Salm 40
Radd il-hajr u talba gћall-gћajnuna
Salm li jibda bћall-Magnificat u jispiċċa bћal ‘minn qiegћ l-art insejjaћlek Mulej”. (F. Delitzsch). Salm li diffiċli tiġbru f’ġeneru letterarju. Japplika dak li jgћid il-psikologu-filosfu E. Fromm li “ћafna salmi mill-bidu sat-tmiem jiddeskrivu ruћ is-salmista fil-bidla li ssir fihom, bidla dimamika. L-imgћoddi hieni gћadda imma jimla’ bit-tama li wieћed jerġa’ lura gћall-hena ta’ qabel.
Kraus jaqsmu fi tnejn: l-ewwel parti tifћir, it-tieni talba. Gћal bosta e
żeġeti, vv 1-11 huma hajr gћall-ћelsien mill-mewt u vv 12-14 huma karba ripetuta f’Salm 70. Fil-fatt G.F. Ravasi jara fih taћlita ta’ radd il-hajr, ilment u fiduċja u billi jinsab f’kollezzjoni ta’ salmi li jagћmlu riflessjoni fuq id-dnub, (SS 38-41) id-dnub jidher bћal prova, xbiha tal-mewt-abbiss li l-ћniena divina biss tista’ teћles lis-salmista mill-bir waћxi. (Vv 3, 12)Il-versi 14-18 huma eku ta’ S 70: fil-fatt
xi versi insibuhom f’salmi oћra bћal S 35 (vv 4, 21, 26-27) u v 15 f’S 71, 13.Hu diffiċ
li tagћmel analisi letterarja tas-salm bil-ћafna kuluri tiegћu ; nimxu bil-mod. Il-ћafna taqsimiet tas-salm ġejjin minn żminijiet differenti waqt li l-aћћar forma saret wara l-eżilju. Gћandu ritmu kostanti ta’ eleġija (qinah), ritmu maqsum 3+2 aċċenti.Kif jinqasam.
Is-salm gћandu diversi movimenti fin-nuqqas ta’ binja strutturali. Is-salmista ћeles minn xi nkwiet kbir li gћoddu wasslu gћall-mewt v
3 u gћal dan qed jiżżi hajr lil JHWH f’ġemgћa kbira v 4. Iћabbar ‘beatitudni’ v 5 waqt li fuq fommu tqegћditlu ‘gћanja ġdida’. Fil-kwadru tal-‘Kredu’ ta’ Iżrael li jxandar il-kobor ta’ l-gћemejjel tal-Mulej, is-salmista jkanta lil JHWH gћas-salvazzjoni li ћadem f’ћajtu.Hu mhux se joffri sagrifiċċji ta’ annimali, imma xi ћaġa aqwa li aktar togћġob lill-Mulej: attitudni interjuri imsieћba ma’ tћabbira tal-kobor tal-Mulej. Hawn ma jћalli ebda wieћed mill-attributi ta’ JHWH ћellies li huma, verit
à u fedeltà (emunah u emet), ġustizzja (sedeq), salvazzjoni (jesu’ah), u grazzja (hesed). Ma’ dawn iżid il-ћniena jew l-imћabba vixxerali ta’ Alla (herem) li donnu kiser is-skiet u daћal gћalih fil-hemm tiegћu.
Hawn jagћtina salm 70 li hu supplika: saћta fuq l-gћedewwa, barka fuq il- ġusti bi tmiem sabiћ kollu fiduċja u tama. Vv 12-13 huma versi li jgћaqqdu S
70 mal-bqija.1 strofa vv 2-4: ‘
2 strofa vv 5-6: ‘hieni l-bniedem’ u stqarrija tal-fidi.
3 strofa vv 7-9: meditazzjoni profetika fuq il-qima vera.
4 strofa vv10-11
: gћanja ta’ hajr fil-ġemgћa liturġika.5 strofa vv
12-13: jgћaddi mill-hajr gћat-talba.Salm 70 jew vv 14-18
: Stedina gћat-talb v.14.
Jisћet
lill-gћedewwa vv 15-16.Ibierek lill-ġusti v 17.
Sejћa ta’ l-aћћar v.18
Simboli.
