Salm 44
Lamentazzjoni Nazzjonali
Qum ! Gћaliex int rieqed, Sid tiegћi?
Fis-sena 397 San Ambroġ, qrib mewtu ikkummenta S 44 v 24: “Hi ћaġa iebsa iġġorr ġisem imkebbeb b’dell tal-mewt. Qum, Mulej, gћaliex int rieqed? Se twarrabni gћal dejjem? Kienu l-aћћar kliem tiegћu. Il-bniedem hu kollu kemm hu miġbur f’din l-gћajta li hi ukoll it-talba.” (Hamman A.)
F’din il-kollezzjoni ta’ salmi ta’ Korah, dan hu l-ewwel salm ta’ lamentazzjoni ta’ komunità mhedda mill-gћadu (H. Gunkel) imma qatt mhu wa
ћdu (Heschel) gћax kif jikkummenta Rabbi Mendel ta’ Kotzk, fid-deżert tad-disperazzjoni jfawwru l-ilmijiet mill-gћejun. Hu dan it-tagћlim tal-fidi: imtedd fit-trab u ikber fil-fidi.” Hu salm espressjoni ma taqta’ xejn ta’ poplu maћqur, persegwitat, Iżrael ta’ Alla, mhux darba jew tnejn, fl-Eġittu u l-jasar, imma gћal eluf ta’ snin.L-eżeġeti jaqblu dwar dan u kollha jirreferu gћal żmien jew ieћ
or meta l-poplu kien maћqur, miġjub fix-xejn taћt il-qilla ta’ l-gћadu. Fil-fatt insibu bosta riferenzi gћall-profeti Gћamos, Ġeremija, Isaija kif ukoll S 89. M’hemm ebda riferenza ċara gћal ġrajja waћda, imma hemm ћjiel ta’ telfa militari, v 11, deporatazzjoni, v 12, telfien ta’ prestiġju, v 15-16, tifrik tal-belt, v 20, kif ukoll dan Alla li ma jidher imkien, donnu ma jimpurtahx, waqt li l-poplu jdur lejh gћall-gћajnuna, vv 26-27.Fil-qalba tas-Salm 44 hemm deskrizzjoni ġenerali ta’ diżastru fejn l-gћedewwa xejjnu l-poplu, bis-sultan u l-art kollha ta’ Iżrael (Mowincke). Il-ftuћ
iqabbad ma’ l-imћabba ta’ Alla li jsalva (vv 2-9) u s-sinjali storiċi ta’ l-imgћoddi, l-art ta’ Kangћan (vv 2-4) li hu l-artiklu tal-fidi tal-poplu, il-fidi dewteronomika (Dt. 26, 5-9 u Ġożwè 24). Il-preżent imwiegћer, il-qagћda umiljanti li ma tistax titfisser, toffri paragun qawwi ma’ l-imgћoddi glorjuż (vv 10-23). Kangћan mhux biss hi mћarbta, imma okkupata mill-gћedewwa; u dan gћaliex? Mhux gћax il-poplu kien infidil u dineb, imma gћax hu milqut bћal Gakob innoċenti (vv 18-23). Aћna ppersegwitati gћax inġibu ismek.Imma Alla ma jistax jibqa’ sieket
gћal dejjem. Gћalhekk il-futur hu kollu tama mћabba l-azzjoni salvifika ta’ Alla fl-imgћoddi; fidi fl-alleanza u l-fedeltà ta’ Alla gћall-Patt huma dejjem l-mottiv tat-tama tal-poplu gћax Alla bћal gwerrier qawwi jinżel u jitqabad ma’ l-gћadu favur il-poplu ta’ Iżrael (il-gwerra qaddisa).Il-binja tas-supplika
sserraћ fuq tlieta:Alla fl-ewwel post li jkun mistoqsi, gћaliex dan ? Il-bniedem hu frustrat, iqum kontra Alla, jipprotesta gћax jidhirlu li m’gћamel xejn ћaż
in, ma qiemx allat foloz. Dejjem fil-fond hemm il-liġi tal-kawża u l-effett; il-kawża hu d-dnub u l-effett din il-qagћda. Iżrael ma dinibx u r-raġuni tinsab fil-fatt li Alla gћal xi raġuni inћeba, inqata’ mill-poplu. Il-bniedem ma jifhimx.It-tieni hu l-aћna, Iż
rael (vv 18-23) u fl-aћћar huma, l-gћedewwa, li tћallew gћal riћhom mћabba l-indifferenza ta’ Alla (vv 14-15).Tista’ tgћid li dejjem tingћata ћarsa lura lejn dak li Alla gћamel fl-istorja biex isalva lill-poplu; hu t-twemmin ta’ Iż
rael u l-bażi tat-tama tiegћu. Il-poplu qatt ma jitlob jekk mhux fil-kuntest ta’ l-istorja salvifika u tal-Patt. Gћalhekk, fil-kwadru ta’ din l-intimità, jintużaw kliem bћal “Qum! Ejja biex tgћinna! Eћlisna.” v 27. Is-sejћa ta’ Alla fil-bidu tas-salm tibqa’ tiddomina, dan is-salm li hu ta’ l-aqwa kwalità. Jista’ jinqasam hekk:Simboliżmi.
Is-simboliżmu tal-gwerra qaddisa, fejn JHWH nnifsu hu l-ġeneral, jidher matul is-salm kollu. JHWH jidћol bit-trijonf f’v 4 biex jirbaћ l-art u jagћtiha bћal rigal lill-poplu. L-ark u s-sejf, v 7, jgћollu l-azzjoni ta’ Alla fuq kull ma jista’ jagћmel il-poplu f’din it-taqbida. F’v 8 ukoll ikanta ’l Alla li ћelsu bil-qawwa tiegћu, u tifhem din l-azzjoni ta’ Alla, li issa ma jidhirx, meta l-Arka kienet timxi quddiemhom fit-taqbid. Issa jkollhom iċedu gћax Alla telaqhom u ġew mirbuћa v 11. Kulћadd iżeblaћhom u jitћallas minnhom v 17, sakemm dak li hu rieqed jistenbaћ u jeћlishom. Dejjem hemm tama.
Popli mirbuћa kienu jittieћdu
’l bogћod li ma jerġgћux iqumu; hekk gћamel Alla meta warrab il-ġnus u daћћal lil Iżrael v 3. Is-simbolu hu meћud mill-lat veġetattiv. Ir-rebћa ma ġibhiex il-poplu bis-sejf imma Alla bil-leminija tiegћu; Min fl-aqwa tat-taqbida issa hu rieqed. Ir-rebћa ġiebuha, il-leminija, id-driegћ u d-dija ta’ wiċċek v 4. Imma bћala bnedmin huma umiljati, mitluqa fit-trab u mixћuta ma’ l-art. v 26: dawn jiddeskrivu aktar il-qagћda ta’ l-ilsir mirbuћ quddiem ir-rebbieћ, milli ta’ min qed jitlob quddiem Alla.V
5 jagћti skema politiku fejn Alla hu sultan kbir li jiddeċiedi favur Gakob il-maћbub tiegћu. Hu s-sid ta’ l-istorja, hu fuq il-ћolqien, kollox tiegћu u jagћti lil min iћobb. Imma min hu fuqu biex ma jwarrabx il-poplu u jagћtih f’idejn l-gћedewwa? v 13. Spiss, fi żmien l-imћallfin, Alla “telaqhom f’idejn il-ћallelin li serquhom u biegћhom f’idejn l-gћedewwa tagћhom “ (Imћ. 2, 14). Meta jagћmel dan, Alla qed ibiegћ il-wirt tiegћu, Alla l-ћellies ta’ l-Esodu jsir dak li jbiegћ il-wirt tiegћu gћal ћaġa żgћira v.13. Imma, jitlob f’v 27, ‘eћlisna’, li hu l-verb tal-ћelsien ta’ l-ilsir.Is-simboliżmu mid-dinja ta’ l-annimali jibda minn v
6 fejn bћal barri ‘nitfgћu lura’ l-gћedewwa tagћna (Dt. 33, 17). Issa imma saru ‘nagћaġ gћall-qatla’, vv 12-13, xbiha li spiss insibu fil-Bibbja biex infissru vittma umiljata li se titneћћa. It-tmiem jidher li se jkun ix-Xeol, ix-xejn. U madankollu Alla qed jassisti indifferenti gћal dan it-tkasbir.Eseġeżi.
Il-Kredu ta’ Iżrael mhux xi sensila ta’ veritajiet qosra u studjati dwar Alla min hu, imma sensiela(?) ta’ dak li Alla gћamel b’riżq il-poplu. U dan mhux f’xi klassi ta’ l-iskola imma f’liturġija solenni fejn il-missier jirr
akonta u jfakkar lill-uliedu dak li Alla ћadem biex juri l-imћabba preferenzjali tiegћu gћal ulied Ġakobb. Hi stqarrija ta’ fidi fl-istorja (Heilsgeschichte) minn missier gћall-iben f’kuntest liturġiku u kuntest storiku, ta’ issa, illum. Hi l-katekeżi ta’ l-Gћid skond ma Mosè ordna Es. 12, 26: "Meta mbagћad uliedkom jistaqsukom: x’inhi din id-drawwa? Intom tweġbuhom: ‘Dan hu s-sagrifiċċju ta’ l-Gћid tal-mogћdija tal-Mulej meta hu baqa’ gћaddej minn nofs id-djar ta’ wlied Iżrael fl-Eġittu, meta darab l-Eġizzjani, iżda ћeles lil djarna”. Dawn l-gћemejjel ta’ Alla jitћabbru, jixxandru, jkunu meditati u ċelebrati f’festa u b’ikla ta’ radd il-hajr, bihom wieћed jifraћ u jiftaћar.Is-salm 44 jiftaћ bi stedina gћall-fedelt
à lejn il-kelma li ma tqarraqx. Hemm rabta sћiћa bejn storja u profezija jew storja u tifsira teoloġika, bejn azzjoni salvifika u fidi kif mogћtija fil-kelma ta’ Alla lil Mosè: "Mur gћand il- Fargћun, gћax jien webbistlu qalbu u qalb il-qaddejja tiegћu biex nagћmel dawn is-sinjali tiegћi f’nofshom u biex ixxandar u ssamma’ f’widnejn ibnek u wlied ibnek li jien qagћdt nitliegћeb bl-Eġizzjani, u s-sinjali li jien gћamilt ġo nofshom, sabiex tkunu tafu li jien il-Mulej” (Es. 10, 1-2).L-ewwel artiklu ta’ dan il-kredu hu l-gћotja ta’ l-art ta’ Kangћan
, jew tal-ћelsien sћiћ li beda fl-Esodu. L-imgћoddi jqawwi t-tama fil-qagћda preżenti ta’ tbatija, waqt li l-gћedewwa tal-poplu jaћsbu li dan Alla tagћhom mhux kapaċi jiddefendihom.Gћal Iżrael, temmen ifisser tirrakkonta, jgћid Heschel. Waqt li ‘missiri
jietna qalulna’, aћna ‘smajna b’widjejna’ l-ġrajjiet ta’ salvazzjoni li Alla ћadem b’riżq il-poplu; u waqt li tirrakkontahom tistqarr il-fidi f’Alla, tikber fiha u tqawwilek it-tama. L-id ta’ Alla hi simbolu tal-ћidma tiegћu fl-Esodu, meta id-driegћ u l-leminija tiegћu ћarbtet lill-Eġizzjani. Imma fuq kollox ‘id-dija ta’ wiċċu’ li hi gћajn ta’ kull barka u ћarsien. Dan kollu Alla gћamlu biex isseћћ il-wegћda tad-don ta’ l-art ta’ Kangћan.Id-don ta’ l-art hu
sinjal ta’ l-imћabba ta’ Alla. "U gћaliex ћabb lil missirijietek, gћażel lil nisilhom warajhom; u hu stess ћarġek mill-Eġittu bil-qawwa tiegћu kbira, biex ikeċċi minn quddiemek ġnus kbar u aqwa minnek, u jmexxik u jagћtik arthom b’wirt bћalma hi llum” (Dt. 4, 37-38).It-tieni artiklu marbut ma’ l-ewwel
wieћed, mhux ċar. Insibuh f’vv 5-9 fejn imur fis-singular, ġrajja privata aktar milli tal-poplu kollu. Ir-raġuni tista’ tkun f’v 7 fejn mal-‘Jien’ hemm marbuta l-ark u s-sejf, armi ta’ sultan. Bћal dik ta’ 2 Kron. 20 fejn is-sultan Ġosafat gћolla leћnu f’talba lil Alla fit-tempju qabel daћal gћall-gwerra qaddisa kontra l-Moabiti u l-Ammoniti. Il-‘Jien’ tas-sultan hu l-‘Jien’ ta’ ћafna, ta’ l-eżerċtu li qed jesperjenza l-gћajnuna ta’ Alla f’taqbida deċiżiva.L-aћћar vers bћall-ewwel, hu sejћa
lil Alla. L-arma ta’ Iżrael hu l-isem ta’ JHWH bћalma jistqarr David: "Inti ġejt lejja bix-xabla, bil-lanza u bil-vleġġa; iżda jien ġejt gћalik b’isem il-Mulej ta’ l-eżerċti, Alla ta’ l-armata ta’ Iżrael li int sfidajt” (1 Sam, 17, 45). Mela t-tifћir tagћna, il-hallel u t-tama tagћna hu JHWH, is-salvazzjoni tagћna. Kif ukoll v.6, Bik, f’ismek aћna nitfgћu lura l-gћedewwa tagћna, mhux bl-armi. Imma issa (‘af) kollox jidher gћadda bћal duћћan, issa kollox dlam, djieqa u mrar.Lame
nt dwar il-preżent imċajpar (vv 10-23).Is-supplika
gћandha żewġ fażi. L-ewwel hu l-kwadru tal-qagћda li fiha jinsab il-poplu, il-kittieb tas-Salm: Iżrael hu mċekken, l-armata mћarbta, nies maqtula bћal nagћaġ, l-gћedewwa ћatfulna ћwejjiġna, kasbruna, ћaduna fl-eżilju u biegћuna gћal ћaġa żgћira. Fuq dan kollu hemm is-skiet ta’ JHWH, ma jidher imkien Min kien joћroġ ma’ l-eżerċtu tagћna, jimxi quddiem l-Arka.Imma ejja naraw il-verbi li wieћed wara l-ieћor jiddeskrivu dan in-nuqqas ta’ Alla li wasslu gћal din il-qagћda tal-biki. Fl-ewwel post,
verb ċavetta, ‘warrabtna’ jew ћassart il-patt magћna, li hu l-qofol ta’ l-oћrajn. Gћalhekk ‘ċekkintna’, ‘m’gћadekx toћroġ ‘ma’ l-eżerċtu tagћna’, ‘ġagћltna nduru’ jew inċedu quddiem l-gћedewwa, li ‘ћatfulna ћwejjiġna’. Int, Mulej ‘tlaqtna’ bћal nagћaġ f’idejn il-qattiela, ‘xerridtna fost il-ġnus’, u ‘begћetna’ gћal ћaġa żgћira. Fuq kollox ‘waqqajtna gћaż-żeblih’ ‘ġibtna f’ilsien il-ġnus’ u ‘sirna proverbju, (masal)’, kulћadd jiddieћak bina. Ħdax-il azzjoni, numru imperfett, (tnax nieqes wieћed) juri l-gћajb.
Vv 1
6-17, il-kittieb, sultan jew Iżrael kollu, jiddeskrivi l-istess qagћda ta’ gћajb li fiha jinsab, gћajb, mistћija, żeblih, u tkasbir. L-gћedewwa huma madwaru biex iżebilhu lilu u lil Alla li ma jiflaћx jeћlishom(?). Hi mistoqsija teoloġika: jista’ JHWH jibqa’ ‘l bogћod u ma jsalvax? Jeћtieġ jgћarfu dnubhom u jinћafru, mbagћad Alla jidћol.Vv
18-19. Imma bћal Ġob, is-salmista (il-poplu), ma jafx li telaq ’l Alla bid-dnub ta’ l-idolatrija: mela din il-qagћda hi bla sens u skond it-teorija tar-retribuzzjoni, gћandhom jinћelsu. X’jagћmel? Bћal Ġob isejjaћ ’l Alla biex iwieġeb gћal gћemilu, ladarba hu jћossu bla ћtija u jaћlef fuq l-innoċenza tiegћu. Is-salmista joffrilna gћadd ta’ verbi li jfissru s-sens profond tad-dnub li fil-fond hu ‘ksur tal-patt’.V 20
hu qawwi ћafna; joffri xena ta’ Xeol, ta’ mewt. L-gћadam hu l-esseri tal-bniedem li hu misћuq f’art il-klieb selvaġġi u mgћotti b’dell il-mewt. Espressjonijiet li jirreferu gћad-deżert, post bla ћajja, fejn il-bniedem ma ssibux jew il-ġlieda primordjali bejn id-dawl u d-dlam, bejn Alla u dell il-mewt fil-ћolqien.Vv 21-22
. Kieku insejna, ftaћna jdejna, dorna, ћriġna, kollha verbi tad-dnub skond id-Dewteronomju, li jinsisti, “Ftakar fil-patt, imxi fit-triq, ћares qalbek”.V
23. Jerġa’ lura gћal v 12, in-nagћaġ meћuda gћall-qatla. Hi idea tal-Kotba tal-Makkabin: fil-waqt li f’v 12 kien Alla li ћallihom ikunu maqtula, issa Iżrael qed jinqatel mill-gћedewwa fil-mibgћeda li gћandhom gћal Alla u mћabba f’hekk gћall-poplu ta’ wirtu, persekuzzjoni li ġiet fuqhom u qed isofru gћal Alla u ma’ Alla. “Minћabba fik”. Pawlu fl-innu ċelebri fl-aћћar ta’ Kap 8 ta’ l-ittra lir-Rumani v 36, “Min se jifridna mill-imћabba ta’ Kristu? It-taћbit, id-dwejjaq, il-persekuzzjoni, il-ġuћ, l-gћera, it-tiġrib, ix-xabla? …Gћax jiena żgur li la l-mewt u la l-ћajja….ma jistgћu qatt jifirduna mill-imћabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna".L-istqarrija ta’ innoċenza hi msejsa fuq il-Ktieb tad-Dewteronomju li jappella, ‘ftakar, iċċelebra u agћraf l-gћemejjel kbar ta’ Alla’, gћalhekk, ‘ma jsejniex’ ‘ma ksirniex il-patt’, gћalkemm il-patt kien impenn ta’ mћabba min-naћa ta’ Alla biss, u l-poplu jwiegћed li ma jaqgћax fl-apostasija. V
19 hu t-tielet, id-dnub, dak tat-telqa (Eż. 16,3) u r-raba’, id-dnub ta’ triq-ћajja (Dt. 9, 12.16). Iżrael jidhirlu li hu bla ћtija u gћall-ћames darba f’v 21: Alla li jaqra l-qlub, v 22, jaf b’dan, imma s-salmista hu kuraġġuż biex jgћid dak li ma jaqbilx miegћu. Żgur li jonqsu jitgћallem bћal Ġob li fit-tbatija u t-traġedja, il-patt ikun qed iżomm sћiћ gћax fit-tbatija hemm qawwa li tpatti u ssalva.Ma tonqosx riferenza gћall-Qaddej ta’ JHWH
, Is. 53, li hu ‘meћud gћall-qatla’: It-tbatija mhix skond id-domma tar-retribuzzjoni, kastig gћal gћemilu, imma b’fidwa gћad-dnub tal-kotra. It-tbatija tal-poplu tista’ tkun tbatija gћad-dnub ta’ l-umanità.Fit-tifsira kristjana tas-salm, taћt ix-xbieha ta’ Iżrael naraw il-Ġust, Kristu “hu li flok l-hena li kellu quddiemu, qagћad gћas-salib bla xejn ma qies l-gћajb tiegћu” (Lh.
12, 2). Hekk wieћed jikseb il-fiduċja li waqt il-prova, li ma tfissirx tkun imwarrab minn Alla li ma jimpurtahx, jew kiser il-patt, dak ikun il-mument meta l-patt jiġi imsaћћaћ u mhux kontra, li Alla nesa’, hu indifferenti, warrbek.Sejћa
’l Alla. Tama gћall-ġejjieni (vv 24-27).Hu sejћa,
talba li tћares lejn il-ġejjieni biex Alla jidћol fl-istorja: il-mewt u l-falliment ma jistgћu qatt ikunu l-aћћar kelma fl-istorja ta’ Iżrael. Dan Alla li ‘ћeba wiċċu’ , li telaq lil wirtu, gћad iqum u ‘fit-tjieba tiegћu’ , jerfa’ mit-trab u jeћles. Hi l-istess tama ta’ glorja ta’ Qaddej ta’ JHWH.Hawn ukoll gћandna l-verbi kollha li wieћed
jista’ jimmaġina ta’ dan Alla li nesa’ u telaq il-poplu, is-salmista. ‘Qum, int li rieqed’; imma Alla dejjem jaћdem, dejjem jgћasses (S 3, 8; 7, 7; 121, 4). ‘Taћbix wiċċek’ hi kontra ‘d-dija ta’ wiċċek’ ta’ v 4; il-wiċċ jiddi u daћkan hu sinjal ta’ rebћa u prosperità, waqt li wiċċ moћbi hu sinjal ta’ luttu u tbatija. Alla gћal Iżrael hu bћal xemx, meta ma tidhirx hu bla tama, bla ћajja.“Gћaliex tinsa’? v
25. Jekk li ‘tiftakar’ hu gћajn ta’ qawwa u ћajja, li tinsa hu miżerja, tbatija u mewt. Gћalhekk Iżrael hu ‘mitluq fit-trab, mixћut ma’ l-art” qagћdiet ta’ umiljazzjoni, magћkus taћt riġlejn min rebћu u qed jgћakksu."Qum" v 27
bћala mћallef fil-kawża li qed issir kontra l-poplu, bћal gwerrier kontra min qed jitqabad magћna f’battalja. B’dan kollu qed juri li JHWH mhux xi destin, jew xi qawwa gћamja ta’ fataliżmu imma hu persuna qawwija u attenta, hu rieda li tћobb u taћdem. "Eћlisna” hu l-verb ta’ l-Esodu (padah) u “t-tjieba” hi l-hesed, imћabba fidila gћall-patt. (S 136)Hekk kif fil-bidu tas-supplika, issa wkoll is-salmista jappella gћal dak li Alla gћamel biex isalva lil Iżrael, l-Esodu, l-aqwa fost l-atti ћelliesa tiegћu. Ma jitlobx li jitћallas mill-gћedewwa bћal
SS 74, 79. Kull tama u stennija tiegћu hi f’ Alla li jżomm kelmtu. Salm 44 hu gћalhekk salm ta’ fiduċja minkejja t-tbatija, il-moћqrija li tidher bla sens. Tagћmel tajjeb il-Liturġija tal-Knisja tinqeda b’dan is-Salm f’mumenti ta’ dlam u dieqa.Dun Gorg Mangion, illum 14 ta’ Gunju 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa