu gћelm ta’ qawwa u setgћa, tan-nobbiltà u tal-messjaniċità. Alla nnifsu jkun li jlibbsu:"Hu Alla
Idejja jћarriġli gћat-taqbida;
Ar
k tal-bronż jiġbdu dirgћajja. S 18, 33, 35.U lbiesu huma l-ġieћ u l-ġmiel - żewġ attributi ta’ Alla. L-istess jgћid S
96, 6:“Ġmiel u sebћ huma quddiemu.”
Id-dehra apokalittika ta’ Min hu ri
ekeb żiemel abjad hi meqjusa l-apoteosi tas-sultan, iben JHWH: "Mbagћad rajt is-sema miftuћ u kien hemm żiemel abjad!... Dak li kien riekeb fuqu jissejjaћ Fidil u Veru; bil-ġustizzja hu jaqta’ l-ћaqq u jagћmel gwerra. Gћajnejh qishom ћuġġieġa nar, b’ћafna djademi fuq rasu, u b’isem miktub fuqu li ћadd ћliefu ma jafu.” (Apok.19, 11-12). Hu ċar li s-sultan hu l-Messija,il-Kristu.V 5.
Is-sewwa u l-ћaqq, żewġ attributi ta’ l-alleanza, huma mtennija minn v 4b, u joћolqu ftit ta’ tћassib, imma minnufih jgћaddi biex jixtieqlu li jara ћwejjeġ ta’ l-gћaġeb, gћax Alla bierku u riekeb fuq karru ta’ sultan se jmexxi eżerċtu rebbieћ f’parata lejn il-palazz. L-gћaliex ta’ din il-parata huma s-sewwa (‘emet) u l-fedeltà (hesed) gћax is-sultan hu l-garanti ta’ l-alleanza ta’ Alla mal-poplu, tat-Torah, dak li hu flok Alla, gћax aktar minn monarkija Alla fehem Teokrazija, is-sultan imexxi f’isem Alla. Tant hu hekk li daћlu karateristiċi messjaniċi: hesed w ‘emet, il-lhudi dejjem fittex u stenna li slaten tal-linja Davidika jmexxu bil-ġustizzja u l-fedeltà u billi qatt ma seta’ jsibhom fis-slaten, waddabhom gћal żmien il-messija. Isaija 9, 6; 11,4,5: “Kbira tkun setgћetu u sliem bla qjies…Hu jwettaqha bil-ћaqq u s-sewwa minn issa u gћal dejjem”.L-istess ngћidu dwar il-missj
oni favur il-fqar (l-anawin) hija eku ta’ Zakkarija 9, 9-10: “Ara s-sultan tiegћek ġej gћandek; ġust u riekeb fuq ћmar, fuq felu ta’ ћmara.”’
Il quddiem naraw kif f’dak li jingћad fuq is-sultan, naraw il-figura tal-messija mistenni u mixtieq.Turik le
mintek ћwejjeġ ta’ l-gћaġeb! v 5. Hawn paralelliżmu moћbi, il-leminija tas-sultan u l-leminija ta’ Alla, l-gћeġubijiet tas-sultan u ta’ Alla, fl-istorja tas-salvazzjoni. Hu s-sultan jew il-messija-sultan.V
6 hu ritratt ta’ sultan liebes gћat-taqbida, wara dak ir-ritratt spiritwali. Salm 18, 35 ikanta li l-Mulej innifsu jћarrġu gћat-taqbida. Hi f’sens ta’ żmien ta’ gwerra kif ukoll li jġib il-ġustizzja barra ż-żmien ta’ gwerra. David ikanta hekk fl-okkażżjoni ta’ mewt ta’ Sawl u Ġonatan:
"Il-qaws ta’ Ġonatan qatt lura ma raġa’
ix-xabla ta’ Sawl qatt ma reġgћet fiergћa. 1 Sam. 1, 22.
L-gћedewwa waqgћu, huma bla ћajja.