Simbolu qawwi hu t-tћabbir, jew evanġelizzazzjoni: L-gћajta
v 2, fommi, gћanja ġdida, gћanja ta’ tifћir, v 4, inxandar, nitkellem, insemmihom v 6, xandart, ma żammejthomx magћluqa, ma ћbejtx, ћabbarthom, v 11.Simbolu ieћor hu
wa s-smigћ min-naћa ta’ Alla, fil-frażi, ‘niżel ћdejja’, ‘sama’ l-gћajta tiegћi’, dehra ta’ Alla li jmil mis-sema u jagћti widen biex jeћilsu mix-Xeol u jsaћћu v 2. ‘Widnejja inti ftaћtli’ v 7 biex nisma’ l-gћanja li qegћdtli fuq fommi, gћanja ġdida ta’ ћelsien. Sidi li jaћseb fija ma jdumx ma jgћinni v 18.Simbolu negattiv hu da
k ta’ l-gћadu jew il-bir waћxi, mimli ћama u tajn li minnhom ћelisni l-Mulej u qegћedli riġlejja fuq il-blat, Alla blata tas-salvazzjoni tiegћi. Hawn personifikazzjoni tal-Mewt, l-akbar gћadu. Ġer. 38, 6:"
V
5 jitkellem minn ‘kburin, mogћtija gћall-gideb’ li huma l-idolatri jew ‘rehabim’, minn Rahab, nies ta’ Rahab li kienu simbolu tal-kburija idolatra.Ħtijietu huma l-gћedewwa ġewwinija, li bћal annimali jdawwruh u jagћfsu fuqu.
v 13.Eseġeżi.
Ittamajt b’tama v
2 hu ebrajiżmu, Alla b’passjoni qawwija ta’ tama miel lejja. Hu sewwasew il-maqlub ta’ dak li jagћmel il-poplu lejn Alla li jћobbu f’Is. 5, 1-7, l-gћanja ta’ l-gћalqa tad-dwieli. It-tama li wieћed iqiegћed f’Alla qatt ma tiġi nieqsa. Alla mhux magћluq gћalih waћdu fis-sema u ma jimpurtahx, talli miel lejja, niżel ћdejja . Ara Ħos. 11, 4:"
U kont gћalihom bћal min jerfa’ tarbija ma ћaddejh, U lejha mmil nitmagћha.”
Alla sema’ l-gћajta tiegћi
v 2 u mill-ewwel ћelisni mill-ћama u t-tajn tax-Xeol v 3 u tellagћni fuq blata, jew tani ћajja ġdida; gћalhekk ‘gћanja ġdida qegћdli fuq fommi’ v 4. Salm 69:"
ћarisni minn min jobgћodni
u eћlisni mill-ilma fond.
Tћallix iġorrni l-ilma
jew jiblagћni d-dagћbien
u jingћalaq fuqi l-bir. V
v 15-16.Il-Knisja ewlenija, skond San Ġlormu
, kienet tara f’dan riferenza gћall-magћmudija: Kristu joћroġna mill-ћażen tad-dnub u jqegћedna fuq il-blata li hi Hu. (1 Kor. 10, 4)Is-simbolu tal-‘passi’ u ‘r-riġlejn’ huma mixi ta’ ћajja ġdida li issa jipproklama bl-gћanja. Hi gћanja eskatoloġika li tistqarr l-intervent salvifiku ta’ JHWH fl-isten
nija tat-tiġdid Messjaniku. (S 96) Gћalhekk hu JHWH innifsu li jqegћdlu fuq fommu ‘gћanja ġdida’, gћax meta nipproklamaw il-fidi, hu Alla li jitkellem bina u fina. Pawlu jsejjaћ il-predikazzjoni ‘ix-xhieda ta’ Kristu’. (1Kor. 1, 6).Ħafna jaraw u jimtle
w bil-biża’ v 4b. Hi kerygma li tnissel il-fidi u ‘l-ћafna’ jaraw u jimtlew bil-biża’. Il-Biża’ hi r-reazzjoni ta’ dawk li jemmnu quddiem il-fatti storiċi tas-salvazzjoni, u jqegћdu t-tama tagћhom fil-Mulej waqt li jintelqu fih fl-imћabba. Ħjiel tajjeb biex naraw li s-salm inkiteb wara l-eżilju gћax ir-restawrazzjoni ta’ Iżrael kienet qawmien ġdid minn mewt, bћall-ћelsien mill-Eġittu. Fl-eżilju il-poplu staqsa: fejn hu Alla? Issa wera l-kobor tiegћu u ivvendika l-eżistenza tiegћu billi ћadem favur il-poplu.It-tieni strofa (vv 5-6)
tiftaћ b’hieni u bi stqarrija ta’ fidi – Hieni l-bniedem (S 1, 1) posittiv gћax iqiegћed it-tama fil-Mulej, u negattiv gћax ma jmurx mal-kburin u l-idolatri giddieba, ulied Rahab, il-mostru ta’ l-idolatrija. ‘Tama’ torbot ma’ ‘jittamaw’ v 4. Dan hu l-qofol tal-“gћanja l-ġdida”; ċelebrazzjoni tad-don tal-fidi-fiduċja. It-TM jaqra “Hieni l-bniedem li fih JHWH qiegћed (sam) il-fiduċja tiegћu” jew fidi mogћtija (gratwità) minn JHWH: is-LXX jaqraw, "hieni l-bniedem li l-isem ta’JHWH (sem) hu l-kenn tiegћu’, fejn mhemmx aktar gratwità. Imma xorta waћda jipproklamaw li f’Alla biss hemm sliem u sigurtà (S.1,1-2).‘Ma jmurx’ v 5b, ‘ma jdawwarx wiċċu’ lejn il-kburija u l-gidba jew l-idolatrija (S 26,
5).Tinћass l-istmerrjia ta’ l-idoli, polemika qawwija bejn il-Lhud u l-Lhud li waqgћu taћt l-influwenza tal-Greċja, jew l-ellenizzati. Seta’ nkiteb fis-seklu III QK.Il-Kredu lhudi li diġà
semmejt, hi din il-proklamazzjoni tal-gћeġubijiet ta’ JHWH li tant huma kbar li ma jistax ma jxandarhomx, jitkellem fuqhom u jsemmihom kollha v 6: huma l-fidi tal-patrijarki, l-Esodu u d-don ta’ l-art. Dawn huma ћafna, bla gћadd, tant li ma jsibx tarf biex jgћoddhom u jsemmihom. Huma gћemil ta’ JHWH li ebda kliem m’hu se juri l-kobor ta’ gћemilu; “Gћax min hemm fis-sema daqs il-Mulej? S 89, 7.
It-tielet strofa (vv 7-9)
hi teoloġija profetika mill-isbaћ: Alla ma jistenniex sagrifiċċji tal-ћruq daqskemm li wieћed iћares it-Torah, jagћmel ir-rieda ta’ JHWH. (Dt. 6,6; Ġer 31, 33) Il-profeti talbu rabta sћiћa bejn talb u ћajja, il-qima u l-ġustizzja soċjali. “Jaqaw il-Mulej jogћġbuh il-vittmi tal-ћruq u s-sagrifiċċji aktar mis-smigћ tal-kelma tal-Mulej?” (1 Sam. 15, 22). L-akkuża ta’ JHWH kontra Sawl.L-Ebrajk m’gћandux il-komparattiv hekk li ‘thobb inqas’ issir ‘tobgћod’. (Lq. 24,
16). Mela JHWH iћobb aktar li wieћed jisma’ milli joffri sagrifiċċji, jobgћod dawn u jћobb is-smigћ. B’hekk iwarrab l-erba’ sagrifiċċji : Zebah, sagrifiċċju tal-ћruq bl-ikla ta’ l-aћwa, (Lev 3,1-2), minhah, tal-ћxejjex,( inċens Lev 2,1-2) ‘olah, sagrifiċċju bil-ћruq sћiћ tal-vittma u hatta’ah, gћall-maћfra tad-dnub (Lev 4, 2-3). Il-profeti fehmu joћorġu l-poplu minn sagraliżmu maġiku tal-qassisin, gћal qdusija vera ta’ mġieba ġusta.Widnejja inti ftaћtli
v 7b – Mela JHWH donnu qed jagћmel xi ћaġa mal-bniedem, jaћdem fil-kuxjenza tiegћu biex jiftaћlu widnejh ћalli jisma’ u/jew jobdi, darba l-istess verb ebrajk ifisser tisma’ u tobdi. Alla jaћdem f’qalb il-bniedem biex tkun imhejjija tisma’ u tobdi u hekk ikollha l-vera reliġjon.“Imbagћad jien gћidt, fil-bidu tal-ktieb jew fir-romblu hemm miktub..”
v 8. L-istess kif insibu f’Ġer. 36, 2-4 “fir-romblu tal-kitba” tal-profeziji u f’ Eżek. 2, 9:“Jien ћarist u rajt id riesqa lejja, u ara, f’dik l-id kien hemm ktieb imkebbeb.”
Il-kelma li kienet l-ikel tal-profeta, kienet it-Torah “Mhux bil-ћobż biss jgћix il-bniedem…” kif naraw f’
v 9: it-Torah tgћidlu x’gћandu jagћmel biex jogћġob ’l Alla. Ifhem, flok sagrifiċċji tal-ћruq u offerti. Il-Pentatewku jew it-Torah kien ir-romblu l-aktar prominenti fis-sinagogaV
9 “Li nagћmel ir-rieda tiegћek” hi l-imġieba ta’ min jisma’ u jobdi dak li hemm fit-Torah. F’v 7 qal li ‘lilek ma jogћġbukx sagrifiċċji’ u issa jgћid, ‘dan jogћġobni, li nagћmel ir-rieda tiegћek’. Hi l-vera spiritwalità profetika u dewteronomista. Tћares ’il quddiem lejn it-TĠ kif imћabbar minn Ġeremija 31, 33, “nikteb il-Liġi tiegћi f’qalbhom”. Hu sewwasew gћalhekk li l-awtur ta’ l-Ittra lil-Lhud iqiegћed dan il-kliem fuq fomm Kristu hu u dieћel fid-dinja f’Lh. 10, 4-7. Skond it-traduzzjoni tas-LXX flok widnejja jaqra ‘ġisem int hejjejtli’, b’riferenza qawwija gћall-Inkarnazzjoni fid-dawl tal-Qawmien. Hawn iћalli barra t-Torah li nsibu f’Ġer. 31, 33 u jitkellem minn ‘ġisem’ gћax f’ġismu mejjet wettaq il-Liġi u l-profeti u l-alleanza l-ġdida mћabbra f’Ġeremija. L-Ittra tkompli tagћti lis-salm tifsira Kristoloġika (Lh. 10, 8-10) L-awtur iqiegћed is-sagrifiċċju ta’ Kristu li kien perfett u effikaċi kontra dawk ta’ l-Antik Testment li ma kellhomx saћћa jaћfru d-dnubiet..Ir-raba’ strofa (vv 10-11) radd
il-hajr fil-ġemgћa. Biex irodd hajr gћall-gћeġubijiet ta’ ћsibijiet JHWH u l-gћemejjel tiegћu, jiġbor ġemgћa kbira u hemm ixandar il-ġustizzja ta’ Alla. Wieћed jipproklama , ġemgћa tfaћћar, min irċieva jsir appostlu fost ћutu kif jingћad: “Niżżik hajr qalb ġemgћa kbira". (S 35, 18; S 22,26) Dan hu ћsieb qrib ћafna tat-Tieni Isaija:"
Hi xandira ta’ ferћ ta’ min gћadu kif ћeles mill-jasar tad-dnub u jista’ jerġa’ lura lejn
Ġerusalem. Hekk is-salmista jiċċelebra ћelsien li hu realtà ekklesjali ћajja f’Iżrael.“Xuftejja ma żammejthomx magћ
luqa v 10 u fetaћhom f’gћanja ġdida v 4. Ieћor minn erba’ verbi li jfissru evanġelizzazzjoni. Ma żammejthom fis-sigriet ta’ qalbi imma xandart f’ġemgћa liturġika. Irodd hajr gћall-gћemejjel ta’ l-gћaġeb ta’ Alla imma fl-istess waqt jaf li dan kollu ġej mill-imћabba ta’ Alla, frott ta’ l-alleanza. Gћalhekk jissemmew is-sitt attributi divini tal-Patt li huma, il-ġustizzja v 10. (sedeq), il-fedeltà (emunah), Salvazzjoni (jeshua), tjieba (hesed), fedeltà (emet) u grazzja . Gћall-profeti u l-Bibbja kollha, l-individwu li jingћata sejћa, grazzja jew rigal ta’ Alla, qatt mhu iżolat, qatt mhu gћalih, imma gћall-komunità nazzjonali kollha kemm hi.Il-ћames strofa (12-13)
jgћaddi gћal-supplika. U hawn insibu s-sitt u l-akbar attribut divin li hu l-imћabba ta’ omm, imћabba vixxerali (rehem)" v 12. Hu ċert li Alla qatt mhu se jћallih gћax iћobbu aktar minn omm."
Madankollu jћoss li gћandu jitlob bil-kliem “La ċċaћћadnix…”
v 14. Hu f’qagћda drammatika minkejja ‘l-gћemejjel’ kbar ta’ Alla v 6: ‘ћtijieti ћakmuni’, gћax kull ћtija, kull dnub jieћu kastig, huma ћafna, mela jitolbu kastig kbir, u qalbi maqtugћa v 13.Salm 70, vv 14-18.
Ħelu ћelu jidћol f’dan is-salm li sar famuż fil-liturġija tal-Knisja li tinqeda bil-vers 14 fil-ftuћ tal-liturġija tas-sigћat. ‘Fittex gћinni’ v 14 u ‘iddumx ma tgћinni’ v 18 juru talba qawwija u li ma tafx tistenna.“Ħa jistћu u jinfixlu”
v 15 li hi saћta kontra l-gћedewwa, hi segwita minn barka, "jithennew u jifirћu bik dawk li jfittxuk" v 17. Ħalli l-korla ta’ Alla tinżel fuq l-gћedewwa! U dan gћal tlett raġunijiet, gћax fittxew ineћћulu ћajtu, ferћu bid-deni tiegћu u ddieћku bih. Vv 15-16. Il-ġust jithenna fl-imћabba kbira ta’ JHWH gћax iћobb it-Torah, waqt li l-ћażin jithenna fit-tbatija tal-ġust u jiddieћak bih gћax jafda f’JHWH. Imma hemm it-tielet protagonist li hu Alla, li jista’ jbiddel ix-xorti ta’ l-istorja tiegћu.V
15. Jifirћu bid-deni tiegћi. F’v 7, gћandna lil Alla li jitgћaxxaq bil-bniedem ġust li jћares it-Torah bi preferenza gћall-dak li titlob f’sagrifiċċji, is-smigћ qabel il-vittmi tal-ћruq. F’v 9, insibu lil bniedem ġust li jogћġbu aktar li jagћmel ir-rieda ta’ Alla. Waqt li l-ћżiena jifirћu, il-gost tagћhom hu li jifirћu bid-deni li ġie fuq il-fqajrin: dawn imma ‘jerġgћu lura mћawwda’, jew Alla se jћawwadhom meta x-xorti ћażina tal-hienja tiegћu tinbidel f’ferћ:“Henjin intom li gћalissa tibku, gћax gћad tithennew” (Lq. 6,
21b)V
17. hu barka gћal dawk li jfittxu l-Mulej. Tlieta wkoll huma l-kwalitajiet tal-ġust: Ifittex ’l Alla, jgћid “Kbir il-Mulej” u jћobb is-salvazzjoni tal-Mulej.L-Gћeluq tas-salm
v 18 hu djalogu bejn l-awtur u Alla li jibqa’ l-gћajnuna u l-ћellies tal-‘fqajjar u l-imsejken’, deskrizzjoni teoloġika fundamentali tal-ġust: ‘ani’ fqir, ( insibuha 29 darba fis-salmi) u ‘ebjon’, dak li hu fil-bżonn, l-imsejken, (20 darba). L-imћabba tenera ta’ Alla tinfirex fuq min hu maћqur, bla kenn u dak li qalbu miftuћa gћalih. Il-karba kollha ћniena ta’ l-anawim hi dejjem “Iddumx ma tgћinni" v 18. Hawn isejjah, "Sidi", Adonaj, u f’S 70 insibu “Alla”, Elohim, li hi aktar f’postha . Kif ukoll “fittex gћinna” hi aћjar minn “jaћseb fija” ta’ S 40.Gesù
Kristu li ntelaq f’idejn il-Missier u fittex dejjem jagћmel ir-rieda tiegћu li kienet il-ћobż tiegћu (Gw. 4, 34; 14, 31; 10, 17) meta tela’ fuq is-salib gћas-salvazzjoni tagћna ћalla f’idejn il-Missier biex jeћilsu minn idejn il-ћżiena u ћelsu. Gћajjatlu u deher li kien trux, imma miel lejh u refgћu mix-Xeol. Issa Gesù, fil-ġemgћa tal-Knisja jxandar, "Kbir il-Mulej" li ġieb fix-xejn l-gћerf tad-dinja bil-bluha tas-salib.Dun Gorġ Mangion, illum 19 ta’ Frar 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa