Salm 41

Marid jitlob il-fejqan u jrodd hajr gћall-fejqan

L-aћћar minn ġabra ta’ salmi b’ton penitenzjali li sar magћruf mћabba v 10 li Ġesщ jikkwota meta jitkellem minn Guda li biegћu, “Min kiel il-ћobż miegћi tani bis-sieq” (Gw. 13, 18, Mk. 14, 18). Ħafna jaqblu li hu mibni fuq it-teżi retributtiva marda-ћtija tad-dnub, u li jmur lura gћall-era ta’ David u jaraw “f’min kiel minn ћobżi lil Absalom ibnu li qam kontrih, jew lil Akitofel li ittradih." (2 Sam 15, 31; 16, 23; 17, 3-5).

Bosta eżeġeti jaqblu li hu l-aћћar salm ta’ l-ewwel minn ћames kotba li t-tradizzjoni lhudija qasmet il-150 salm fuq l-eżempju tal-Pentatewku u l-aћћar vers 14 hu dossoloġija, jew gћeluq ta’ l-ewwel ktieb, bl-Amen, Amen. Jaqblu wkoll t-tema ċentrali hi wieћed marid gravi li jћossu ћati u waqt li l-marda hi kastig tad-dnub, ћbiebu u l-gћedewwa inġustament jifirћu gћal dak li qed ibati u jixtiequlu l-mewt.

Bћal S 39 dan hu salm ta’ lamentazzjoni u hemm talba ma taqta’ xejn mill-bidu sat-tmiem. Xi ћadd ġie jżur lill-marid mixћut fuq sodda (v 4), forsi qassis li jibda b’barka, ‘hieni’ , u f’v 5, il-marid jitlob lil JHWH u bla ma jsemmi l-marda, jilmenta minn dawk li ġew iżuruh li ћasbu li mhux se jqum anzi jistaqsu, meta se jmut? (Eerdmans).

Hemm ukoll radd il-hajr wara l-marda: Is-salm jiftaћ b’barka u jagћlaq b’nota pożittiva, ‘inti kuntent bija, lili inti ‘żżommni’ wara li fil-vv 5-9 jiddeskrivi l-qagћda kritika li kien fiha. Jacquet jara fih kemm hu hieni min bl-atteġġament ta’ fqar ta’ JHWH ma jiddeċidix waћdu imma jserraћ fuq JHWH. Bћal S 34, imfejjaq minn marda serja, jћalli bћal wirt gћall-ћbiebu tagћlima ta’ umiltа u fedeltà lejn Alla.

Oћrajn gћaqqdu talba / lamentazzjoni u radd il-hajr. L.Fischer jimmaġina sultan li marad marda gћall-mewt u s-sudditi riedu jneћћuh. Xi sudditi leali jintonaw din l-gћanja. Ma jistax jonqos li salm ta’ lamentazzjoni u radd il-hajr jistrieћ fuq talba bażi li hi l-fiduċja f’Alla, vv 3-4, 12-13. (G. Bernini u G.Castellino). Imma l-ftuћ iqiegћed is-salm fl-ambjent tal-liturġija tat-tempju, proklamazzjoni quddiem ġemgћa miġbura biex tagћti qima. (A.Weiser).

Kif jinqasam.

Wara l-ġirja fl-istorja ta’ l-interpretazzjoni tas-salm, jidher li G.F.Ravasi jikonkludi li minn proklamazzjoni solenni ta’ fiduċja (vv 2-4), is-salmista jgћaddi gћall-ilment (vv 5-10) u mbagћad gћal radd il-hajr u tama (vv 11-13). Hemm ilment imma mhux ta’ min iwarrab is-sigurtа u l-paċi li jћoss, tant li donnu jagћti soluzzjoni gћall-problema tat-tbatija.

I. Beatitudni sapjenzjali, vv 2-4. JHWH, fortizza, kenn u gћajnuna, hu idea ċentrali.

II. Ilment kontra l-gћedewwa u l-ћbieb, vv 5-10.

A. Stqarrija tad-dnub, v 5.

B. Ritratt ta’ l-gћadu, vv 6-10.

III. Tama f’Alla, vv 11-13. ‘Ħenn gћalija, Mulej’ terġa’ tidher, v 11 bћal v 5.

Ir-rebћa fuq l-gћedewwa hi akbar mid-dnub. JHWH gћandu jieћu f’idejh il-kwestjoni kollha u jћarsu, irebbћu fuq l-gћedewwa.

Il-binja simbolika.

L-ewwel simbolu hu dak ta’ l-ispazju madwar ‘is-sodda tal-mard’ (v 4) sinjal tal-miżerja u l-iżventura tal-bniedem. L-gћedewwa li jżuruh huma l-ewwel ċirku li joћolqu zona ta’ ostilitа bla kliem madwar is-sodda. Hemm it-tieni ċirku tal-fejqan, ta’ ћajja fil-beraћ (vv 11-13). Nifhmu dawn fis-sens spiritwali u eżistenzjali gћax mill-ewwel tidher id-dimensjoni vertikali li bniedem fil-qies orizzontali mimdud fuq sodda jitqajjem (v 11), joqgћod dritt quddiem Alla, gћax Alla jżommu (v.13).

Il-ћidma ta’ Alla tidher f’ sebgћa verbi gћal daqstant interventi ћelliesa, biex iqum mill-ћażin u jeћles mill-gћedewwa. Il-Mulej iћarsu v 3, jeћilsu v 2, jagћtih il-ћajja, v 3, jhennih fuq l-art v 3, li hu l-istess verb tal-ftuћ, hieni v 2, ma jitilqux gћar-rieda ta’ l-gћedewwa v 3, jieqaf miegћu fil-marda v 4, u jfejjqu mill-mard (v 4b) bћallikieku kien infermier li jagћmillu s-sodda. Hu ‘ifejjqu mill-mard meta jkun mixћut’ (v 4b).

Hemm ћafna verbi, wieћed il-kontra ta’ l-ieћor: (v 7) Min iżurni jgћid u (v.8) jaћsbu dak li hu ћażin; Iżuruni u jgћidu kliem fieragћ, v 7, joћorġu barra jfesfsu bejniethom, v 8; ћabib isir gћadu u ta’ ġewwa jsir barrani. Is-simbolu tal-ћobż hu wieћed univerali ta’ gћaqda, ћbibierija, u jsir sinjal ta’ dinja gћadu. Il-ktieb ta’ Gob (kap 19) jagћraf dan:

Gћebu qrabati u l-ћbieb tal-qalba. Dawk li kont nilqa’ f’dari nsewni (v 14)

Nifsi jqażżeż lil marti, sirt ninten gћal nies dari (v 17)

Il-ћbieb tal-qalb ilkoll jistkerrћuni, dawk li ћabbejt daru kontrija (v 19),

u kollu jissaћћaћ fl-episodju ta’ l-aћћar ikla tal-Mulej meta jinqeda b’v 10 biex joћroġ il-kuntrast li joћloq Ġuda l-Iskarjota f’din l-ikla ta’ l-aћћar ta’ Ġesù ma’ ћbiebu. Joffru wkoll kwadru tas-soċjetà biblika orjentali fejn ikla, okkażjoni ta’ ospitalità, komunikazzjoni u fratellanza toћloq ћajt ta’ firda quddiem it-tbatija ta’ bniedem.

Mhux biss imma ‘ntrefa’ kontrija’ (v 10) hija mġieba ta’ gћadu akkanit, mix-xbieha tal-ġlied fejn ir-rebbieћ imiegћek lill-mirbuћ, jagћtih bis-sieq jew ta’ min jirkeb iż-żiemel gћall-ġlied u jolqot lill-ieћor bit-takkuna taż-żarbun biex iwaqqgћu.

Eseġeżi.

Il-makariżmu ‘hieni’ li jiftaћ is-salm b’v 2, iqajjem ftit tal-kurżità: Min hu l-hieni? Gћaliex min jaћseb fil-fqir u d-dgћajjef ma jidhirx, anzi f’v 4 jitkellem fl-ewwel persuna il-marid li talab il-fejqan u l-Mulej ћenn gћalih u fejjqu. Is-salm fit-traduzzjoni tal-Gћaqda Biblika jaqra ‘fil-fqir u d-dgћajjef’ skond is-LXX. Il-fqir hu msejken, debbli u aktarx maћqur. Ma’ dawn jiżdied ‘d-dgћajjef’ li mhux il-kas gћax min jitlob hu marid fuq sodda.Min qed jitlob hu bniedem li gћamel esperjenza qarsa ta’ bniedem mitluq minn kulћadd fit-tbatija tal-mard anzi ћbiebu daru kontrih; hi l-qagћda ta’ bniedem li Alla nnifsu jdur bih bi ћlewwa, bћal infermier. Min jimxi bћal ma jimxi Alla ma’ dan il-fqir u marid, hu hieni.

V 3. Hi barka retributtiva fil-pożittiv, ‘Il-Mulej iћarsu, jagћtih il-ћajja u jhennih’, u negattiv, ‘ma jitilqux’. L-hena ma tiġix minn dak li jagћmel tajjeb il-bniedem imma mill-Mulej. Dan il-vers kien jintuża mill-Knisja fil-preċi gћall-Papa: “Il-Mulej iћarsu, jagћtih il-ћajja u jhennih fuq l-art…."

V 4. Issa l-Mulej ifejjaq il-marid u jdur bih fuq is-sodda tat-tbatija fiżika u morali.

Ilment kontra ћbieb u gћedewwa (vv 5-10)

Fis-salterju insibu gћal 19-il darba li il-maћfra hi l-gћajn tal-fejqan (dnub-marda, maћfra-fejqan) v 5 “Jien gћidt: ћenn gћalija, fejjaqni gћax dnibt...": il-marda mhix kastig imma sejћa gћall-konverżjoni. Mard fiżiku frott ta’ ћażen morali, it-teżi tal-ћbieb ta’ Ġob. Bnieden maћfur isir bniedem imfejjaq.

V 6. Kważi dejjem f’dawn is-salmi, il-bniedem iћossu midneb quddiem Alla u mhux quddiem l-gћedewwa, li huma l-istess ћażen. Aspett bibliku tad-dnub hu l-iżolament, huma preżenti u assenti. Huma jixtiequlu mhux biss il-mewt imma li ‘ismu’ jitћassar, jew jieqaf jeżisti. L-eskatoloġija Iżraelitika kienet immortalità fil-memorja: barka tawgura dixxendenza, bћall-patrijarki.

V 7. Hu wieћed ‘min jiġi jżurni’, singular gћall-plural. Żjara li tinbidel f’ipokrisija. Ebda saћta jew maġija imma biss xewqa moћbija ta’ ћsara u deni. L-awgurju ta’ saћta tista’ titfisser bil-kliem, ‘tmiem il-ћajja qabel il-mewt.’

Vv 8-9. Jerġa’ lura biex juri kemm l-gћedewwa huma akkaniti kontrih; ladarba marad ‘b’marda mill-agћar’ hu bniedem ћażin. Gћalhekk lejn Alla biss jista’ jdur biex isib ћniena, tama u sigurtà. Fl-ebrajk, il-marda hi ‘marda ta’ Beljar’ jew ma twassal imkien, malizzja, ћażen. Hi personifikazzjoni bћal f’2 Kor. 6, 15: "Xi ftehim hemm bejn Kristu u Beljar?" Hi qawwa tax-xitan ta’ tip apokalittiku.

V 10. L-aqwa ta’ l-ostilità tinsab hawn, meta jidћol ћabib ta’ fiduċja li jinbidel f’aggressur feroċi, li jagћti bis-sieq lill-mirbuћ. Ifakkrek f’Absalom jew Aћitofel u David, il-ћbieb ta’ Ġob jew Ġeremija u mhux inqas Guda jittradixxi ’l Ġesù. Dan il-ћabib hu is-selomi, “il-bniedem tal-paċi tiegћi’, li miegћu kelli rapport ta’ mћabba, (Ger. 20, 10; 38, 22), dak li jiekol il-ћobż miegћek jerfa’ kontrik gћarqubu.

Tama aћћarija f’ Alla, vv 11-13.

Alla jaћfer, Alla jfejjaq, Alla jћobb, Alla jrebbaћ; dan iqawwi lis-salmista li gћalhekk jintelaq biex bil-ferћ irodd hajr l Alla. ‘Henn gћalija’ vv 5,11. , l-imћabba kollha ћniena ta’ Alla tqajjmu. ‘Qum’ hu l-verb gћall qawmien ta’ Kristu, hu l-verb tar-rebћa u tal-ġudizzju ta’ Alla fuq il-ћażin u l-ћażen. Il-marid mhux biss iqum mis-sodda fejn kien mixћut gћall-mewt, imma hu maћfur, imfejjaq u kollu ћajja. U kif Alla jagћmel ġudizzju fuq il-ћażin billi jfejjaq il-marid, fl-istess waqt jikkundanna lill-gћedewwa. U s-salmista skond il-liġi tat-taljun jingћaqad ma’ Alla biex ‘jagћtihom dak li ћaqqhom’ lill-ћżiena (v 11).

V 12. ‘Minn dan nagћraf’, hu stqarrija ta’ fidi, ċert li Alla aktar milli jћobbu, kuntent bih. Kbir hu l-ġudizzju ta’ Alla li ma jћallix lill-gћadu jifraћ bid-deni li jgћaddi minnu min iћobbu, imma jfejjqu u jqajjmu. U dak li kien marid jifraћ, u jgћid: Alla mhux biss iћobbni imma hu ‘kuntent bija’. Alla hu fis-sema u jћares l isfel u jitgћaxxaq bija.

V 13. Iżommni u jqegћdni fil-preżenza tiegћu. Mela maћfur u maћbub (Lq. 15, 11-32).Telaq minn beatitudni mimlija tama u ferћ, jgћaddi minn dell-il mewt tax-Xeol u jaqbad l-art u l-blata tat-tama u l-imћabba.

Dossoloġija, v 14.

Ir-rabbini qasmu l-ktieb tas-salmi f’ћames kotba bћall-kotba ta’ Mosè jew il-Pentatewku u kull wieћed jintemm bl-Amen Amen, li hu l-verb tal-fidi, ta’ min kollu fiduċja jћossu magћqud ћaġa waћda ma’ dak li qed jingћad jew isir fil-liturġija tat-tempju.

“Billi wieћed iqiegћed ir-realtà tal-ћajja u ta’ l-esseri tiegћu f’Alla, ikollu s-sliem u l-paċi tal-qalb. Hawn min jgћid; tingћalaqx fik innifsek, oћroġ, iddeverti, fittex il-feliċità: Gidba. Oћrajn jgћidu: idћol fik innifsek u hemm issib il-mistrieћ: Gidba oћra. Il-mard u l-gwaj jiġu fuq kulћadd. Il-ferћ u l-hena la huma barra minna anqas ġo fina imma biss f’Alla li hu barra minna u ġo fina." B.Pascal.

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1