Salm 37

Il-premju tat-tajbin u l-kastig tal-ћżiena

Waqt li qegћdin naqraw dan is-salm, gћandna x-xorti li nistgћu naraw xi kummenti li nstabu fost il-manuskritti ta’ Qumran u hekk ikollna ћjiel ta’ l-eseġeżi li gћamlet din il-komunitа li gћexet elfejn sena ilu. Nistgћu nifhmu kif kienet tinstema’ l-kelma ta’ Alla f’komunitа li kienet tgћożż u żżomm ћajja l-imћabba gћall-qdusija b’ћajja mseddqa, qaddisa u safja.

Hu salm alfabetiku – kull strofa tibda b’ittra ta’ l-alfabett – binja ћafifa biex tiftakarha imma l-ћsieb jiġġebbed xi ftit marbut kif ikun ma’ l-ittra li jmiss. Gћalkemm jirrepeti ruћu, il-ћsieb jiżviluppa b’mod ċar. Dan is-salm sar magћruf ћafna fil-Kristjaneżmu gћax jinġabar fil-beatitudni, “Henjin il-ġwejdin, gћax huma jirtu l-art” (Mt. 5, 5).

Jgћid Dupont: “Is-salm jifhem iqawwi qalb it-tajbin biex ma jinkwetawx meta jaraw il-ћżiena mimlija ġid u t-tajbin fil-miżerja. Tgћidux : Kif jista’ qatt Alla jippermetti dan?” L-gћaref jaf mill-esperjenza li l-hena tal-ћżiena ma ddumx kif it-tbatijiet tat-tajbin ma jdumux ma jċedu posthom gћal hena li tibqa’. Ittama fil-Mulej, kun ġwejjed gћax il-ћżiena jitћassru mill-art waqt li t-tajbin jirtu l-art. Il-wegћda li Alla gћamel lil Abraham hi l-bażi tat-teorija tar-retribuzzjoni, (v 22); il-ġwejdin jiksbu l-art waqt li l-ћżiena ma jibqgћux bla kastig”.

Il-veri protagonisti.

L-ewwel hu l-awtur li hu anzjan, “issa xjeћt” v 25, tip ta’ bniedem gћaref li hu mdawwar minn żgћażagћ kemxejn dubjużi u bla sabar gћax jaraw li l-pjan ta’ Alla jdum ma jitwettaq. L-gћaref jassigura: Stenna u tara.

Tidћol klassi oћra – il-fqar ta’ JHWH, l-anawim, li flimkien ma’ l-awtur, isiru l-veri protagonisti. Huma ‘ġwejdin’ v 11, li fost l-akbar diffikultajiet, iżommu sћiћ fil-fidi tagћhom quddiem dawk il-ġrajjiet li jidhru bћala kontradizzjonijiet ta’ l-istorja kif ukoll it-tbixkil tal-ћżiena, l-inġustizzji.

V 9 isemmi klassi oћra, klassi ġdida – qowe JHWH – min jittama fil-Mulej.(S 25, 3; 69, 7; Is. 40, 3; 49, 23). Dawn gћandhom fiduċja gћamja f’Alla gћax jafu li ma jidћak b’ћadd. “Ittama fil-Mulej” v 34, imqar meta s-sћab jiksi bid-dlam l-eżistenza tiegћek. Dawn huma wkoll ‘saddiqim’, ġusti (vv 12, 16, 17, 21), il-kontra tal-ћżiena. Skond it-teoloġija biblika hu ‘l-fidil’, u f’dik sapjenzali hu ‘l-gћaref’. Huma wkoll ‘hassidim’ v 28, twajbin, qaddejja fidili u ћerqana ta’ Alla, ikkonsagrati lil Alla u minnu mћarsa.

Terminu mhux tas-soltu hu ‘geber’ v 23, jew bniedem, aktarx bniedem qalbieni u gwerrier, hu fi kliem Prov 24, 5: “l-gћaref aqwa minn wieћed b’saћћtu, min gћandu t-tagћlim aqwa minn dak li jiflaћ” - ‘Geber’ hu bniedem sewwa, jћobb is-sliem ,v 37, “il-Mulej isaћћaћ il-mixi tiegћu” v 23, hu bniedem sod, dritt, ma ssibx xejn xi tgћid fih. L-istess jingћad gћal ‘anawim’, nies ta’ fidi mitluqin f’ Alla, hienja u gћonja spiritwalment. Huma biss, nies gћorrief u ta’ fidi, jifhmu l-ġrajjiet ta’ l-istorja li Alla jaћdem magћhom imqar meta tidher li hi bla sens.

Id-Duttrina tar-Retribuzzjoni.

Din hi ċ-ċavetta ta’ l-interpretazzjoni tas-Salm biex nifhmu d-dgeġwiġija ta’ fatti skandalużi ta’ l-istorja. Din it-teorija jew dogma nsibuha f’gћaxriet ta’ Proverbji (10, 3; 23, 17; 24, 1.16. 19-20) fuq fomm il-ћbieb ta’ Ġob (4, 7-8; 5,20; 21, 7-8) fil-Profeti (Hos. 5, 12; Ger. 2, 19; 5, 25; 6, 21; 13, 23) u fis-Salterju 28, 4; 31, 24; 35, 8) . Fi kliem S 62,13:

“gћax int tagћti ’l kulћadd skond gћemilu”.

Mkien daqs f’dan is-Salm ma nsibu din id-duttrina b’tant insistenza: l-art hi l-bażi tal-Patt, jirtuha l-fqajrin u nisilhom, jitkeċċew ’l barra l-ћżiena, l-inġusti, dawk li b’gћemilhom ċaћduha. L-istorja ddur madwar il-fus, tbatija-dnub jew negattiv, hena-ġustizzja pożittiv; dawn imexxu l-ћajja fid-dinja u huma meћtieġa gћall-ћajja l-oћra.

Hi teorija li tirregola l-morali tar-reliġjonijiet u daћlet ukoll fil-kultura semitika, ibda minn Ġob, fis-Salmi u spiċċa fil-kotba ta’ l-Gћerf. L-innoċenti jbatu mal-bqija tal-poplu ћażin skond il-prinċipju tas-soldarjetà. Minn hawn tgћaddi bћala duttrina pedagoġika u gћall-eskatoloġija. Quddiem l-imwieled agћma, d-dixxipli jistaqsu: “Rabbi , dan twieled agћma gћax dineb hu stess jew gћax dinbu l-ġenituri tiegћu?” (Ġw. 9, 2).

Is-salmista ma jużax din id-duttrina b’mod riġidu; fi ћsiebu gћandu l-fqajrin li s-sigurtа tagћhom hu Alla u l-kelma tiegћu, mhux il-ġid ta’ l-art. Kif jgћid L. Jacquet: "L-hena ta’ l-anawim hi f’Alla, fil-fedeltà lejn Alla li f’idejh jafdaw xortihom u minn gћandu jistennew l-gћajnuna li thennihom. Huma jingћaqdu ma’ Alla fis-skiet u l-mistrieћ.”

Kif jinqasam is-Salm.

Is-Salm 37 iћeġġeġ l-anawim gћall-gћerf fid-dawl tat-teorija tar-retribuzzjoni, hu profetiku, ma kienx gћall-użu tal-qima fit-tempju u mill-binja akrostika (skond l-ittri ta’ l-alfabett) juri li nkiteb fiż-żmien ta’ wara l-eżilju jew gћallinqas fi żmien l-eżilju; fil-ћsieb hu qrib ћafna tat-tielet Isaija u Malakija ; mela aktarx wara l-eżilju.

L-introduzzjoni vv 1-9 theġġeġ lill-fqajrin kif iġibu ruћhom quddiem dak li jidher suċċess tal-ћażin; b’ћafna verbi fl-imperattiv iћeġġeġ biex jafdaw u jittamaw f’Alla gћal soluzzjoni xierqa ta’ l-iskandlu ta’ l-istorja fejn il-ћażin jidher jagћmilha tajjeb.

Fil-qalba tas-salm insibu r-retribuzzjoni divina vv 10-33. Il-verbi fl-indikattiv juru tajjeb u ћażin, ġust u inġust, daqqa fuq u daqqa isfel, imġieba morali tajba ta’ wieћed u ћażina ta’ l-ieћor. Vv 10-20 bћall-ћajja tal-ћaxix li jikber u jinxef, u jservi biss gћall-ћruq, gћall-forn; hekk huma l-ћżiena. Jisiltu s-sejf v 14, imma jdur kontra tagћhom. Il-fqajrin jibqgћu jgћixu fi żmien il-ġuћ. Il-ћażin jislef b’imgћax u bl-użura (Es. 22, 24) imma l-ġust jislef bla imgћax; dan ikollu barka, jikseb l-art, l-ieћor jitkeċċa ’il barra.

Vv 21-26 Il-Barka ta’ Alla timxi mal-fqajrin u x-xiћ, mimli esperjenza, jista’ jgћid li qatt ma ra ’l fqajjar minsi jew uliedu jittalbu l-ћobż gћax, Alla li fih ittamaw, jaћseb fihom.

Vv 29, jerġa’ lura gћat-tema ta’ l-art li skond l-alleanza divina hi rigal, u min jibqa’ fidil igawdiha imma l-ћżiena jitqaċċtu ’l barra. Fi żmien f’waqtu Alla jsalva lill-fqajrin mill-ћżiena li ћaqruhom, gћax fih ikunu stkennew.

It-tema Biblika ta’ l-Art.

Jixraq li nagћtu xi ћjiel tat-tifsira simbolika u teoloġika ta’ l-art (‘eres), “jgћammar fl-art” v 3, u “hemm tgћix fis-sliem” u b’moћћ mistrieћ ; dan jirreferi gћall-wegћda li jgћammru l-art tal-ћelsien, Kangћan (Dt. 33, 12.28), gћall-belt qaddisa (S 15, 1) gћall-waqfa fit-tempju biex jitolbu (S 65, 5), gћall-vjaġġ lura ta’ l-eżiljati lejn arthom (Is. 23,6) u gћall-ġusti li jgћixu fl-art ta’ Iżrael (Pr. 2, 21-22; 10, 30). Fil-ћames każi ta’ S 37, fejn tissemma’ l-art, huma tipikament Dewteronomiċi kemm fil-parti parenetika (ta’ tћeġġiġ) kemm f’dik leġislattiva.

Kull diskors jitlaq mill-wegћda li saret lill-patrijarki ta’ art u dixxendenza: din hi preżenza ta’ Alla fl-ispazju (art) u fiż-żmien (dixxendenza). L-art tnixxi ћalib u gћasel gћandha sens ta’ materjaliżmu qaddis (Dt. 6, 10-11) L-art hi rigal (150 darba insibuha fil-Bibbja) fejn Alla hu s-Sid u l-bniedem l-użufruttwarju, jużaha kemm trid imma mhux jabbużaha (Dt. 8, 7-12). Bћala art imbierka toffri kwadru mill-isbaћ, hi ukoll mejda mhejjija b’ikel li jxabba’ u li jġegћlek tbierek lil Alla li tahielek.

Fil-profeti ta’ żmien l-eżilju u ta’ wara, tieћu sens eskatoloġiku; ma jitkellmux aktar mill-art imma mill-ћajja ta’ dejjem. Fl-eżilju tilfuha u wara reġgћu sabuha; l-oћra ma tistax tintilef. F’salm 37 v 29, “il-ġusti jirtu l-art u jgћammru fiha gћal dejjem” hi l-viżjoni teoloġika u eskatoloġika ta’ l-art. Hekk is-Salm ihejji t-triq gћall-proklamazzjoni tal-beatitudni, “ Henjin ta’ qalbhom ћelwa, gћax huma jkollhom b’wirthom l-art” (Mt. 5, 5).

Jgћid A. Neher: ‘Eres mhix biċċa art ġeografika, anqas astrazzjoni filosofika imma persuna, wieћed aktar isejjћilha milli jiddiskriviha, ikellimha u mhux jitkellem fuqha.

“O art, art, art, isimgћu l-kelma tal-Mulej” (Ġer. 22, 29).

Art hi femminili, u l-profeti jitkellmu minnha bћallikieku mara, dik li tfittex lill-ieћor biex tћossha maћbuba u mћabbitha mitmuma.Tgћix gћax imbierka minn Alla. Art u sema huma fi djalogu. Alla gћażel lill-Iżrael it-tieni sieћeb ta’ l-art. Biss poplu li hu bejn divin u uman jista’ jgћix f’art li hi fl-istess waqt bejn is-sema u l-art.”

Simboli oћra.

Hemm simboli meћuda mid-dinja tal-ћxejjex: “…bћal ћaxix malajr jidbielu, u bћan-nebbieta malajr jinxfu...” v 2. “jintemmu bћal ġmiel ir-raba’ u jgћibu kif jgћib id-duћћan” v 20. Hekk hi x-xorti tal-ћżiena; “Jien rajt wieћed ћażin jitkabbar, jinfirex qisu ċedru tal-Libanu. Rġajt gћaddejt, u ma rajtux: fittixtu u ma sibtux” vv 35-36. Dan kollu hu mwieżen minn xbihat tal-gwerra: “Imma sejfhom jinfdilhom qalbhom u l-ark tagћhom jitkisser” vv 14-15. L-armi li huma qabdu kontra l-fqajjar u l-ġust, daru kontra tagћhom. U dan il-ġudizzju ta’ Alla hu daћka: “Imma l-Mulej bil-ћażin jidћak” v 13.

Simbolu ieћor hija t-triq: “Erћi fil-Mulej it-triq tiegћek” v 5. Min jafda fih, isib lilu nnifsu mmexxi minn idu minn Alla bћala missier. Il-fiduċja twassal gћall-milja ta’ kull ġid fi żmien il-ġuћ; hi l-paċi u mistrieћ tal-bniedem li jћobb f’Alla li hu mћabba. Fuq kollox il-parir sapjenzali: “Ħallik mill-korla u la tirrabjax, tinkedd xejn, gћax deni jiswielek” v 8. Li tistenna fis-skiet v 7 hu sinjal ta’ fiduċja gћax Alla jidher f’ћin f’waqtu.

Eseġeżi.

“La tagћdabx” (v 1, 7, 8) jew harah. Il-korla ta’ Alla hi suġġett interessanti fil-Bibbja. F’kitba ta’ tradizzjoni Elohista insibu ġabra qasira dwar ћajjet “Mosи li kien bniedem umli, l-aktar bniedem umli fost il-bnedmin li hawn fuq wiċċ l-art.” (Num. 12, 3). Jixbah lill-anawim tas-salm. Quddiem ‘il-kolp ta’ stat’ li ћutu Aron u Mirjam gћamlu kontrih, kien tolleranti gћall-aћћar. Imma “l-Mulej xegћel bil-qilla gћalihom”, (Num. 12, 9) “u qalilhom: Kif ma bżajtux titkellmu kontra Mosè il-qaddej tiegћi? ... u (Mirja) nksiet bil-ġdiem” (Num. 12, 8.10) Il-waћdieni li jista’ bir-raġun kollu jirrabja, jixgћel bil-korla hu Alla li hu waћdu l-Ġust. L-gћaref ma jinkeddx imma jġib ruћu bћal Mosи u jћalli l-ġustizzja ta’ Alla tagћmel ћaqq mill-inġustizzja; gћax l-inġustizzja jsir ћaqq minnha mill-ġudizzju ta’ Alla li ma jonqosx li jsir f’ћinu u f’waqtu.

Żewġ tentazzjonijiet aћrab; rabja u gћira. U t-tieni aktar mill-ewwel. “Iżda jien gћal ftit ma gћotrux riġlejja, gћal ftit ma żlaqtx fil-mixi tiegћi. Gћax ġietni l-gћira gћall-kburin xћin rajt lill-ћżiena jimxu ’l quddiem” S 73, 2-3. U dan il-ћsieb jerġa’ jidher fil-vv 7-8. “Ħallik mill-korla, la tirrabjax; tinkedd xejn gћax deni jiswielek”.

L-alternattiva hi l-fiduċja sћiћa fil-ћidma ta’ Alla, “Afda fil-Mulej… u gћammar fl-art” v 3, parir sapjenzali u tћeġġiġ dewteronomistiku. “Serraћ rasek fil-Mulej” jew ‘oqgћod fis-skiet waћdek’ hi t-tgawdija ta’ l-art. Alla hu s-sid ta’ l-istorja u min jintelaq gћat-tmexxija tiegћu jgawdi s-sliem ta’ l-gћorrief. Gћalhekk v 5 “Erћi fil-Mulej it-triq tiegћek” u f’ћin f’waqtu “Hu juri bћad-dawl is-sewwa tiegћek” v 6, issir ġustizzja, meta “l-ћżiena jitqaċċtu ’l barra". Skond it-tradizzjoni tal-qima, dan isir mas-sebћ u bћalma titqawwa s-sћana u d-dija tax-xemx sa nofsinhar, juri “d-dritt tiegћek bћal nofsinhar” v 6. Dan il-ћsieb hu qrib ћafna ta’ Malakija 3, 13-21, fejn hemm mument ta’ kriżi u inċertezza fost it-tajbin u Alla jgћid lit-tajbin: “Imma gћalikom li tibżgћu minn Ismi titla’ x-xemx tal-ġustizzja bis-salvazzjoni fuq ġwenћajha…” (Mal. 3, 20).

Vv 7-9. Minkejja d-dlam ta’ l-istorja, l-gћaref jappella lid-dixxiplu li jkollu fiduċja u jintelaq gћall-proġett ta’ Alla. Bl-istess kliem imtenni isaћћaћ il-messaġġ: iskot, stenna ,tinkeddx, ittama, tikseb l-art. ‘Iskot u serraћ rasek’ hi teoloġija ta’ Isaija waqt li mill-kuntest tal-‘gwerra qaddisa’ huma t-tama u erћi f’idejn Alla l-proġetti tiegћek. Is-serћan tal-qalb ikeċċi ’l barra l-korla u r-rabja; Alla se jidћol u jqiegћed kollox f’postu, il-ћżiena jitqaċċtu ’l barra u l-ġusti jirtu l-art. It-tama tikkonkludi l-introduzzjoni.

Ir-retribuzzjoni Divina. (vv 10 33)

V 10. “Ftit ieћor...” hu appell profetiku u eskatoloġiku. L-gћaref jiżviluppa l-lezzjoni tiegћu bil-kalma u jinqeda bil-parallelliżmu ġust - ћażin. Il-gwaj li l-ћażin nasab kontra l-ġust idur biex jeqred lilu, Alla jieћu n-naћa tal-ġusti u ‘jidћak’ bil-ћażin waqt li jћallih jinqered bl-armi li bihom ried jeqred lill-ġust. Il-ġusti huma fqajrin, ġwejdin, imsejken...

Diġà v 10 jgћid x’se jkun it-tmiem ta’ kollox, se tfittxu u ma ssibux, b’ton apokalittiku, bћal gћalqa li kienet tћaddar, u issa nixef kollox, bla ћajja. Imma l-ġwejdin huma fis-sliem, werrieta ta’ l-art.

V 11 hu famuż gћall-fatt li hu fost il-beatitudni tal-Vanġelu: “Henjin ... jirtu l-art” (Mt. 5, 5). ‘Ta’ qalbhom ћelwa’ hi skond il-verżjoni tas-Sebgћin (LXX); Ġesu’ uża inwanajja, ebrajk anawim. Hu dak li bћal Mosи (Num. 12, 3) iћalli gћall-qilla ta’ Alla li titћallas. F’Mt. 11, 29, Ġesщ hu ‘ta’ qalb ћelwa u umli’ quddiem dawk li ћadu fuqhom il-madmad tiegћu, biex ma jaqtgћux qalbhom. Hi ћlewwa li Ġesщ wera ma’ kulћadd, ћlewwa attenta, delikata u kollha ћniena l-aktar mal-fqar u l-midinbin.

Vv 12-15. Mill-ġdid l-attenzjoni ddur lejn il-ћażin; fi tlett kwadri jiżviluppa l-ġlieda eterna bejn il-ћażin u t-tajjeb. Il-ћażin jonsob u jgћażgћeż snienu bћal bhima selvaġġa biex jaqbeż u jiżbrana. Xena djabolika. Kontra l-ћalq gћatxan gћad-demm hemm fomm Alla: ‘Jidћak bil-ћażin’ u jistmerru. Alla li kollox jaf u minn dejjem jara l-‘jom JHWH’, jinbidel f’jum il-qerda tal-ћażin. (Abd. 12). Alla jidћol fl-istorja u jbiddel ix-xorti tal-fqir u l-ġwejjed.

V v 14-15. Minn xena ta’ bhima ssir waћda ta’ gwerra. Il-Ħżiena jsiru nies li ‘jisiltu s-sejf u jiġbdu l-ark’.(S. 7, 13-14). Il-vittmi huma l-imsejken, il-fqajjar u dawk li jimxu sewwa. L-gћaref jgћallem li l-ћżiena se jintlaqtu mill-istess armi u nasbiet tagћhom. Hi r-retribuzzjoni divina; il-pagani kienu jemmnu fin-nemesi. Xmun iћabbar lil Marija li “sejf jinfidlek ruћek” (Lq. 2, 35).

Vv 16-17. Kuntrast bejn ‘il-ftit’ u ‘l-ġid, ‘dirgћajn’ u ‘gћajnuna’. Qed jinqaleb il-miżien tal-valuri tas-soċjetà gћanja, fejn il-ġid kotran tal-ћżiena hu idolatrija. Il-ġid fih innifsu hu sinjal ta’ barka imma jista’ jkun ukoll sinjal ta’ fraġilità f’min iserraћ rasu b’dan il-ġid u ta’ qliegћ inġust u ћażin u gћalhekk il-ftit tal-fqajjar hu aћjar minnu. (Prov 10, 2.16; 15, 15-16). ‘Id-dirgћajn’ jew il-kburija u l-qawwa tal-ћżiena jinġiebu fix-xejn gћax Alla joffri lil-fqajjar ‘id-driegћ imqaddes’ tiegћu.

V 18-19. Alla jaћseb fit-tajbin jew il-komunjoni bejn Alla u l-bniedem, fejn il-weġgћat tat-tajjeb huma wkoll il-weġgћat tal-qalb ta’ Alla. (S 1, 6 ‘Il-ћajja’ flok ‘il-jiem’). Hu jaћsbilhom gћal kollox.

V 20 Jerġa’ lura gћall-ћsieb tal-ћxejjex tar-raba’ li llum iћaddru u gћada niexfa jew maћruqa; isiru bћad-duћћan li jgћib fix-xejn. Jista’ jkun li s-salmista qed jirreferi gћall-prattika li jaћarqu l-ћaxix niexef biex l-art tkun fertilizzata u tagћti aktar frott. Il-verbi li juża’ ‘jintilfu’, ‘jintemmu’ u ‘jgћibu’ flimkien ma’ duћћan juru qerda sћiћa.

Vv 21-26 hi strofa mibnija fuq is-self tal-flus u użura (Dt. 15, 7-8). Il-ġust iћenn u jislef, jagћti, waqt li l-ћażin jissellef u ma jroddx. V 21, Jew ma jћennx. Gћalhekk il-wegћda ta’ Dt. 28, 12 titwettaq: “Jiftaћ il-Mulej is-sema, il-maћżen ta’ ġidu, u jagћtik ix-xita f’waqtha gћal artek u jbierkek f’kull ma tmidd idek gћalih. Int tislef lil ћafna ġnus, u int ma tissellef mingћand ћadd”. Dan jintwera bit-tema tal-barka u l-art v 22.

Vv 23-24 juru x’jagћmel Alla fi mћabbtu gћall-ġust, jew il-bniedem qawwi (geber): hu sod fil-mixi tiegћu gћax Alla jsaћћu, jżommlu idu u ћajtu fiż-żgur. Ħajja u triq.

V 25. Hi nota biografika biex isaћћaћ dak li qed jgћid bћala gћaref, gћax misjur biż-żmien u l-esperjenza tal-ћajja: qatt ma rajt il-ġust jew uliedu minsijin, waqt li jћarsu l-liġi tal-Mulej. Ulied il-ġust jgћixu mqar fi żmien il-ġuћ u jgawdu isem tajjeb dejjem.

It-tielet strofa vv 27-33. Alla ma jabbandunax il-ġust, ma jћallix li jkun imkasbar mill-inġust; il-ġustizzja mill-inġustizzja. V 27 donnu jmur lura gћal v 3. L-art fejn jgћammar hu l-premju marbut mal-ћajja ta’ dejjem, gћamara soda u gћal dejjem. Ir-retribuzzjoni divina hi don u opra ta’ Alla (vv 3, 9, 11, 21, 22); ir-rigal ta’ l-art hu aqwa milli l-bniedem jista’ jixtieq u dan ġej mill-imћabba gratwita ta’ Alla.

V 29. It-tema ta’ l-art, li jirtu u jgћammru fiha. V 30 jorbot flimkien il-ġust u l-gћaref. U t-Torah v 31 gћandha l-gћeruq fil-qalb tal-ġust. B’qalbu marbuta ma’ Alla u l-Liġi jgћix bla biża’ (S 15, 5; 18, 37). Il-Ħażin ifittex ineћћi min-nofs il-ġust, imqar b’akkużi foloz li jwassluh gћall-mewt, v 32, imma Alla jidћol gћalih.

L-Imperattivi ta’ l-aћћar. (34-40)

L-aћћar appell ta’ l-gћaref hu ‘Ittama’ u jerġa’ gћall-bidu, v 3. L-art tidher bћall-premju u l-kastig tal-ћżiena li jsiru bћal ћaxix niexef gћall-ћruq. Dan li issa xjieћ, ra ћżiena meqruda, imkabbrin bћaċ-ċedru tal-Libanu miġjuba fix-xejn. Iċ-ċedru tal-Libanu huma simbolu tal-prepotenza (S 29, 5; 92, 13; 104, 16; 148, 9) li jkollhom l-istess xorti tat-tiben u l-ћaxix irqieq u tawwali imma malajr jinkiser, jinxef u jinћaraq u d-duћћan tagћhom jgћib fix-xejn, ‘fittixtu u ma sibtux’

V 37. "Ħares” u “ara’ bniedem li gћandu żewġ kwalitajiet, integrità u rettitudni, li huma attributi ta’ Alla u gћalhekk jagћmlu l-bniedem rett u integru gћażiż f’gћajnejn Alla. Joћroġ ritratt ta’ Ġob, (Ġob 1, 1; S.34, 15; 35, 20.27; 120, 7; Is. 59, 8) bniedem li qed jitgћallem l-arti iebsa li jgћix skond il-ġustizzja tat-Torah, ta’ Alla.

V 38. “Imma” fis-sens ta’ ‘imbagћad tara’ l-midinbin jinqerdu, il-ћżiena jitkeċċew mill-art, ta’ l-art u tas-sema.

Vv 39-40. Il-ġusti jaraw is-salvazzjoni tal-Mulej gћax fih stkennew, ittamaw u l-ġid se jkun ukoll gћal uliedhom, l-akbar ћlas li Alla jista’ jagћti sinjal tal-ġustizzja retributtiva.

Il-figura ta’ JHWH salvatur tagћlaq u tissiġilla s-salm, innu li jibda u jispiċċa bil-verb js’, salvazzjoni. L-hena sћiћ hu f’Alla biss. Hu s-salvazzjoni, il-qawwa li tћares mill-attakki tal-ћżiena. Biżżejjed li wieћed jittama u jafda fih. B’din l-istqarrija ta’ fidi mistika jagћlaq dan is-salm sapjenzali li gћaraf minn tagћlima u meditazzjoni jgћaddi gћal tifћir u talba.

Dun Ġorġ Mangion, illum 30 ta’ Diċembru 2006

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa

Hosted by www.Geocities.ws

1