V
7. Dak li s-salmista jgћid fuq is-sultan li jilћaq l-aqwa tiegћu – mhux biżżejjed li mlibbes ix-xettru tas-sewwa, bilqegћda fuq it-tron u gћandu d-dilka b’żejt il-hena – imma jindirizzah ‘Elohim’ jew l-ikkonsagrat ta’ Alla, iben adottiv ta’ Alla. Hu titlu li fil-Bibbja jingћata lil bosta, Mosè (Es. 4, 16; 7, 1) Samwel (1 Sam. 28, 13) l-Immanu ‘El, (Is. 9, 5). Osserva li mhux JHWH, l-isem divin ta’ Alla biss. F’2 Sam. 14, 17 u 20 titwaqqaf tixbiha bejn David u l-anġlu tal-Mulej bћal dik f’ Zakk. 12, 8: "Dakinhar il-Mulej ikun tarka madwar in-nies ta’ Ġerusalemm u dak li fosthom ikun se jogћtor dakinhar isir bћal David; u d-dar ta’ David issir bћal Alla, bћall-anġlu tal-Mulej quddiemhom. "Hi teoloġija tal-poplu ta’ Iżrael dwar is-sultan-messija. Mhix barra minn postha kif jaћsbu ћafna: is-sultan kellu barka, v 3, dilka, v 8, u setgћa, vv 5-6. L-appell – Elohim hu vokattiv – lis-sultan hu ‘iben ta’ Alla’ kif jidher mill-insinja tas-slaten, dilka, xettru, tron; hu kważi l-id li tidher ta’ Alla.V
8 jidher il-verb ‘masah’ tidlek, verb messjaniku, u ‘b’żejt il-hena’ . Hu JHWH li jidћol fix-xena biex jidlek lis-sultan-messija, u jagћtih din is-setgћa; u gћalhekk mhux biss hu l-missier tal-familja li qed jorganizza l-festa, imma wkoll dak li qed jagћti din is-setgћa, jew jiddelegah. Biż-żejt Samwel dilek lil David (1 Sam. 10, 1; 15, 17). ‘Żejt il-hena aktar minn sћabu’ jibgћatna f’Is. 11 u jfakkarna f’dak li gћad joћroġ min-nisel ta’ Ġesse li ‘fuqu jistrieћ l-Ispirtu tal-Mulej”. (Ara wkoll Is. 61, 1).V 8. "
Int tћobb il-ġustizzja Jew ‘ix-xettru tas-sewwa’, v 7, u tobgћod il-ћażen” - żewġ kwalitajiet mixtieqa f’min imexxi. Imma aktar hawn gћax is-sultan hu flok Alla li hu ġust u qed jafdalu t-tmexxija f’idejh. “Gћalhekk dilkek Alla”, gћalkemm kwalità mixtieqa, is-slaten tal-linja ta’ David naqsu wisq fiha, u gћal din ir-raġuni Alla qed jidlek lil dan is-sultan-messija. Kwalità oћra tas-saltna hi li tkun ‘gћal dejjem’ v 7.“Il-familja tiegћek u s-saltna tiegћek jibqgћu sћaћ gћal dejjem quddiemi. It-tron tiegћek jibqa’ sћiћ gћal dejjem” 2 Sam. 7,
16. Il-ћsieb messjaniku hu hemm kif jixhed Lq. 1, 32-33: "Il-Mulej Alla jagћtih it-tron ta’ David missieru, u jsaltan gћal dejjem fuq dar Ġakobb u ma jkunx hemm tmiem gћas-saltna tiegћu.” L-aћћar kwalità insibuha f’v 8 li jiġi l-ewwel, ‘aktar minn sћabek’. Alla jћobbu fuq l-oћrajn kollha lil dan is-sultan. Dan ihejji gћal dak li kellu jkun il-Messija, kif tixhed l-Iskrittura, l-aktar Lhud 1, 8-9.S’issa tkellimna dwar kif gћandna naqraw is-salm skond sens
monarkiku, storiku, teoloġiku, Davidiku u messjaniku-Kristoloġiku. L-ittra-omelija lil-Lhud tieћu vv 7-8 biex turi li Kristu hu mgћolli fil-gћoli fuq l-anġli. Jikteb: "It-tron tiegћek, O Alla, …” hu ċar li gћal Kristu kif jixhed il-Ġdid Testment kollu, imma qatt fuq it-test S 45, 7. Kien S. Ġustinu li gћaqqad Sal 110 ma’ dan, u ‘x-xettru tas-sewwa’ gћamlu simbolu uffiċjali ta’ Kristu li jsaltan minn fuq is-salib (Lh. 9, 4; 11, 21). Mhemmx dubju li l-ћażen li jobgћod hu d-dnub, ‘anomia’ Lh. 1, 9, li hu terminu eskatoloġiku li jipponta lejn il-passjoni, u l-messjaniżmu hu Davidiku, profetiku u saċerdotali. “Aktar minn sћabek" huma l-anġli, imma ma jonqosx min jaћseb li huma l-istess insara skond 3, 14. Hekk is-salm jieћu qies ġdid u jsir ritratt ta’ Kristu Re glorifikat, feddej u mexxej.Il-palazzi ta’ l-avorju w il-korteo rjali (vv.9-10) kollox b’togћma orjentali – lbies lussuż, fwejjaћ fl-isfond ta’ palazz impon
enti u daqq tal-kordi. L-gћarusa dieћla biex tiltaqa’ ma’ l-gћarus u tibda’ ċ-ċerimonja taż-żwieġ. V.10 Bniet is-sultan huma l-korteo rjali – jew in-nisa tal-harem li huma d-dota tar-reġina li hi msejjћa ‘segal’ , nom rari li jfisser ‘reġina kbira’. Ħjiel ieћor ,jgћid Ravasi, li s-salm hu ta’ oriġni iżraelitika u mhux Davidika-Gerusalemm. Sultan u Sultana ingћaqdu.V.11 “Isma’ binti…” Is-salmista jkellem lis-sultana b’verbi sapjenzjali fl-imperattiv, Isma’, Agћti widen, Insa’…kienu jiftehmu aћjar f’sens sp
iritwali – ‘Ħares it-Torah’, "Xema’ Iżrael”, l-istess verb hu wżat.Imma l-gћarusa hi simbolu teoloġiku ta’ Iżrael midneb li jiġi mistieden jerġa’ lura gћat-Torah, gћal Alla. It-Targum jinterpreta, insa’ l-ћaż
en ta’ ġensek, waqt li Missirijiet il-Knisja joddottaw l-istess tifsira li jagћtu lill-Gћanja ta’ l-Gћanjiet, u jaraw l-imћabba tal-maћluq gћall-Ħallieq.L-oriġni iżraelitika tas-salm aktar iġġiegћ
elna naћsbu fit-tieġ ta’ Ahab ma’ Ġeżabel u biex din tinqata’ mill-imgћoddi u tidћol fit-Torah, fil-qima ta’ Alla ta’ Iżrael. F’dan il-kas, insa’ tfisser iċћad; u fil-fatt kienet meћtieġa ċaћda ta’ twemmin u stqarrija ta’ twemmin Jahwistiku meta membru ta’ familja rjali tiġi biex tidћol fi żwieġ ma’ membru tal-familja ta’ David. Rut tgћid, “Alla tiegћek, Alla tiegћi” (Rut 1, 16). U Dewt. 7, 3-4 jgћid li dan kien meћtieġ biex żwieġ ikun safi u jitwarrab il-periklu ta’ reliġjon riżultat ta’ tnejn (sinkretiżmu reliġjuż). Jekk hi vera l-ipotesi li s-sultan hu Aћab u s-sultana hi Ġeżabel, din rebћet fuq Aћab dgћajjef u waqqgћet lil Iżrael biex iqim lil Bagћal. Il-profeta ta’ JHWH, Elija li iddefenda l-qima ta’ JHWH kontriha kellu jaћrab u jbati ћafna.V 12. Is-sultan, ‘
l-isbaћ fost ulied il-bnedmin’, ‘jitgћaxxaq bi ġmielek’ u tinżel tqim lil ‘Adon’ tagћha – ġest orjentali ta’ sottomissjoni. Ġgajta nies f’karovana ġew magћha minn Tir mgћobbija b’rigali. Kif tinnota l-Bibbja ta’ Ġerusalemm, is-sens messjaniku hu mdawwal minn Is. 60, 1, 5: "Qum ! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegћek wasal! ... gћax fuqek taqa’ l-kotra tal-ġid ta’ l-ibћra u l-gћana tal-ġnus jiġi gћandek... "V 14. U jdur fuq is-sultana, ‘kollha ġmiel’ , bint sultan u mart sultan fil-palazz tas-sultan, palazz ta’ l-avorju, dehra qisha glorja ta’ Alla, ‘
kabod’; kollox jagћti l-impressjoni ta’ ġmiel u dawl, lbies minsuġ bid-deheb, ġawhar eċċ."
S. Atanasju jikkummenta l-vers, l-i
lbies b’ћaġar prezzjuż tas-sutana huma l-fidi, t-tama u l-imћabba.Vv
15-16, Kif is-salmista jiddeskrivi x-xena, qisu hu stess kien qed jgћix dan il-mument solenni tal-festa – Sћab l-gћarusa jwassluha sal-palazz, idaћћluha fl-alkova … Insibu bosta testi fil-Bibbja dwar dan, Gћan. 3, 6-11; 1 Mak. 9, 37-39; Ġer, 7,34; 16,9; 25,10; Mt. 25,1-12, li aktarx dejjem jinbidlu fl-gћanja tal-laqgћa bejn JHWH u Sijon/il-poplu ta’ Iżrael.V 16.
Il-korteo jimxi biex jiltaqa’ mas-sultan. Sћab is-sultana huma verġni, u gћalhekk hi xena b’bosta riferenzi folkloristiċi u reliġjużi. Tfakkrek fix-xena ‘velatio virginum’ fil-katakombi ta’ S. Prixxilla, Ruma.Hekk jagћlaq kwadru b’ż
ewġ xeni fejn rit, poeżija, simboli u teoloġija huma minsuġa fi kwadru wieћed.L-Iskriba u l-Barka vv 17-18.
Bћal f’vv
2-3, is-salmista jkellem lis-sultan u jbierku waqt li jippreżenta lilu nnifsu u l-ġemgћa. L-awgurju hu aktar gћas-sultan u wliedu li gћad jaћkmu l-art, u hekk il-fama tiegћu titfakkar ‘minn nisel gћal nisel’. Waqt li hi tema tat-teoloġija patrijarkali, fil-kas tad-dinastija Davidika hi twettiq tal-wegћda f’2 Sam. 7. Salamun qiegћed ’l uliedu fuq partijiet tas-saltna, (1 Slat. 4, 7-19) Robogћam (2 Kron. 11, 23) u Aћab (1 Slat. 20, 14).‘L-art kollha’ , tant gћall-Palestina (Dt. 11,
25) kif ukoll gћad-dinja (Ġen,11, 1). Hu x’inhu s-salmi rjali jћobbu jwessgћu l-orizzonti f’sens teoloġiku, biex jiffavorixxu t-tifsira messjanika.V.18 hu vokabularju ewkaristiku, ‘infakkar ismek’ – isem is-sultan se jkun bћal isem divin, jibqa’ gћal dejje
m, u l-popli jingћaqdu miegћu f’innu ta’ tifћir. Żgur li hi żjieda meta s-salm kien adattat gћal-liturġija biex jgћolli ’l Alla u lill-Messija tiegћu fiċ-ċelebrazzjonijiet tat-tempju.Quddiem daw
n is-salmi ma nistgћux nieqfu fuq il-kult li l-awtur iћossu mitluf f’dinja oћra quddiemu, l-anqas ma nistgћu inqisu bil-moћћ tagћna oċċidentali li dan il-poeta hu bћal artiġjan jaћdem waћdu fil-ћanut u jpinġi kwadri sbieћ. Ma ninsewx li l-idea-omm ta’ dawn is-salmi hi waћda, it-tensjoni mfissra fi kliem bejn Alla u l-poplu tiegћu li qed ikanta. Hekk dan is-salm jista’ jitkanta fil-liturġija kristjana u jilbes l-libsa messjanika u ekklesjoloġika waqt li jibqa’ dak li hi r-ruћ tiegћu, gћanja ta’ mћabba u ferћ f’okkażjoni ta’ żwieġ. Hawn u kull darba li wieћed jgћix dik l-imћabba u l-ferћ, ma’ Adam isib is-sieћba tiegћu u waqt li jaqbadha u jћaddanha miegћu jgћid :"Din id-darba din hi
gћadma minn gћadmi,
u laћam minn laћmi
..." – Ġen. 2, 23
“Ejja mil-Libanu, gћarusa tiegћi,
ejja mil-Libanu gћad-daћla tiegћek
Inti sraqtl
i lil qalbi, gћarusa tiegћiInti sraqtli lil qalbi, oћti,
Sa b’ћarsa waћda tiegћek.
Sa b’waћda biss mill-ġawhar ta’ fuq gћonqok!
– Gћanja 4, 8-9.Dun Ġorġ Mangion, illum 19 ta’ Awissu 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa